Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0522

    Abbozz ta' Deċiżjoni Nru 4/2004 tal-Kunsill konġunt UE/Messiku tat- 8 ta' Mejju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2/2001 tal-Kunsill Konġunt

    ĠU L 192, 22.7.2005, p. 35–62 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 260–287 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/522/oj

    Related international agreement

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    260


    ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI Nru 4/2004 TAL-KUNSILL KONĠUNT UE/MESSIKU

    tat-18 ta' Mejju 2005

    li temenda d-Deċiżjoni 2/2001 tal-Kunsill Konġunt

    (2005/522/KE)

    IL-KUNSILL KONĠUNT

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Assoċjazzjoni Ekonomika, Kordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel fit-8 ta' Diċembru 1997 (1), u partikolarment l-Artikolu 6 flimkien ma' l-Artikolu 47 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Mill-1 ta' Mejju 2004, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea japplika wkoll fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (aktar 'il quddiem “l-Istati Membri l-ġodda”), wara s-sħubija tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

    (2)

    F'dawn iċ-ċirkustanzi, huwa meħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni 2/2001 tal-Kunsill Konġunt jiġi addattat b'effett mill-1 ta' Mejju 2004, biex jiġu inklużi l-awtoritajiet responsabbli għas-servizzi finanzjarji fl-Istati Membri l-ġodda u l-miżuri li huma inkonsistenti ma' l-Artikoli 12 sa 16 tad-Deċiżjoni 2/2001 li huma se jżommu fis-seħħ sakemm l-Artikolu 17(3) tagħha jiġi implimentat. Dan l-addattament jipprovdi wkoll opportunità biex tiġi aġġornata l-lista ta' l-awtoritajiet responsabbli għas-servizzi finanzjarji,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness I, il-Parti A, tad-Deċizjoni 2/2001 għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deciżjoni.

    Artikolu 2

    L-Anness II, il-Parti A u l-Parti B, tad-Deċizjoni 2/2001 għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deciżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 2004.

    Magħmul fi Brussel, 18 ta' Mejju 2005.

    Għall-Kunsill Konġunt

    Il-President

    L. E. DERBEZ


    (1)  ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.


    L-EWWEL ANNESS

    “ANNESS I

    PARTI A

    IL-KOMUNITÀ U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA

    1.

    L-applikazzjoni tal-Kapitolu III għall-Komunità u l-Istati Membri tagħha hija soġġetta għal-limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali skedati mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fis-sezzjonijiet dwar ‘is-setturi kollha’ ta' l-iskedi GATS tagħhom u għal dawk il-limitazzjonijet li ghandhom x'jaqsmu mas-subsetturi elenkati hawn taħt.

    2.

    It-taqsiriet li ġejjin huma użati biex jindikaw l-ismijiet ta' l-Istati Membri

    AT

    L-Awstrija

    BE

    Il-Belġju

    CY

    Ċipru

    CZ

    Ir-Repubblika Ċeka

    DE

    Il-Germanja

    DK

    Id-Danimarka

    ES

    Spanja

    EE

    L-Estonja

    FI

    Il-Finlandja

    FR

    Franza

    EL

    Il-Greċja

    HU

    L-Ungerija

    IE

    L-Irlanda

    IT

    L-Italja

    LV

    Il-Latvja

    LT

    Il-Litwanja

    LU

    Il-Lussemburgu

    MT

    Malta

    NL

    L-Olanda

    PL

    Il-Polonja

    PT

    Il-Portugall

    SK

    Ir-Repubblika Slovakka

    SI

    Is-Slovenja

    SE

    L-Isvezja

    UK

    Ir-Renju Unit

    3.

    L-impenji ta' l-aċċess tas-suq f'dak li għandu x'jaqsam mat-tipi (1) u (2) japplikaw biss għal:

    It-transazzjonijiet murija f'paragrafi B3 u B4 ta' l-artikolu dwar l-aċċess għas-suq ta' ‘Ftehim dwar l-Impenji fis-Servizzi Finanzjarji’ rispettivament għall-Istati Membri kollha;

    it-transazzjonijiet speċifiċi ta' hawn taħt, b'referenza għall-Artikolu 11, għal kull Stat Membru konċernat:

    CY: A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja) u l-Parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja, u lanqas hija MAT - marittima, ta' l-avjazzjoni u trasport ieħor f'modalità 2, B.6.(e) (il-kummerċ ta' titoli trasferibbli) f'tip (1);

    EE: A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja), u l-Parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u lanqas hija MAT) u l-Parti li jifdal minn A.3. (l-intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni li mhijiex MAT) fit-tipi (1) u (2), B.1. sa B.10. (aċċettazzjoni ta' depożiti, self ta' kull tip, kera għall-ispejjeż tas-sid, is-servizzi kollha relatati mat-trasmissjoni tal-ħlasijiet u l-flus, garanziji u obbligi, kummerċ ta' titoli, parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senseriji tal-kambji, immaniġġjar ta' l-assi, u servizzi ta' riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal assi finanzjarji) f'tip (1);

    LV: A.1.(a) (assigurazzjoi fuq il-ħajja), u l-Parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u lanqas hija MAT) u l-Parti li jifdal minn A.3. (intermedjazzjoni ta' assigurazzjoni li mhijiex MAT) fit-tip (2), B.7. (parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull xorta ta' titoli) f'tip (1);

    LT: A.1.(a) (assigurazzjoni fuq il-ħajja), u l-Parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u lanqas hija MAT u l-Parti li jifdal minn A.3. (l-intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u lanqas hija MAT fit-tipi (1) u (2), B.1. sa B.10. (aċċettazzjoni ta' depożiti, self ta' kull tip, kera għall-ispejjeż tas-sid, is-servizzi kollha relatati mat-trasmissjoni tal-ħlasijiet u l-flus, garanziji u obbligi, kummerċ ta' titoli, parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senseriji tal-kambji, immaniġġjar ta' l-assi, u servizzi ta' riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal assi finanzjarji) f'tip (1);

    MT: A.1.(a) (assigurazzjoi fuq il-ħajja), u l-Parti li jifdal minn A.1.(b) (assigurazzjoni li la hija fuq il-ħajja u lanqas hija MAT f'tip (2). B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta' depożiti u self ta' kull tip) f'tip (1);

    SI: B.1. sa B.10. (aċċettazzjoni ta' depożiti, self ta' kull tip, kera għall-ispejjeż tas-sid, is-servizzi kollha relatati mat-trasmissjoni tal-ħlasijiet u l-flus, garanziji u obbligi, kummerċ ta' titoli, parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senseriji tal-kambji, immaniġġjar ta' l-assi, u servizzi ta' riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal assi finanzjarji) f'tip (1).

    4.

    Differenti mis-sussidjarji barranin, fergħat stabbiliti direttament fl-Istat Membru minn istituzzjoni finanzjarja Messikana ma humiex, b'ċerti eċċezzjonijiet limitati, soġġetti għar-regolamenti prudenzjali armonizzati fil-livell tal-Komunità li jħallu lil sussidjarji bħal dawn jibbenefikaw minn faċilitajiet aħjar biex jistabbilixxu stabbilimenti ġodda u biex jipprovdu servizzi transkonfini fil-Komunità kollha. Għaldaqstant, fergħat bħal dawn jingħataw awtorizzazzjoni biex joperaw fit-territorju ta' Stat Membru taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji domestiċi ta' dak l-Istat Membru partikolari, u jistgħu jiġu obbligati jissodisfaw numru ta' ħtiġiet speċifiċi prudenzjali bħal, fil-każ tal-banek u t-titoli, il-ħtieġa ta' kapitalizzazzjoni separata u ħtiġiet oħra ta' solvibilità u ħtiġiet ta' rrappurtar u pubblikazzjoni ta' kontijiet jew, fil-każ ta' assigurazzjoni, ħtiġiet speċifiċi ta' garanzija u depożiti, kapitalizzazzjoni separata, u l-lokalizzazzjoni fl-Istat Membru konċernat ta' l-assi li jirrappreżentaw ir-riservi tekniċi u mill-inqas terz tal-marġini ta' solvibilità. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-restrizzjonijiet indikati f'din l-iskeda biss fir-rigward ta' l-istabbiliment dirett Messikan ta' preżenza kummerċjali jew ta' forniment ta' servizzi transkonfini mill-Messiku; konegwentement, Stat Membru partikolari ma jistax japplika dawn ir-restrizzjonijiet, inklużi dawk fil-każ ta' l-istabbiliment, għas-sussidjarji Messikani stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Komunità, għajr jekk dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu wkoll jiġu applikati għal kumpanniji jew ċittadini ta' Stati Membri oħra skond il-Liġi tal-Komunità.

    5.

