Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0075

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2010 tal- 11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 244, 16.9.2010, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/75(2)/oj

    16.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 244/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 75/2010

    tal-11 ta’ Ġunju 2010

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 (3), b’adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 66hb (Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

    “66hc.

    32010 R 0072: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

    Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha jidħlu fis-seħħ l-aħħar fost id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinkorporaw fil-Ftehim il-miżuri neċessarji għall-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 72/2010 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.

    (2)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

    (3)  ĠU L 232, 3.9.2009, p. 25.

    (4)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1.

    (*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top