Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0142

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 62, 11.3.2010, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/142(2)/oj

    11.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 62/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 142/2009

    tal-4 ta’ Diċembru 2009

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/240/KE tal-4 ta’ Marzu 2009 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 13c (id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

    “, kif emendat minn:

    32009 D 0240: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/240/KE tal-4 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 71, 17.3.2009, p. 23).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2009/240/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda Helen SLETNES


    (1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 10.

    (2)  ĠU L 71, 17.3.2009, p. 23.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top