Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0156

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 62, 11.3.2010, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/156(2)/oj

    11.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 62/61


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 156/2009

    tal-4 ta’ Diċembru 2009

    li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istatistika tal-għelejjel u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93 (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 jħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 (3) u (KEE) Nru 959/93 (4), li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk se jiġu konsegwentament imħassra taħt il-Ftehim b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Il-Punti 24 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90) u 24a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-punti 24a u 24aa rispettivament.

    (2)

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal qabel il-punt il-ġdid 24a:

    “24.

    32009 R 0543: ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istatistika tal-għelejjel u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93 (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 1).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

    Il-Liechtenstein hija eżentata milli tiġbor id-dejta meħtieġa minn dan ir-Regolament;”

    (3)

    It-test tal-punti l-ġodda 24a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90) u 24a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Artikolu 2

    It-testi għar-Regolament (KE) Nru 543/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda Helen SLETNES


    (1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.

    (2)  ĠU L 167, 29.6.2009, p. 1.

    (3)  ĠU L 88, 3.4.1990, p. 1.

    (4)  ĠU L 98, 24.4.1993, p. 1.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top