Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0098

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2006 tas- 7 ta’ Lulju 2006 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi ‘l barra mill-erba’ libertajiet

    ĠU L 289, 19.10.2006, p. 50–51 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 530–531 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/98(2)/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    530


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 98/2006

    tas-7 ta’ Lulju 2006

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi ‘l barra mill-erba’ libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2005 tad-29 ta’ April 2005 (1).

    (2)

    Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża biex tkun tinkludi l-azzjoni preparatorja tar-riċerka Ewropea dwar is-Sigurtà (2006).

    (3)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li sseħħ din il-kooperazzjoni estiża b’effett mill-1 ta’ Jannar 2006,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1)

    it-test tal-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-Istati EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 1994, jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ qafas ta’ l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp teknoloġiku msemmi fil-paragrafu 5 u, mill-1 ta’ Jannar 2005 u mill-1 ta’ Jannar 2006, fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 9 u 10 rispettivament permezz tal-parteċipazzjoni fil-programmi speċifiċi tagħhom.”;

    2)

    it-test tal-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   L-Istati ta’ l-EFTA għandhom jikkontribwixxu b’mod finanzjarju għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 5, 9 u 10 f’konformità ma’ l-Artikolu 82 (1) (a) tal-Ftehim.”;

    3)

    it-test tal-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan ġej:

    “6.   L-Evalwazzjoni u l-bidla kbira fid-direzzjoni ta’ l-attivitajiet fil-programmi ta’ qafas ta’ l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp teknoloġiku msemmi fil-paragrafi 5, 9 u 10 għandhom jiġu regolati bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 79(3) tal-Ftehim.”;

    4)

    il-paragrafu li ġej għandu jiġi inkluż fil-paragrafu 9:

    “10.   L-Istati ta’ l-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2006, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Komunità relatati mal-linja tal-baġit li ġejja, imdaħħla fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006:

    Linja tal-Baġit 02.04.02: ‘Azzjoni preparatorja għat-titjib tar-riċerka dwar is-sigurtà Ewropea’.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Lulju 2006.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda Helen SLETNES


    (1)  ĠU L 239, 15.9.2005, p. 64.

    (*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.


    Top