Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008A0315(06)

    Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

    ĠU L 73, 15.3.2008, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2008/224(6)/oj

    Related Council decision

    22008A0315(06)

    Protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

    Official Journal L 073 , 15/03/2008 P. 0031 - 0031


    Protokoll

    li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    minn naħa waħda, u

    R-REPUBBLIKA ORJENTALI TA’ L-URUGWAJ

    min-naħa l-oħra,

    (minn hawn ‘il quddiem "il-Partijiet"),

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn ir-Rumanija u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj, iffirmat f’Bukarest fil- 31 ta’ Mejju 1996,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-ftehim orizzontali"), iffirmat f’Montevideo fit- 3 ta’ Novembru 2006,

    Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità Ewropea fl- 1 ta’ Jannar 2007,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt (a) ta’ l-Anness I, tal-ftehim orizzontali wara l-entrata li tikkonċerna lill-Portugall:

    - "— il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika Orjentali ta’ l-Urugwaj dwar is-servizzi bl-ajru, magħmul f’Bukarest fil- 31 ta’ Mejju 1996, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Urugwaj - Rumanija" fl-Anness II;".

    Artikolu 2

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness II tal-ftehim orizzontali wara l-entrati li jikkonċernaw "l-Ftehim Urugwaj - Portugall":

    (a) fil-punt (a) "Denominazzjoni":

    - "— l-Artikolu 3 tal-Ftehim Urugwaj - Rumanija;"

    (b) fil-punt (b) "Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi":

    - "— l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim Urugwaj - Rumanija;"

    (ċ) fil-punt (d) "Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni":

    - "— l-Artikolu 9 tal-Ftehim Urugwaj - Rumanija;"

    (d) fil-punt (e) "Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea":

    - "— l-Artikolu 8 tal-Ftehim Urugwaj - Rumanija;".

    Artikolu 3

    Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub bit-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

    Artikolu 4

    Dan il-Protokoll ser jiġi mfassal bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, it-test bl-Ispanjol jegħleb il-verżjonijiet l-oħra.

    --------------------------------------------------

    Top