    CY: Il-kondizzjonijiet u l-kwalifikazzjonijiet ġenerali li ġejjin jkunu japplikaw, ukoll meta l-ebda limitazzjonijiet jew kondizzjonijiet m'huma dikjarati fl-iskeda.

    (i)

    Il-konsiderazzjoni tas-sigurtà nazzjonali u l-għanijiet tal-politika pubblika;

    (ii)

    Din l-iskeda bl-ebda mod m'hija relatata mas-servizzi pprovduti mit-twettiq tal-funzjonijiet governattivi. Lanqas ma tolqot il-miżuri relatati ma' kummerċ ta' merkanzija li jista' joħloq żidiet ma' servizz skedat jew servizzi oħra. Barra dan, il-limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq jew it-trattament nazzjonali ta' servizzi li jistgħu joħolqu żidiet ma'. jew jipprovdu sevizz skedat, għandhom ikomplu jiġu applikati.

    6.

    CY: Il-liġijiet u r-regolamenti msemmija f'din l-iskeda ma għandhomx jiġu interpretati bħala referenza eżawrjenti għal-liġijiet kollha u r-regolamenti li jrieġu s-settur finanzjarju. Per eżempju, ma huwiex permess it-trasferiment ta' tagħrif li jinkludi data personali, sigrieti bankarji jew sigrieti oħra kummerċjali. Trasferiment ta' din in-natura huwa soġġett għal-liġijiet domestiċi dwar il-ħarsien ta' konfidenzjalità ta' tagħrif dwar il-klijenti tal-banek. Barra dan, huwa nnutat li miżuri kwalitattivi li ma humiex diskriminatorji relatati ma' l-istandards tekniċi, is-saħħa pubblika u l-konsiderazzjonijiet ambjentali, l-illiċenzjar, il-konsiderazzjoni prudenzjali, il-kwalifiki professjonali u l-ħtiġiet ta' kompetenza ma ġewx elenkati bħala kondizzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali.

    7.

    CY: Servizzi u prodotti finanzjarji mhux regolati u l-ammissjoni għas-suq ta' servizzi u prodotti finanzjarji ġodda, jistgħu jkunu soġġetti għall-eżistenza jew l-introduzzjoni ta' qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku.

    8.

    CY: Minħabba l-kontrolli fuq il-kambju mħaddma f'Ċipru:

    ir-residenti m'għandhomx permess jixtru servizzi bankarji li jistgħu jinvolvu t-trasferiment ta' fondi għal barra l-pajjiż, filwaqt li huma jkunu jinsabu fiżikament barra l-pajjiż;

    self lil persuni li ma humiex residenti/barranin jew lil kumpanniji kkontrollati minn persuni li m'humiex residenti jinħtieġu l-approvazzjoni tal-Bank Ċentrali;

    l-akkwist ta’ ishma (securities) minn persuni li mhumiex residenti jinħtieġ ukoll il-permess tal Bank Centrali,

    negozju f'muniti barranin jista' jitwettaq biss permezz ta' banek li ngħataw l-istatus ta' ‘Negozjant Awtorizzat’ mill-Bank Ċentrali.

    9.

    CZ: L-ammissjoni għas-suq ta' servizzi u strumenti finanzjarji ġodda jistgħu jkunu soġġetti għall-eżistenza ta', u konsistenza ma', il-qafas regolatorju domestiku maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku.

    10.

    CZ: Bħala regola ġenerali u b'mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji inkorporati fir-Repubblika Ċeka għandhom jadottaw forma legali speċifika.

    11.

    CZ: Assigurazzjoni mandatorja kontra r-responsabbiltà ċivili għall-vetturi hija pprovduta minn fornitur esklusiv. Meta d-drittijiet tal-monopolju dwar l-assigurazzjoni mandatorja kontra r-responsabbiltà ċivili jitneħħew, il-provvista ta' dan is-servizz jinfetaħ fuq bażi mhux diskriminatorju għall-fornituri tas-servizzi stabbiliti Ċeki. Assigurazzjoni mandatorja fuq is-saħħa hija pprovduta minn fornituri lliċenzjati Ċeki biss.

    12.

    EE: Servizzi mandatorji tas-sigurtà soċjali ma humiex impenjati.

    13.

    HU: L-ammissjoni għas-suq ta' servizzi jew prodotti finanzjarji ġodda jista' jkun soġġett għall-eżistenza ta', u konsistenza ma' qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku.

    14.

    HU: Mhux permess it-trasferiment ta' tagħrif li jinkludi data personali, sigrieti bankarji, sigrieti ta' titoli u/jew sigrieti oħra kummerċjali.

    15.

    HU: Bħala regola ġenerali u b'mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji inkorporati fl-Ungerija għandhom jadottaw forma legali speċifika.

    16.

    HU: Negozju ta' assigurazzjoni, banek, servizzi ta' titoli u servizzi kollettivi ta' mmaniġġjar ta' investimenti għandhom jitwettqu minn fornituri ta' sevizzi finanzjarji li l-istatus tagħhom huwa wieħed ta' separazzjoni legali u kapitalizzazzjoni indipendenti.

    17.

    MT: Għal impenji ta' tip (3), skond il-leġislazzjoni dwar il-kontrolli tal-kambju, persuni li ma humiex residenti li jixtiequ jipprovdu xi servizzi permezz tar-reġistrazzjoni ta' kumpannija lokali jistgħu jagħmlu dan bil-permess minn qabel tal-Bank Ċentrali ta' Malta. Kumpanniji bil-parteċipazzjoni ta' persuni legali jew naturali li ma humiex residenti jinħtieġu kapital ta' l-ishma minimu ta' 10,000 Liri Maltin li minnhom għandhom jitħallsu 50 %. Is-sehem tal-perċentwal tal-valur ta' l-ishma mhux residenti għandu jitħallas b'fondi li ġejjin minn barra l-pajjiż. Kumpanniji bil-parteċipazzjoni ta' persuni li ma humiex residenti għandhom japplikaw għal permess mill-Ministeru tal-Finanzi biex jakkwistaw proprjetà skond il-leġislazzjoni xierqa.

    18.

    MT: Għal impenji ta' tip (4), ir-rekwiżiti tal-liġijiet u r-regolamenti Maltin dwar il-miżuri tad-dħul, il-qagħda fil-post, l-akkwist ta' proprjetà immobbli, ix-xogħol u s-sigurtà soċjali għandhom ikomplu japplikaw, inklużi r-regoli dwar it-tul tal-qagħda fil-post, il-paga minima kif ukoll il-ftehim kollettivi dwar il-pagi. Permessi għal dħul, xogħol u residenza jingħataw skond id-diskrezzjoni tal-Gvern Malti.

    19.

    MT: Għal impenji ta' tipi (1) u (2), il-liġijiet dwar il-kontroll tal-kambju jippermettu lir-resident jittrasferixxi barra l-pajjiż kull sena għal investimenti ta' portfolio sa Lm 5,000. Ammonti li jaqbżu l-Lm 5,000 huma soġġetti għall-permess tal-kontroll tal-kambju.

    20.

    MT: Ir-residenti jistgħu jissellfu minn barra l-pajjiż mingħajr il-ħtieġa ta' approvazzjoni ta' kontroll tal-kambju jekk is-self ikun għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet snin. Madankollu, self ta' din ix-xorta għandu jiġi rreġistrat mal-Bank Ċentrali.

    21.

    PL: Fil-Polonja, ir-regoli prudenzjali fis-settur finanzjarju qegħdin jiġu studjati bir-reqqa. Tista' tinħass il-ħtieġa għal xi tibdil tar-regoli li jeżistu bħalissa kif ukoll għal tħejjija ta' liġijiet ġodda.

    22.

    SK: L-ammissjoni għas-suq ta' servizzi u strumenti finanzjarji ġodda jistgħu jkunu soġġetti għall-eżistenza ta', u konsistenza mal-qafas regolatorju domestiku maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku.

    23.

    SK: Is-servizzi ta' assigurazzjoni li ġejjin huma pprovduti minn fornituri esklusivi. L-assigurazzjoni mandatorja kontra r-responsabbiltà ċivili għall-vetturi, l-assigurazzjoni mandatorja ta' trasport bl-ajru, l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ta' min iħaddem kontra l-korriment jew mard ikkaġunat minn ċertu xogħol għandhom jiġu effetwati permezz tal-Kumpannija Slovakka ta' l-Assigurazzjoni. L-assigurazzjoni bażika tas-saħħa hija ristretta għall-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni tas-saħħa Slovakki li għandhom liċenzja biex jipprovdu assigurazzjoni tas-saħħa maħruġa mill-Ministeru ta' l-Assistenza Sanitarja tar-Repubblika Slovakka skond l-Att 273/1994 Kull. tal-Liġi. L-iskemi ta' assigurazzjoni tal-fondi tal-pensjoni u assigurazzjoni kontra l-mard huma ristretti għall-Kumpannija ta' l-Assigurazzjoni Soċjali.

