Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0021

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2010 tat- 12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I (Materji veterninarji u fitosanitarji) mal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 143, 10.6.2010, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/21/oj

    10.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 21/2010

    tat-12 ta’ Marzu 2010

    li temenda l-Anness I (Materji veterninarji u fitosanitarji) mal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2010 tal-1 ta’ Marzu 2010 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) bħala addittiv fl-għalf (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) bħala addittiv fl-għalf (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2009 tat-3 ta’ Frar 2009 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (6)

    Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 1zzzzzc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1253/2008) tal-Kapitolu II tal-Anness 1 mal-Ftehim:

    “1zzzzzd

    32008 R 1290: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 20).

    1zzzzze

    32008 R 1292: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 36).

    1zzzzzf

    32008 R 1293: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38).

    1zzzzzg

    32009 R 0102: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2009 tat-3 ta’ Frar 2009 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf (ĠU L 34, 4.2.2009, p. 8).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1290/2008, (KE) Nru 1292/2008, (KE) Nru 1293/2008 u (KE) Nru 102/2009 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  Ara paġna 4 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 20.

    (3)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 36.

    (4)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38.

    (5)  ĠU L 34, 4.2.2009, p. 8.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top