EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0111

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2009 tat- 22 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 334, 17.12.2009, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/111(2)/oj

17.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 111/2009

tat-22 ta’ Ottubru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 329/2009 tat-22 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 dwar statistiċi għall-medda qasira ta’ żmien fir-rigward tal-aġġornament tal-listi ta’ varjabbli, il-frekwenza tal-ġbir tal-istatistiċi u l-livelli ta’ analiżi u aggregazzjoni li trid tkun applikata lill-varjabbli (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 330/2009 tat-22 ta’ April 2009 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-istandards minimi għat-trattament tal-prodotti staġjonali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98):

“—

32009 R 0329: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 329/2009 tat-22 ta’ April 2009 (ĠU L 103, 23.4.2009, p. 3).”

2.

Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 19w (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 701/2006):

“19wa.

32009 R 0330: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 330/2009 tat-22 ta’ April 2009 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-istandards minimi għat-trattament tal-prodotti staġjonali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) (ĠU L 103, 23.4.2009, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 329/2009 u 330/2009, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-23 ta’ Ottubru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 304 19.11.2009, p. 21.

(2)  ĠU L 103, 23.4.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 103, 23.4.2009, p. 6.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Top