    24.

    SI: L-ammissjoni għas-suq ta' servizzi jew prodotti finanzjarji ġodda jistgħu jkunu soġġetti għall-eżistenza ta', u konsistenza ma' qafas regolatorju maħsub biex jilħaq l-għanijiet imsemmija fl-artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 2/2001 tal-Kunsill Konġunt UE/Messiku.

    25.

    SI: Bħala regola ġenerali u b'mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet finanzjarji inkorporati fir-Repubblika tas-Slovenja għandhom jadottaw forma legali speċifika.

    26.

    SI: Attivitajiet ta' assigurazzjoni u bankarji għandhom jitwettqu minn fornituri ta' sevizzi finanzjarji li huma legalment separati.

    27.

    SI: Is-servizzi ta' investiment jistgħu jiġu pprovduti biss permezz tal-banek u d-ditti ta' l-investiment.

    A.

    Servizzi ta' Assigurazzjoni u Servizzi Relatati

    1)

    Provvista transkonfini

    AT: Attività promozzjonali u intermedjazzjoni f'isem entità sussidjarja li mhix stabbilita fil-Komunità jew f'isem fergħa li mhix stabbilita fl-Awstrija (minbarra riassigurazzjoni u retroċessjoni) huma pprojbiti.

     

     

    AT: L-assigurazzjoni mandatorja ta' trasport bl-ajru tista' tkun sottoskritta biss minn sussidjarju stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa stabbilita fl-Awstrija.

     

     

    AT: Taxxa ta' primjum ogħla hija dovuta għal kuntratti ta' assigurazzjoni (minbarra kuntratti ta' riassigurazzjoni u retroċessjoni) miktuba minn sussidjarju li mhux stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa li mhix stabbilita fl-Awstrija. Tista' ssir eċċezzjoni għall-ħlas ta' taxxa ogħla.

     

     

    CY: Kull assiguratur barrani approvat mill-Kontrollur ta' l-Assigurazzjoni (fuq kriterji prudenzjali) jista' joffri servizzi ta' riassigurazzjoni jew retroċessjoni lil kumpanniji ta' l-assigurazzjoni inkorporati u liċenzjati f'Ċipru.

     

     

    CY: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Mhux marbuta.

     

     

    CZ: Xejn ħlief:

     

     

    Fornituri barranin ta' servizzi finanzjarji jistgħu jistabbilixxu kumpannija ta' l-assigurazzjoni biċ-ċentru prinċipali tagħha fir-Repubblika Ċeka fis-forma ta' kumpannija ta' titoli konġunti jew jistgħu jattwaw attività ta' negozju ta' assigurazzjoni permezz tal-fergħat tagħhom b'uffiċċji rreġistrati fir-Repubblika Ċeka taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar I-industrija ta' l-Assigurazzjoni.

     

     

    Hija meħtieġa preżenza kummerċjali u awtorizzazzjoni għall-fornitur tas-servizzi ta' assigurazzjoni:

     

     

    biex jipprovdi servizzi bħal dawn inkluża r-riassigurazzjoni

    biex jikkonkludi kuntratt ta' intermedjazzjoni ma' intermedjarju bil-għan li jiġi konkluż kuntratt ta' assigurazzjoni bejn il-fornitur tas-servizzi ta' l-assigurazzjoni u terzi.

     

     

    Tinħtieġ awtorizzazzjoni għall-intermedjarju f'każ ta' attività ta' intermedjazzjoni tiegħu biex tiġi attwata għal fergħa b'uffiċċju rreġistrat fir-Repubblika Ċeka.

     

     

    DK: L-assigurazzjoni mandatorja ta' trasport bl-ajru tista' tiġi sottoskritta biss minn ditti stabbiliti fil-Komunità.

     

     

    DK: L-ebda persuna jew kumpanniji (inklużi kumpanniji ta' l-assigurazzjoni) ma jistgħu, għal għanijiet ta' negozju fid-Danimarka, jassistu fil-ħruġ ta' assigurazzjoni diretta għal persuni residenti fid-Danimarka, għal bastimenti Daniżi jew għal proprjetà fid-Danimarka, ħlief għal kumpanniji ta' l-assigurazzjoni lliċenzjati mil-liġi Daniża jew mill-awtoritajiet kompetenti Daniżi.

     

     

    DE: L-assigurazzjoni mandatorja ta' trasport bl-ajru tista' tkun sottoskritta biss minn sussidjarju stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa stabbilita fil-Ġermanja.

     

     

    DE: Jekk kumpannija barranija ta' l-assigurazzjoni tkun stabbiliet fergħa fil-Germanja, tista' tikkonkludi kuntratti ta' assigurazzjoni fil-Ġermanja relatata ma' trasport internazzjonali biss permezz tal-fergħa tagħha stabbilita fil-Ġermanja.

     

     

    FI: Dawk l-assiguraturi biss li għandhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew li għandhom il-fergħa tagħhom fil-Finlandja jistgħu joffru servizzi ta' assigurazzjoni kif imsemmi f'subparagrafu 3(a) tal-Fehim.

     

     

    FI: Il-provvista ta' servizzi ta' broker ta' l-assigurazzjoni hija soġġetta għal post permanenti ta' negozju fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

     

     

    FR: Assigurazzjoni kontra riskji relatati ma' trasport bl-art tista' tinħareġ biss minn ditti ta' l-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità.

     

     

    HU: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta): Dawk l-intraprendituri biss li huma involuti f'attivitajiet ta' negozju internazzjonali speċifikati fir-regoli legali fuq il-kambju barrani għandhom permess jixtru s-servizzi. Dawk l-avvenimenti ta' assigurazzjoni li jseħħu barra l-pajjiż biss jistgħu jiġu assigurati.

     

     

    IT: Mhux marbuta għall-professjoni attwarjali.

     

     

    IT: Assigurazzjoni kontra riskji relatati ma' esportazzjoni c.i.f (valur, assigurazzjoni, ġarr: cost-insurance-freight) minn residenti Taljani tista' tkun sottoskritta biss minn ditti ta' l-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità.

     

     

    IT: Assigurazzjoni ta' transport ta' merkanzija, assigurazzjoni ta' vetturi bħala tali u assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà rigward riskji li jseħħu fl-Italja jistgħu jiġu sottoskritti biss minn kumpanniji ta' l-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità. Din l-eċċezzjoni ma tapplikax għal transport internazzjonali ta' importazzjoni lejn l-Italja.

     

     

    LV: Mhux marbuta għal subparagrafu B.3(a) tal-Fehim.

     

     

    MT: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Mhux marbuta.

     

     

    PL: Mhux marbuta, minbarra riassigurazzjoni, retroċessjoni u assigurazzjoni ta' merkanzija fil-kummerċ internazzjonali.

     

     

    PT: Assigurazzjoni ta' trasport bl-ajru u l-baħar li tkopri merkanzija, inġenji ta' l-ajru, korp ta' bastiment u responsabbiltà tista' tiġi sottoskritta biss minn ditti stabbiliti fil-KE; persuni jew kumpanniji stabbiliti fil-KE biss jistgħu jaħdmu bħala intermedjarji għal negozju ta' assigurazzjoni bħal dan fil-Portugall.

     

     

    SK: Hija meħtieġa preżenza kummerċjali għall-provvista ta':

     

     

    l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ta' persuni b'residenza permanenti fir-Repubblika Slovakka;

    l-assigurazzjoni ta' proprjetà fit-territorju tar-Repubblika Slovakka;

    l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà għat-telf jew il-ħsara kkawżati mill-attivitajiet ta' persuni u persuni ġuridiċi fit-territorju tar-Repubblika Slovakka;

    l-assigurazzjoni ta' trasport bl-ajru u l-baħar li tkopri merkanzija, inġenji ta' l-ajru, korp ta' bastiment u responsabbiltà.

     

     

    SI: assigurazzjoni marittima, l-avjazzjoni u t-trasport: Attivitajiet ta' sigurezza pprovduti minn istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni reċiproka huma llimitati għal kumpanniji inkorporati stabbiliti fir-Repubblika tas-Slovenja.

     

     

    SI: Subsetturi A.2., A.3. u A.4. (riassigurazzjoni u retroċessjoni, intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni ta' l-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Mhux marbuta.

     

     

    SE: Il-provvista ta' assigurazzjoni diretta hija permessa biss permezz ta' fornitur ta' servizz ta' l-assigurazzjoni awtorizzat fl-Isvezja, bil-kondizzjoni li l-fornitur barrani tas-servizz u l-kumpannija Svediża ta' l-assigurazzjoni jappartjenu għall-istess grupp ta' kumpanniji jew għandhom Ftehim ta' koperazzjoni bejniethom.

