This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0146
Decision of the EEA Joint Committee No 146/2009 of 4 December 2009 amending Annex XVII (Intellectual property) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 62, 11.3.2010, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 146/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XVII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2007 tat-8 ta’ Ġunju 2007 (1). |
(2) |
Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Direttiva 2008/95/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li sussegwentement hija mħassra skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XVII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
It-test tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE) għandu jitħassar. |
2. |
Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 9 g (id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2008/95/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 266, 11.10.2007, p. 17.
(2) ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.