Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0026

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2008 ta' l- 14 ta' Marzu 2008 li temenda Anness II (regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 182, 10.7.2008, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/26(2)/oj

    10.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 182/15


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 26/2008

    ta' l-14 ta' Marzu 2008

    li temenda Anness II (regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2007 tas-27 ta' April 2007 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/205/KE tat-22 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi format komuni għall-ewwel rapport ta' l-Istati Membri dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-limitazzjoni ta' l-emissjoni ta' ċerti komposti organiċi volatili (2) għandha tiġi nkorporata f'dan il-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 9 (Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

    “9a.

    32007 D 0205: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/205/KE tat-22 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi format komuni għall-ewwel rapport ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-limitazzjoni ta' l-emissjoni ta' ċerti komposti organiċi volatili (ĠU L 91, 31.3.2007, p. 48).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2006/205/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġunrnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni se tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-Preżident

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 209, 9.8.2007, p. 32.

    (2)  ĠU L 91, 31.3.2007, p. 48.

    (*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top