     

    2)

    Konsum barra l-pajjiż

    AT: Attività promozzjonali u intermedjazzjoni f'isem entità sussidjarja li mhix stabbilita fil-Komunità jew f'isem fergħa li mhix stabbilita fl-Awstrija (minbarra riassigurazzjoni u retroċessjoni) huma pprojbiti.

     

     

    AT: L-assigurazzjoni mandatorja ta' trasport bl-ajru tista' tkun sottoskritta biss minn sussidjarju stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa stabbilita fl-Awstrija.

     

     

    AT: Taxxa ta' primjum ogħla hija dovuta għal kuntratti ta' assigurazzjoni (minbarra kuntratti ta' riassigurazzjoni u retroċessjoni) miktuba minn sussidjarju li mhux stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa li mhix stabbilita fl-Awstrija. Tista' tintgħamel eċċezzjoni għall-ħlas ta' taxxa ogħla.

     

     

    CY: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Mhux marbuta.

     

     

    CZ: Xejn ħlief:

     

     

    Servizzi ta' assigurazzjoni kif definiti hawn taħt ma jistgħux jinxtraw minn barra l-pajjiż.

     

     

    l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ta' persuni b'residenza permanenti fir-Repubblika Ċeka,

    l-assigurazzjoni ta' proprjetà fit-territorju tar-Repubblika Ċeka,

    l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà għat-telf jew ħsara kkawżati minn attivitajiet ta' persuni u persuni naturali fit-territorju tar-Repubblika Ċeka.

     

     

    DK: L-assigurazzjoni mandatorja ta' trasport bl-ajru tista' tiġi sottoskritta biss minn ditti stabbiliti fil-Komunità.

     

     

    DK: L-ebda persuna jew kumpanniji (inklużi kumpanniji ta' l-assigurazzjoni) ma jistgħu, għal għanijiet ta' negozju fid-Danimarka, jassistu fil-ħruġ ta' assigurazzjoni diretta għal persuni residenti fid-Danimarka, għal bastimenti Daniżi jew għal proprjetà fid-Danimarka, ħlief għal kumpanniji ta' l-assigurazzjoni lliċenzjati mil-liġi Daniża jew mill-awtoritajiet kompetenti Daniżi.

     

     

    DE: L-assigurazzjoni mandatorja ta' trasport bl-ajru tista' tkun sottoskritta biss minn sussidjarju stabbilit fil-Komunità jew minn fergħa stabbilita fil-Ġermanja.

     

     

    DE: Jekk kumpannija barranija ta' l-assigurazzjoni tkun waqqfet fergħa fil-Germanja, tista' tikkonkludi kuntratti ta' assigurazzjoni fil-Ġermanja relatata ma' trasport internazzjonali biss permezz tal-fergħa tagħha stabbilita fil-Ġermanja.

     

     

    FR: Assigurazzjoni kontra riskji relatati ma' trasport bl-art tista' tinħareġ biss minn ditti ta' l-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità.

     

     

    HU: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta): Dawk l-intraprendituri biss li jsegwu attivitajiet ta' negozju internazzjonali speċifikati fir-regoli legali fuq il-kambju barrani għandhom permess jixtru s-servizzi. Dawk l-avvenimenti biss li jseħħu barra l-pajjiż jistgħu jiġu assigurati.

     

     

    IT: Assigurazzjoni kontra riskji relatati ma' esportazzjoni c.i.f (valur, assigurazzjoni, ġarr: cost-insurance-freight) minn residenti Taljani tista' tkun sottoskritta biss minn ditti ta' l-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità.

     

     

    IT: Assigurazzjoni ta' transport ta' merkanzija, assigurazzjoni ta' vetturi bħala tali u assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà rigward riskji li jseħħu fl-Italja jiistgħu jiġu sottoskritti biss minn kumpanniji ta' l-assigurazzjoni stabbiliti fil-Komunità. Din l-eċċezzjoni ma tapplikax għal transport internazzjonali ta' importazzjoni lejn l-Italja.

     

     

    MT: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Mhux marbuta.

     

     

    PL: Mhux marbuta, minbarra riassigurazzjoni, retroċessjoni u assigurazzjoni ta' merkanzija fil-kummerċ internazzjonali.

     

     

    PT: Assigurazzjoni ta' trasport bl-ajru u l-baħar li tkopri merkanzija, inġenji ta' l-ajru, korp ta' bastiment u responsabbiltà tista' tiġi sottoskritta biss minn ditti stabbiliti fil-KE; persuni jew kumpanniji stabbiliti fil-KE biss jistgħu jaħdmu bħala intermedjarji għal negozju ta' assigurazzjoni bħal dan fil-Portugall.

     

     

    SK: Servizzi ta' l-assigurazzjoni koperti minn tip (1), minbarra assigurazzjoni ta' trasport bl-ajru u bil-baħar, li tkopri merkanzija, inġenji ta' l-ajru, korp ta' bastiment u responsabbiltà kif imsemmi hawn fuq ma jistgħux jinxtraw minn barra l-pajjiż.

     

     

    SI: Assigurazzjoni marittima, l-avjazzjoni u t-trasport: Attivitajiet ta' sigurezza pprovduti minn istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni reċiproka huma llimitati għal kumpanniji inkorporati stabbiliti fir-Repubblika tas-Slovenja.

     

     

    SI: Kumpanniji ta' riassigurazzjoni fir-Repubblika tas-Slovenja għandhom prijorità fil-ġbir tal-primjums ta' l-assigurazzjoni. Fil-każ li dawn il-kumpanniji ma humiex kapaċi jdaqqsu r-riskji kollha, dawn jistgħu jiġu riassigurati u retroċessi barra l-pajjiż. (Xejn hekk kif tiġi adottata l-liġi l-ġdida tal-Kumpanniji ta' l-Assigurazzjoni).

     

    3)

    Preżenza kummerċjali

    AT: Il-liċenzja għal uffiċċji tal-fergħat ta' assiguraturi barranin għandha tiġi rrifjutata jekk l-assiguraturi f'pajjiżhom ma jkollhomx forma legali li tikkorrespondi jew tkun komparabbli ma' kumpannija ta' titoli konġunti jew assoċjazzjoni ta' assigurazzjoni reċiproka.

     

     

    BE: Kull offerta pubblika biex jinkisbu titoli Belġjani magħmula minn jew f'isem persuna, kumpannija jew istituzzjoni barra l-ġurisdizzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea għandha tiġi sottomessa għall-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi

     

     

    CY: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta):

     

     

    L-ebda assiguratur ma jista' jopera fi jew minn ġewwa t-territorju tar-Repubblika ta' Ċipru sakemm ma jkunx awtorizzat li jagħmel dan mill-Kontrollur ta' l-Assigurazzjoni. skond il-Liġijiet tal-Kumpanniji ta' l-Assigurazzjoni.

     

     

    Kumpanniji ta' l-assigurazzjoni barranin jistgħu joperaw fir-Repubblika ta' Ċipru billi jistabbilixxu fergħa jew aġenzija. L-assiguraturi barranin għandu jkollhom l-awtorizzazzjoni biex joperaw minn pajjiżhom ta' l-oriġini qabel ma jirċievu l-awtorizzazzjoni biex jitabbilixxu fergħa jew aġenzija.

     

     

    Qabel ma tibda sseħħ il-parteċipazzjoni ta' kumpanniji ta' l-assigurazzjoni li m'humiex residenti, inkorporati fir-Repubblika ta' Ċipru, tinħtieġ l-approvazzjoni tal-Bank Ċentrali. Kemm għandha tkun kbira l-parteċipazzjoni barranija ikun determinat skond il-każ u skond il-ħtiġiet ekonomiċi.

     

     

    CY: Subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni):

     

     

    L-ebda assiguratur ma jista' jopera bħala riassiguratur minn ġewwa t-territorju tar-Repubblika ta' Ċipru sakemm ma jkunx awtorizzat li jagħmel dan mill-Kontrollur ta' l-Assigurazzjoni.

     

     

    Għal investiment f'kumpanniji tar-riassigurazzjoni minn persuni li ma humiex residenti tinħtieġ approvazzjoni minn qabel mill-Bank Ċentrali. Is-sehem tal-parteċipazzjoni barranija fil-kapital tal-kumpanniji lokali tar-riassigurazzjoni huwa determinat skond x'ikun il-każ. Bħalissa ma hemmx kumpannija lokali tar-riassigurazzjoni.

     

     

    CY: Subsetturi A.3. u A.4. (intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Mhux marbuta.

