This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0143
Decision of the EEA Joint Committee No 143/2009 of 4 December 2009 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 62, 11.3.2010, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 143/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat- 23 ta’ Jannar 2009 li jadatta għad-disa’ darba għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/4/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 dwar il-kontromiżuri għall-prevenzjoni u għall-identifikazzjoni tal-manipulazzjoni tar-rekords tat-takografi, filwaqt li temenda d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim |
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq (4) kif korrett mill-ĠU L 256, 29.9.2009, p. 38, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim |
(5) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/60/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 dwar il-linji gwida għall-aħjar prattika tal-infurzar rigward kontrolli ta’ tagħmir ta’ reġistrazzjoni li għandhom isiru permezz ta’ kontrolli fit-triq u minn garaxxijiet awtorizzati (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 21 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85):
|
2. |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 21a (id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat minn:
|
3. |
Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 95 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/358/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 68/2009, id-Direttivi 2009/4/KE u 2009/5/KE, kif korretti permezz tal-ĠU L 256, 29.9.2009, p. 38, u r-Rakkomandazzjoni 2009/60/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 334, 17.12.2009, p. 10.
(3) ĠU L 21, 24.1.2009, p. 39.
(4) ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45.
(5) ĠU L 21, 24.1.2009, p. 87.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.