This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0138
Decision of the EEA Joint Committee No 138/2009 of 4 December 2009 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 62, 11.3.2010, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 138/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1). |
(2) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/264/KE tal-25 ta’ Marzu 2008 dwar rekwiżiti ta’ sikurezza kontra n-nar li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għas-sigaretti skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/357/KE tat-23 ta’ April 2008 dwar rekwiżiti ta’ sikurezza għat-tfal li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal-lajters skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 3k (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE) fil-Kapitolu XIX tal-Anness II għall-Ftehim:
“3l. |
32008 D 0264: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/264/KE tal-25 ta’ Marzu 2008 dwar rekwiżiti ta’ sikurezza kontra n-nar li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għas-sigaretti skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 35). |
3m. |
32008 D 0357: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/357/KE tat-23 ta’ April 2008 dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għat-tfal li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal-lajters skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 120, 7.5.2008, p. 11).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/264/KE u 2008/357/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.
(2) ĠU L 83, 26.3.2008, p. 35.
(3) ĠU L 120, 7.5.2008, p. 11.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.