     

     

    CZ: Xejn ħlief:

     

     

    Fornituri barranin ta' servizzi finanzjarji jistgħu jistabbilixxu kumpannija ta' l-assigurazzjoni biċ-ċentru prinċipali tagħha fir-Repubblika Ċeka fis-forma ta' kumpannija ta' titoli konġunti jew jistgħu jattwaw attività ta' negozju ta' assigurazzjoni permezz tal-fergħat tagħhom b'uffiċċji rreġistrati fir-Repubblika Ċeka taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar I-industrija ta' l-Assigurazzjoni.

     

     

    Hija meħtieġa preżenza kummerċjali u awtorizzazzjoni għall-fornitur tas-servizzi ta' assigurazzjoni:

     

     

    biex jipprovdi servizzi bħal dawn inkluża r-riassigurazzjoni

    biex jikkonkludi kuntratt ta' intermedjazzjoni ma' intermedjarju bil-għan li jiġi konkluż kuntratt ta' assigurazzjoni bejn il-fornitur tas-servizzi ta' l-assigurazzjoni u terzi.

     

     

    Tinħtieġ awtorizzazzjoni għall-intermedjarju f'każ ta' attivita' ta' intermedjazzjoni tiegħu attwata għal fergħa b'uffiċċju rreġistrat fir-Repubblika Ċeka.

     

     

    ES: Qabel ma jistabbilixxu fergħa jew aġenzija fi Spanja biex jipprovdu ċerti klassijiet ta' assigurazzjoni, l-assiguraturi barranin għandu jkollhom l-awtorizzazzjoni biex joperaw fl-istess klassijiet ta' assigurazzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom għal mill-inqas ħames snin.

     

     

    ES, EL: Id-dritt biex tistabbilixxi ma jkoprix il-ħolqien ta' uffiċċji rappreżentattivi jew preżenza permanenti oħra ta' kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, minbarra fil-każi fejn uffiċċji bħal dawn huma stabbiliti bħala aġenziji, fergħat jew uffiċċji ewlenin.

     

     

    EE: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta): Ħadd ħlief il-korp maniġerjali ta' kumpannija ta' l-assigurazzjoni ta' titoli konġunti bil-parteċipazzjoni ta' kapital barrani ma jista' jinkludi ċittadini ta' pajjiżi barranin f'relazzjoni kwantitattiva mal-parteċipazzjoni barranija, imma mhux aktar min-nofs il-membri tal-grupp maniġerjali; il-kap tal-grupp maniġerjali għandu jgħix permanentement fl-Estonja.

     

     

    FI: Id-direttur maniġerjali, mill-inqas awditur wieħed u mill-inqas nofs in-numru ta' promoturi u membri tal-bord tad-diretturi u l-bord ta' sorveljanza tal-kumpannija ta' l-assigurazzjoni għandu jkollhom il-post fejn jgħixu fiż-Żona Ekonomika Ewropea, sakemm il-Ministeru ta' l-Affarijiet Soċjali u tas-Saħħa ma jkunx għamel eżenzjoni.

     

     

    FI: Assiguraturi barranin ma jistgħux iġibu liċenzja fil-Finlandja biex fergħa tkun tista' tinnegozja f'assigurazzjonijiet soċjali statutorji (assigurazzjoni ta' pensjoni statutorja, assigurazzjoni statutorja kontra d-diżgrazzji).

     

     

    FI: L-aġent ġenerali ta' kumpannija barranija ta' l-assigurazzjoni għandu jkollu l-post tar-residenza tiegħu fil-Finlandja, sakemm il-kumpannija m'għandhiex l-uffiċċju ewlieni tagħha fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

     

     

    FR: Il-ftuħ tal-fergħat huwa soġġett għal awtorizzazzjoni speċjali li trid tinħareġ għar-rappreżentant tal-fergħa partikolari.

     

     

    HU: Hemm il-ħsieb li l-fergħat diretti jingħaqdu flimkien meta t-tagħqida ssir fil-GATS. Meta dan iseħħ, it-tagħqid jitwettaq skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim.

     

     

    HU: Il-bord ta' istituzzjoni finanzjarja għandu jinkludi mill-inqas żewġ membri li huma ta' nazzjonalità Ungeriża, residenti fis-sens tat-tifsira magħtija mir-regolamenti tal-kambju barrani u li għandhom residenza permanenti fl-Ungerija għal perjodu ta' mill-inqas sena.

     

     

    IE: Id-dritt biex tistabbilixxi ma jkoprix il-ħolqien ta' uffiċċji rappreżentattivi.

     

     

    IT: L-aċċess għall-professjoni attwarjali permezz ta' persuni naturali biss. Assoċjazzjonijiet professjonali (mhux inkorporazzjonijiet) fost persuni naturali huma permessi.

     

     

    IT: L-awtorizzazzjoni għat-twaqqif tal-fergħat hija fl-aħħarnett soġġetta għall-valutazzjoni ta' l-awtoritajiet ta' sorveljanza.

     

     

    LV: Subsetturi A.1. u A.2. (assigurazzjoni diretta, u riassigurazzjoni u retroċessjoni): Bħala regola ġenerali u b'mod mhux diskriminatorju, istituzzjonijiet barranin ta' l-assigurazzjoni għandhom jadottaw forma legali speċifika.

     

     

    LV: Subsettur A.3. (intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni): Intermedjarju jista' jkun biss paersuna naturali (ma hemmx ħtieġa ta' nazzjonalità) u jista' jipprovdi servizz f'isem kumpannija ta' l-assigurazzjoni li għandha awtorizzazzjoni minn Awtorità ta' Sorveljanza fil-Latvja.

     

     

    LT: Il-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni m'għandhomx permess jipprovdu kemm assigurazzjoni fuq il-ħajja kif ukoll assigurazzjoni li mhix fuq il-ħajja. Tinħtieġ inkorporazzjoni għal dawn iż-żewġ tipi ta' assigurazzjoni (a) u (b).

     

     

    MT: Jista' jkun suġġett għal test tal-bżonnijiet ekonomiċi.

     

     

    PL: Substturi A.1. sa A.3. (assigurazzjoni diretta, riassigurazzjoni u retroċessjoni, u intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni):

     

     

    Stabbiliment biss f'forma ta' kumpannija ta' titoli konġunti jew fergħa wara l-kisba tal-liċenzja. Ma jistgħux jiġu investiti barra l-pajjiż aktar minn 5 % tal-fondi ta' l-assigurazzjoni. Persuna li tkun qed tesegwixxi attivitajiet ta' intermedjazzjoni ta' assigurazzjoni għandu jkollha liċenzja. Tinħtieġ inkorporazzjoni lokali għal intermedjarji ta' l-assigurazzjoni.

     

     

    PL: Subsettur A.4. (servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Mhux marbuta.

     

     

    PT: Kumpanniji barranin jistgħu jinnegozjaw f'intermedjazzjoni ta' l-assigurazjoni fil-Portugall permezz ta' kumpannija ffurmata skond il-liġi ta' l-Istat Membru tal-Komunità biss.

     

     

    PT: Biex jistabbilixxu fergħa fil-Portugall, il-kumpanniji barranin jeħtiġilhom esperjenza fl-operazzjoni ta' mill-inqas ħames snin minn qabel.

     

     

    SK: Il-maġġoranza tal-bord ta' l-immaniġġjar ta' kumpannija ta' l-assigurazzjoni għandha tkun domiċiljata fir-Repubblika Slovakka.

     

     

    Għall-provvista ta' servizzi ta' l-assigurazzjoni hija meħtieġa l-liċenzja. Ċittadini barranin jistgħu jistabbilixxu kumpannija ta' l-assigurazzjoni biċ-ċentru prinċipali tagħha fir-Repubblika Slovakka fis-forma ta' kumpannija ta' titoli konġunti jew jistgħu jattwaw attività ta' negozju ta' assigurazzjoni permezz tas-sussidjarji tagħhom b'uffiċċji rreġistrati fir-Repubblika Slovakka taħt il-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Liġi ta' l-Assigurazzjoni. Negozju ta' l-assigurazzjoni tfisser attività ta' assigurazzjoni inkluża s-sensarija u l-attività tar-riassigurazzjoni.

     

     

    Attività ta' intermedjazzjoni bil-għan li jingħalaq kuntratt ta' assigurazzjoni bejn terzi u l-kumpannija ta' l-assigurazzjoni tista' ssir minn persuni naturali jew ġuridiċi li huma domiċiljati fir-Repubblika Slovakka għall-benefiċċju tal-kumpannija tal-assigurazjoni li għandha l-liċenzja mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-Assigurazzjoni

     

     

    Kuntratt ta' intermedjazzjoni bil-għan li jagħlaq kuntratt ta' assigurazzjoni minn terzi mal-kumpannija ta' l-assigurazzjoni jista' jingħalaq minn kumpannija ta' l-assigurazzjoni domestika jew barranija wara li tkun ingħatat il-liċenzja mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-Assigurazzjoni

     

     

    Ir-riżorsi finanzjarji ta' fondi speċifiċi ta' l-assigurazzjoni ta' operaturi ta' l-assigurazzjoni bil-liċenzja mnissla mill-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni ta' dawk li għandhom il-poloz b'residenza jew uffiċċju rreġistrat fir-Repubblika Slovakka għandhom jiġu ddepożitati fil-bank residenti fir-Repubblika Slovakka u ma jistgħux jiġu ttrasferiti barra l-pajjiż.

