EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0157

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 62, 11.3.2010, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/157(2)/oj

11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 157/2009

tal-9 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII ta’ mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta’ żvelar għal kumpaniji ta’ daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 4 (Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE) u 6 (Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE) tal-Anness XXII għall-Ftehim:

“—

32009 L 0049: Id-Direttiva 2009/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 42).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/49/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

(2)  ĠU L 164, 26.6.2009, p. 42.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top