Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0711

    2005/711/KE: Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat Konġunt ke-EFTA dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'kummerċ ta' merkanzija ta’ l- 4 ta’ Ottubru 2005 li tistieden lir-Rumanija taderixxi mal-Konvenzjoni ta' l- 20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'kummerċ ta' merkanzija

    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 339–340 (MT)
    ĠU L 269, 14.10.2005, p. 44–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/711/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    339


    DEĊIŻJONI Nru 1/2005 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-EFTA DWAR IS-SIMPLIFIKAZZJONI TA' FORMALITAJIET F'KUMMERĊ TA' MERKANZIJA

    ta’ l-4 ta’ Ottubru 2005

    li tistieden lir-Rumanija taderixxi mal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'kummerċ ta' merkanzija

    (2005/711/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'kummerċ ta' merkanzija (1), (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “il-Konvenzjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fit-tħejjija għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Rumanija l-iskambju ta' merkanzija ma' dan il-pajjiż jiġi ffaċilitat bis-simplifikazzjoni ta' formalitajiet li jaffettwaw il-kummerċ ta' merkanzija bejn dan il-pajjiż u l-Komunità Ewropea, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera.

    (2)

    Bil-ħsieb li tinkiseb tali faċilità hu xieraq li r-Rumanija tiġi mistiedna taderixxi mal-Konvenzjoni,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Rumanija hi mistiedna, fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Rumanija mehmuża ma' din id-Deċiżjoni, biex taderixxi mal-Konvenzjoni skond l-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni mill-1 ta’ Jannar 2006.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Magħmul f’Basel, 4 ta’ Ottubru 2005.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-President

    Rudolf DIETRICH


    (1)  ĠU L 134, 22.5.1987, p. 2. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nr 2/95 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA (ĠU L 117, 14.5.1996, p. 18).


    Sinjur,

    Għandi l-unur ninfurmak dwar id-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'kummerċ ta' merkanzija ta' l-4 ta’ Ottubru 2005 li tistieden lir-Rumanija biex taderixxi mal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'kummerċ ta' merkanzija.

    L-adeżjoni tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tista' ssir billi tiddepożita l-Istrument ta' Adeżjoni tagħha mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea flimkien ma' traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-Lingwa Uffiċjali tar-Rumanija skond l-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni.

    Għoddni dejjem tiegħek,

    Is-Segretarju Ġenerali Segretarjat Ġenerali tal-

    Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    Rumanija,

    Li tirrikonoxxi d-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'kummerċ ta' merkanzija ta' l-4 ta’ Ottubru 2005 li tistieden lir-Rumanija biex taderixxi mal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'kummerċ ta' merkanzija,

    Li tixtieq issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni,

    HAWNHEKK

    Taderixxi mal-Konvenzjoni;

    Tehmeż ma' dan l-Istrument traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa uffiċjali tar-Rumanija;

    Tiddikjara li taċċetta r-Rakkomandazzjonijiet u d-Deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni ta' formalitajiet f'kummerċ ta' merkanzija bejn l-4 ta’ Ottubru 2005 u d-data li fiha l-Adeżjoni tar-Rumanija ssir effettiva skond l-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni.

    Magħmul fi …

    Għar-Rumanija


    Top