EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0129

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 62, 11.3.2010, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/129/oj

11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 129/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta’ ċerti obbligi fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ngħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 15zi (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008) ta’ Kapitolu XIII tal-Anness II mal-Ftehim:

“15zj.

32007 R 0658: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta’ ċerti obbligi fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 10).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Id-dritt tal-impożizzjoni ta’ multi finanzjarji tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 84(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għandu fil-każi fejn id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni huwa stabbilit fi Stat tal-EFTA jkun eżegwit minn dak l-Istat tal-EFTA abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni Ewropea.”

Artikolu 2

It-testi għar-Regolament (KE) Nru 658/2007 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2009 tad-29 ta’ Mejju 2009, liema minn dawn jiġu fl-aktar stadju tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 232, 3.9.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 10.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top