Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0138

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2006 tas- 27 ta’ Ottubru 2006 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi l barra mill-erba libertajiet

    ĠU L 366, 21.12.2006, p. 83–84 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 941–942 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/138(2)/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    941


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 138/2006

    tas-27 ta’ Ottubru 2006

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi ’l barra mill-erba’ libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2006 ta’ l-10 ta’ Marzu 2006 (1).

    (2)

    Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża biex tkun tinkludi d-Deċiżjoni Nru 771/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 li tistabbilixxi s-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007) — lejn soċjetà ġusta (2).

    (3)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li sseħħ din il-kooperazzjoni estiża b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1)

    il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “5.   L-Istati EFTA għandhom jipparteċipaw fil-programmi u fl-azzjonijiet tal-Komunità msemmija fl-ewwel żewġ daħliet tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar 1996, fil-programm imsemmi fit-tielet daħla mill-1 ta’ Jannar 2000, fil-programm imsemmi fir-raba' daħla mill-1 ta’ Jannar 2001, fil-programmi msemmija fil-ħames u fis-sitt daħliet mill-1 ta’ Jannar 2002 u fil-programmi msemmija fis-seba’ u fit-tmien daħliet mill-1 ta’ Jannar 2004 u fil-programm imsemmi fid-disa’ daħla mill-1 ta’ Jannar 2007.”;

    2)

    fil-paragrafu 8 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:

    “—

    32006 D 0771: Deċiżjoni Nru 771/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 li tistabbilixxi s-Sena Ewropea għall-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd (2007) — lejn soċjetà ġusta (ĠU L 146, 31.5.2006, p. 1).”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2006.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda Helen SLETNES


    (1)  ĠU L 147, 1.6.2006, p. 61.

    (2)  ĠU L 146, 31.5.2006, p. 1.

    (*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m’huma indikati.


    Top