     

     

    SI: Subsettur A.1. (assigurazzjoni diretta):

     

     

    L-istabbiliment huwa soġġett għal liċenzja maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi. Persuni barranin jistgħu jistabbilixxu kumpannija ta' l-assigurazzjoni biss bħala intrpriża bejn tnejn ma' persuna domestika, fejn parteċipazzjoni ta' persuni barranin hija llimitata sa 99 fil-mija.

     

     

    Il-limitazzjoni fuq id-dritt tal-pussess massimu barrani għandha titneħħa mad-dħul tal-Liġi l-ġdida tal-Kumpanniji ta' l-assigurazzjoni.

     

     

    Persuna barranija tista' tikseb jew iżżid l-ishma f'kumpannija ta' l-assigurazzjoni domestika biss jekk ikollha l-approvazzjoni minn qabel tal-Ministeru tal-Finanzi.

     

     

    Meta l-Ministeru tal-Finanzi joħroġ il-liċenzji għall-approvazzjoni ta' ishma f'kumpanniji ta' l-assikurazzjoni domsetiċi, irid jikkonsidra dawn il-kriterji:

     

     

    l-eżistenza ta' sidien ta' ishma minn pajjiżi differenti

    l-għoti ta' prodotti ta' assikurazzjoni u t-tagħrif kummerċjali relatat, jekk l-investitur huwa barrani

     

     

    Mhumiex marbutin ma' partiċipazzjoni ta' kumpanniji ta' assikurazzjoni.

     

     

    Il-menswalità għall-istituzzjonijiet ta' assikurazzjoni huma limitati għall-kumpanniji ġejjin mir-Repubblika tas-Slovenja u n-nies domestiċi.

     

     

    SI: Subsettur A.2. (riassigurazzjoni u retroċessjoni):

     

     

    Il-parteċipazzjoni barranija f'kumpannija tar riassigurazzjoni hija limitata sa sehem ta' kontroll fuq il-kapital. (Ħadd, minbarra fergħat, bl-adozzjoni tal-liġi l-ġdida dwar il-Kumpanniji ta' l-Assigurazzjoni).

     

     

    SI: Subsetturi A.3 u A.4 (intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni u servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni):

     

     

    Sabiex ikun provduti servizzi ta' konsulenza u ta' soluzzjoni ta' talbiet, hija meħtieġa l-inkorporazzjoni bħala entità legali bilkunsens tal-Bureau ta' l-Assigurazzjoni.

     

     

    Għall-attivitajiet attwarjali u ta' valutazzjoni tar-riskju, proviżjoni ta' servizzi permezz ta' stabbiliment professjonali biss.

     

     

    L-operazzjoni hija limitata għall-assigurazzjoni diretta u r-riassigurazzjoni.

     

     

    Għall-proprjetarji esklużivi, hija meħtieġa r-residenza fir-Repubblika tas-Slovenja.

     

     

    SE: Intrapriżi li jagħmlu xogħol ta' brokers ta' assigurazzjoni ta' li ma humiex inkorporati fl-Isvezja jistgħu jistabbilixxu preżenza kummerċjali biss permezz ta' fergħa.

     

     

    SE: Intrapriżi ta' assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja li m'humiex inkorporati fl-Isvezja u li qed jinnegozjaw fl-Isvezja huma soġġetti għal tassazzjoni bbażata fuq id-dħul mill-primjums minn operazzjonijiet ta' assigurazzjoni diretta minflok li jkunu ntaxxati skond ir-riżultat nett.

     

     

    SE: Il-fundatur ta' kumpannija ta' l-assigurazzjoni għandu jkun persuna naturali residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew entità legali inkorporata fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

     

    4)

    Il-preżenza ta' persuni naturali

    CY: Mhux marbuta.

     

     

    PL:

     

     

    Subsetturi A.1. sa A.3. (assigurazzjoni diretta, riassigurazzjoni u retroċessjoni, u intermedjazzjoni ta' l-assigurazzjoni): Mhux marbuta ħlief kif indikat fis-sezzjoni orizzontali, u soġġetta għal-limitazzjoni li ġejja: Ħtiġiet tar-residenza għall-intermedjarji ta' l-assigurazzjoni.

     

     

    Subsettur A.4. (servizzi awżiljari għall-assigurazzjoni): Mhux marbuta.

     

     

    AT, BE, CZ, DE, DK, ES, EE, FR, FI, EL, HU, IT, IE, LU, LT, LV, MT, NL, PT, SE, SI, SK, UK:

     

     

    Mhux marbuta ħlief kif indikat fis-sezzjonijiet orizzontali rispettivi, u soġġett għal-limitazzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

     

     

    AT: Il-grupp maniġerjali ta' uffiċċju ta' fergħa għandu jkun magħmul minn żewġ persuni residenti fl-Awstrija.

     

     

    DK: Huwa meħtieġ li l-aġent ġenerali ta' fergħa ta' assigurazzjoni ikun għex bħala resident fid-Danimarka għal mill-inqas sentejn sakemm ma jkunx ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità. Il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija jista' jagħti eżenzjoni.

     

     

    DK: Il-ħtiġiet tar-residenza għall-maniġers u l-membri tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija. Madankollu, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija jista' jagħti eżenzjoni minn din il-ħtieġa. L-eżenzjoni tingħata fuq bażi mhux diskriminatorja.

     

     

    ES, IT: Il-ħtiġiet tar-reżistenza għall-professjoni attwarja.

     

     

    EL: Il-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi ta' kumpannija stabbilita fil-Greċja għandha tkun ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità.

     

     

    SI: Għall-valutazzjoni attwarjali u tar-riskju, hija meħtieġa r-residenza minbarra eżami ta' kwalifikazzjoni, sħubija fl-Assoċjazzjoni Attwarjali tar-Repubblika tas-Slovenja u ħila fl-ilsien Sloven.

    B.

    Banek u Servizzi (eskluża l-assigurazzjoni) Finanzjarji Oħra

    1)

    Provvista transkonfini

    BE: Stabbiliment fil-Belġju huwa meħtieġ għall-provvista ta' servizzi ta' konsultazzjoni dwar l-investiment.

     

     

    CY: Mhux marbuta.

     

     

    CZ: Is-servizzi tal-ħruġ tal-munita minn bank li mhux ċentrali, negozjar ta' prodotti derivati, ta' titoli trasferibbli u ta' strumenti negozjabbli oħra u assi finanzjarji, parteċipazzjoni fi ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senserija tal-kambji, immaniġġjar ta' l-assi, servizzi ta' ħlas u llikwidar ta' assi finanzjarji, servizzi ta' konsulenza, intermediazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra li huma relatati ma' dawn l-attivitajiet: Mhux marbuta

     

     

    CZ: Xejn ħlief:

     

     

    Banek stabbiliti Ċeki u fergħat ta' banek barranin li għandhom liċenzja korrispondenti biss jistgħu:

     

     

    jipprovdu servizzi ta' depożitu;

    jinnegozjaw f'assi ta' kambju barrani;

    jagħmlu ħlasijiet transfrontaljieri mhux ta' flus kontanti.

     

     

    Il-permess għall-kambju barrani maħruġ mill-Bank Nazzjonali taċ-Cekoslovakkja jew il-Ministeru tal-Finanzi huwa meħtieġ f'każ ta' residenti mhux tal-bank għal:

     

     

    (a)

    il-ftuħ ta' kont barra l-pajjiż u l-provvista ta' flus għalih minn residenti Ċeki,

    (b)

    ħlasijiet kapitali barra l-pajjiż (minbarra l-FDI),

    (ċ)

    għoti ta' krediti u garanziji finanzjarji,

    (d)

    operazzjonijiet f'derivati finanzjarji,

    (e)

    xiri ta' titoli finanzjarji ħlief għall-każi deskritti fl-Att dwar il-Kambju Barrani,

    (f)

    il-ħruġ ta' titoli barranin għall-pubbliku u għal negozju li mhux għall-pubbliku fir-Repubblika Ċeka jew l-introduzzjoni tagħhom fis-suq domestiku.

     

     

    EE: Subsettur B.1. (aċċettazzjoni ta' depożiti): Ħtieġa ta' awtorizzazzjoni minn Eesti Pank u reġistrazzjoni taħt il-Liġi Estonjana bħala kumpannija ta' titoli konġunti, kumpannija sussidjarja jew fergħa.

