This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0152
Decision of the EEA Joint Committee No 152/2009 of 4 December 2009 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 62, 11.3.2010, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 152/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1). |
(2) |
Id-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Tfassil mill-ġdid) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Direttiva 2009/42/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b’hekk hi mħassra skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
It-test tal-punt 7b (Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE) fl-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b’li ġej:
“32009 L 0042: Id-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 29).”
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/42/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.
(2) ĠU L 141, 6.6.2009, p. 29.
(3) ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.