EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0147

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 62, 11.3.2010, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/147(2)/oj

11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 147/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2009 tal-24 ta’ April 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (2) għandha tiġi inkorporata mall-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 21b (Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII tal-Ftehim:

“21c.

32004 L 0113: Id-Direttiva 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija, (ĠU L 373 21.12.2004, p. 37).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għar-raġunijiet ta’ dan il-ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikoli 5 u 17 ir-riferenzi għal ‘21 ta’ Diċembru 2007’ għandhom jinqraw ‘30 ta’ Ġunju 2010’.”

Artikolu 2

Ittesti tad-Direttiva 2004/113/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 32.

(2)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 147/2009 li tinkorpora d-Direttiva 2004/113/KE fil-Ftehim

“Id-Direttiva 2004/113/KE hija bbażata fuq l-Artikolu 13 tat-Trattat KE li kien introdott mill-ġdid permezz tat-trattat ta’ Amsterdam u mhux rifless fil-Ftehim taż-ŻEE. L-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2004/113/KE fil-Ftehim taż-ZEE hu bla ħsara għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”


Top