     

     

    EE, LT: It-twaqqif ta' kumpannija u grupp maniġerjali speċjalizzat huwa meħtieġ biex jattwa l-attivitajiet ta' l-immaniġġjar ta' fondi komuni ta' investiment u kumpanniji ta' investiment, u ditti li għandhom uffiċċu rreġistrat fil-Komunità biss jistgħu jaħdmu bħala depożituri ta' l-assi tal-fondi ta' investiment.

     

     

    HU: Mhux marbuta.

     

     

    IE: Għall-provvista ta' servizzi ta' investiment jew konsulenza dwar l-investiment tinħtieġ (1) awtorizzazzjoni fl-Irlanda, li normalment tesiġi li l-entità tkun inkorporata jew tkun imsieħba jew tkun negozjant esklussiv, f'kull wieħed mill-każi ma' l-uffiċċju ewlieni/irreġistrat fl-Irlanda (ma tkunx meħtieġa awtorizzazzjoni f'ċerti każi, p.e. fejn fornitur tas-servizz minn pajjiż terz m'għandu l-ebda preżenza kummerċjali fl-Irlanda u s-servizz mhux ipprovdut lil individwi privati), jew (II) awtorizzazzjoni fi Stat Membru ieħor skond id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' l-Investiment tal-KE.

     

     

    IT: Mhux marbuta għall-‘promotori di servizi finanziari’ (bejjiegħa finanzjarji).

     

     

    LT: L-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjonji: Preżenza kummerċjali hija meħtieġa.

     

     

    MT:

     

     

    Subsetturi B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta' depożiti u self ta' kull tip): Xejn.

     

     

    Subsettur B.11. (provvista u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju): Mhux marbuta minbarra l-provvista tat-tagħrif finanzjarju minn fornituri internazzjonali.

     

     

    Subsettur B.12. (servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra): Mhux marbuta.

     

     

    PL:

     

     

    Subsettur B.11. (provvista u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju): Il-ħtieġa ta' l-użu tan-network pubblika tat-telekomunikazzjoni, jew in-network ta' operatur awtorizzat ieħor, fil-każ ta' provvista transfrontaljier ta' dawn is-servizzi.

     

     

    Subsettur B.12. (servizzi ta' konsulenza u servizzi awżiljari finanzjarji oħra): Mhux marbuta.

     

     

    SK: In-negozjar ta' prodotti derivattivi, ta' titoli trasferibbli, u ta' strumenti negozjabbli oħra u assi finanzjarji, parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull xorta ta' titoli, senseriji tal-kambji, immaniġġjar ta' l-assi, u servizzi ta' riżoluzzjoni u kompensazzjoni għall-assi finanzjarji: Mhux marbuta.

     

     

    SK:

     

     

    (i)

    Servizzi ta' depożitu huma ristretti għall-banek domestiċi u l-fergħat ta' banek barranin fir-Repubblika Slovakka.

    (ii)

    Il-banek domestiċi awtorizzati, il-fergħat tal-banek barranin fir-Repubblika Slovakka u l-persuni li għandhom il-liċenzja tal-kambju barrani biss jistgħu jinnegozjaw fl-assi tal-kambju barrani. Membri tal-Borża biss jistgħu jinnegozjaw fil-Borża ta' Bratislava. Ir-residenti jistgħu jinnegozjaw fl-RM-System Slovakia bla ebda limitu u dawk li ma humiex residenti permezz ta' negozjanti tat-titoli biss.

    (iii)

    Ħlasijiet transfrontaljieri li ma humiex fi flus jistgħu jsiru biss permezz ta' banek domestiċi awtorizzati u fergħat ta' banek barranin fir-Repubblika Slovakka.

    (iv)

    Liċenzja għall-kambju barrani maħruġa mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja hija meħtieġa għal:

    (a)

    ftuħ ta' kont barra mill-pajjiż minn operatur non-bankarju residenti fir-Repubblika Slovakka, minbarra l-persuni naturali matul is-soġġorn tagħhom barra l-pajjiż;

    (b)

    ħlasijiet kapitali barra l-pajjiż;

    (ċ)

    il-ksib ta' kreditu finanzjarju minn kambju barrani mhux residenti; minbarra l-krediti minn barra l-pajjiż aċċettati mir-residenti b'perjodu ta' aktar minn 3 snin biex jitħallas lura d-dejn u self mogħti bejn persuni naturali għal attivitajiet li ma humiex ta' negozju.

    (v)

    L-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-munita Slovakka u l-kambju barrani fi flus li jaqbeż il-valur ta' 150 ths SKK u s-suq tad-deheb, huma soġġetti għal ħtieġa ta' rrappurtar.

    (vi)

    Jinħtieġ permess għall-kambju barrani jew liċenzja mogħtija mill-awtoritajiet tal-kambju barrani għal depożitu ta' assi finanzjarji minn resident li jgħix barra minn pajjiżu.

    (vii)

    Dawk l-entitajiet ta' kambju barrani stabbiliti fir-Repubblika Slovakka biss jistgħu jagħtu u jiksbu garanziji u djun skond il-limitu determinat minn, u d-dispożizzjonijiet ta', il-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.

     

     

    SI:

     

     

    Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni u servizzi ta' konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Mhux marbuta.

     

     

    Subsetturi B.11. u B.12. (provvista u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju, servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra dawk relatati ma' parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' bonds tat-Teżor u ma' l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni): Xejn.

     

     

    Is-subsetturi l-oħra kollha:

     

     

    Mhux marbuta mbarra l-aċċettazzjoni tal-krediti (tislif ta' kull xorta) u l-aċċettazzjoni ta' garanziji u obbligi minn istituzzjonijiet ta' kreditu barrani minn entitajiet legali domestiċi u proprjetarji esklużivi. (Osservazzjon il-krediti tal-konsumatur ikunu ħielsa hekk kif tidħol il-Liġi tal-Kambju Barrani l-ġdida).

     

     

    L-arranġamenti ta' kreditu kollha msemmija hawn fuq għandhom jiġu rreġistrati mal-Bank tas-Slovenja. (Osservazzjoni: din id-disposizzjoni titneħħa hekk kif tidħol il-Liġi l-ġdida dwar il-Banek).

     

     

    Persuni barranin jistgħu joffru titoli barranin biss permezz tal-banek domestiċi u kumpannija ta' senserija tat-titoli. Il-membri tal-Borża Slovena għandhom ikunu inkorporati fir-Repubblika tas-Slovanja.

     

    2)

    Konsum barra l-pajjiż

    CY: Mhux marbuta, minbarra għal subsettur B.6.(e) (in-negozjar ta'titoli trasferibbli): Xejn.

     

     

    CZ: Servizzi ta' ħruġ ta' munita minn bank li mhux ċentrali, in-negozjar ta' prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, l-immaniġġjar ta' l-assi, servizzi ta' riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal prodotti derivattivi, servizzi ta' konsulenza u intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Mhux marbuta.

     

     

    CZ: Xejn ħlief:

     

     

    Banek stabbiliti Ċeki u fergħat ta' banek barranin li għandhom liċenzja korrispondenti biss jistgħu:

     

     

    jipprovdu servizzi ta' depożitu;

    jinnegozjaw f'assi ta' kambju barrani;

    jagħmlu ħlasijiet transfrontaljieri mhux ta' flus kontanti

     

     

    Il-permess għall-kambju barrani maħruġ mill-Bank Nazzjonali taċ-Cekoslovakkja jew il-Ministeru tal-Finanzi huwa meħtieġ f'każ ta' residenti mhux tal-bank għal:

     

     

    (a)

    il-ftuħ ta' kont barra u l-provvista ta' flus għalih minn residenti Ċeki,

    (b)

    ħlasijiet kapitali barra l-pajjiż (minbarra l-FDI),

    (ċ)

    għoti ta' krediti u garanziji finanzjarji,

    (d)

    operazzjonijiet f'derivati finanzjarji,

    (e)

    xiri ta' titoli finanzjarji mbarra l-każi deskritti fl-Att dwar il-Kambju Barrani,

    (f)

    il-ħruġ ta' titoli barranin għall-pubbliku u għal negozju li mhux għall-pubbliku fir-Repubblika Ċeka jew l-introduzzjoni tagħhom fis-suq domestiku.

     

     

    DE: Il-ħruġ ta' titoli denominati f'Deutschmarks jista' jkollu d-direzzjoni maniġerjali ewlenija minn istituzzjoni tal-kreditu, sussidjarju jew fergħa, stabbiliti fil-Ġermanja.

     

     

    FI: Ħlasijiet minn entitajiet tal-gvern (spiżi) għandhom jiġu trasmessi permezz tas-Sistema Giro Postali Finlandiża, mantenuta mill-Postipankki Ltd. Eżenzjoni minn din il-ħtieġa tista' tingħata għal raġuni speċjali mill-Ministeru tal-Finanzi.

     

     

    EL: L-istabbiliment huwa meħtieġ għall-provvista ta' servizzi ta' sorveljanza u depożitarji li jinvolvu l-amministrazzjoni ta' ħlasijiet ta' l-interessi u s-somom kapitali dovuti fuq titoli maħruġa fil-Greċja.

     

     

    HU: Mhux marbuta.

     

     

    MT:

     

     

    Subsetturi B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta' depożiti u self ta' kull tip): Xejn.

     

     

    Subsettur B.11. (provvista u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju): Mhux marbuta minbarra l-provvista ta' tagħrif finanzjarju minn fornituri internazzjonali.

     

     

    Subsetturi B.3. sa B.10. u B.12.: Mhux marbuta.

     

     

    PL:

     

     

    Subsettur B.11. (provvista u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju): Il-ħtieġa ta' l-użu tan-network pubblika tat-telekomunikazzjoni, jew in-network ta' operatur awtorizzat ieħor, fil-każ ta' konsum ta' dawn is-servizzi barra l-pajjiż.

     

     

    Subsetturi B.1. sa B.10. u B.12.: Mhux marbuta.

     

     

    SK: In-negozjar ta' prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, l-immaniġġjar ta' l-assi, u l-intermedjazzjoni: Mhux marbuta.

     

     

    SK:

     

     

    (i)

    Servizzi ta' depożitu huma ristretti għall-banek domestiċi u l-fergħat ta' banek barranin fir-Repubblika Slovakka.

    (ii)

    Il-banek domestiċi awtorizzati, il-fergħat tal-banek barranin fir-Repubblika Slovakka u l-persuni li għandhom il-liċenzja tal-kambju barrani biss jistgħu jinnegozjaw fl-assi tal-kambju barrani. Membri tal-Borża biss jistgħu jinnegozjaw fil-Borża ta' Bratislava. Ir-residenti jistgħu jinnegozjaw fl-RM-System Slovakia bla ebda limitu u dawk li ma humiex residenti permezz ta' negozjanti tat-titoli biss.

    (iii)

    Ħlasijiet transfrontaljieri li ma humiex fi flus kontanti jistgħu jsiru biss permezz ta' banek domestiċi awtorizzati u fergħat ta' banek barranin fir-Repubblika Slovakka.

    (iv)

    Liċenzja għall-kambju barrani maħruġa mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja hija meħtieġa għal:

    (a)

    ftuħ ta' kont barra mill-pajjiż minn operatur non-bankarju residenti fir-Repubblika Slovakka, minbarra l-persuni naturali matul is-soġġorn tagħhom barra l-pajjiż;

    (b)

    ħlasijiet kapitali barra l-pajjiż;

    (ċ)

    il-ksib ta' kreditu finanzjarju minn kambju barrani mhux residenti; minbarra l-krediti minn barra l-pajjiż aċċettati mir-residenti b'perjodu ta' aktar minn 3 snin biex jitħallas lura d-dejn u self mogħti bejn persuni naturali għal attivitajiet li ma humiex ta' negozju.

    (v)

    L-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-munita Slovakka u l-kambju barrani fi flus kontanti li jaqbeż il-valur ta' 150 ths SKK u s-suq tad-deheb, huma soġġetti għal ħtieġa ta' rrappurtar.

    (vi)

    Permess għall-kambju barrani jew liċenzja mogħtija mill-awtoritajiet tal-kambju barrani hija meħtieġa għal depożitu ta' assi finanzjarji minn resident li jgħix barra minn pajjiżu.

    (vii)

    Dawk l-entitajiet ta' kambju barrani stabbiliti fir-Repubblika Slovakka biss jistgħu jagħtu u jiksbu garanziji u djun skond il-limitu determinat minn u d-disposizzjonijiet tal-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.

     

     

    SI:

     

     

    Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni u servizzi ta' konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Mhux marbuta.

     

     

    Subsetturi B.11. u B.12. (provvista u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju, servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra dawk relatati ma' parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' bonds tat-Teżor u ma' l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni): Xejn.

     

     

    Is-subsetturi l-oħra kollha:

     

     

    Mhux marbuta mbarra l-aċċettazzjoni tal-krediti (tislif ta' kull xorta) u l-aċċettazzjoni ta' garanziji u obbligi minn istituzzjonijiet ta' kreditu barrani minn entitajiet legali domestiċi u proprjetarji esklużivi. (Osservazzjoni: il-krediti tal-konsumatur ikunu ħielsa hekk kif tidħol il-Liġi tal-Kambju Barrani l-ġdida).

     

     

    L-arranġamenti ta' kreditu kollha msemmija hawn fuq għandhom jiġu rreġistrati mal-Bank tas-Slovenja. (Osservazzjoni: dan il-provvista jitneħħa hekk kif tidħol il-Liġi l-ġdida dwar il-Banek).

     

     

    Entitajiet legali stabbiliti fir-Repubblika tas-Slovenja jistgħu jservu ta' depożitarji ta' l-assi tal-Fondi ta' l-Investimenti.

     

     

    UK: Il-ħruġ ta' l-isterlina, inkluż il-ħruġ li jsir b'inizjattiva privata, jista' jkollu d-direzzjoni maniġerjali ewlenija biss minn ditta stabbilita fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

     

    3)

    Preżenza kummerċjali

    L-Istati Membri kollha:

     

     

    L-istabbiliment ta' kumpannija bi grupp maniġerjali speċjalizzat huwa meħtieġ għat-twettiq ta' l-attivitajiet ta' l-immaniġġjar ta' fondi komuni u ta' kumpanniji ta' investiment

    Ditti biss li għandhom uffiċċju rreġistrat fil-Komunità jistgħu jaħdmu bħala depożitarji ta' l-assi tal-fondi ta' investiment (Artikolu 8.1 u 15.1 tad-Direttiva UCITS, 85/611/KEE).

     

     

    AT: Membri tal-Borża Awstrijaka biss jistgħu jinvolvu ruħhom f'negozjar ta' titoli fil-Borża.

     

     

    AT: Għan-negozjar fil-kambju barrani u munita barranija tinħtieġ awtorizzazzjoni mill-Bank Nazzjonali Awstrijak.

     

     

    AT: Bonds ipotekarji u bonds muniċipali jistgħu jinħarġu minn banek speċjalizzati u awtorizzati biex jattwaw din l-attività.

     

     

    AT: Għat-twettiq ta' servizzi ta' mmaniġġjar ta' fondi tal-pensjoni tinħtieġ kumpannija speċjalizzata biss f'din l-attività u inkorporata bħala kumpannija tat-titoli fl-Awstrija.

     

     

    BE: Kull offerta pubblika biex jinkisbu titoli Belġjani magħmula minn jew f'isem persuna, kumpannija jew istituzzjoni barra l-ġurisdizzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea għandha tiġi sottomessa għall-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi

     

     

    CY: Li l-banek li joffru s-servizzi fir-Repubblika ta' Ċipru għandhom ikunu entitajiet legali hija ħtieġa statutorja u hija applikata b'mod mhux diskriminatorju. Entitajiet legali jinkludu l-fergħat ta' banek barranin/istituzzjonijiet finanzjarji li huma rreġistrati f'Ċipru.

     

     

    CY: Id-dritt tal-pussess dirett jew indirett jew id-drittijiet tal-vot f'bank għal persuna u l-imsieħba tiegħu jew tagħha ma jistgħux jaqbżu l-10 fil-mija sakemm ma jkunx hemm approvazzjoni bil-miktub minn qabel mill-Bank Ċentrali.

     

     

    CY: B'żieda ma' dak li deher hawn fuq, fit-tliet banek lokali eżistenti elenkati fil-Borża, il-pussess dirett jew indirett ta' ishma jew il-ksib ta' interessi fil-kapital tagħhom minn persuni barranin huwa ristrett għal 0.5 fil-mija kull individwu jew organizzazzjoni u 6.0 fil-mija kollettivament.

     

     

    CY:

     

     

    Subsetturi B.1. sa B.5. u B.6.(b) (aċċettazzjoni ta' depożiti, tislif ta' kull xorta, kera għall-ispejjeż tas-sid, is-servizzi ta' hlasijiet u transazzjonijiet monetarji kollha, garanziji u obbligi, u negozjar ta' kambju barrani):

     

     

    Il-ħtiġiet li ġejjin japplikaw għall-banek ġodda:

     

     

    (a)

    Tinħtieġ liċenzja mill-Bank Ċentrali għat-twettiq ta' negozju bankarju. Meta jagħti liċenzja, il-Bank Ċentrali jista' japplika test ta' ħtiġiet ekonomiċi.

    (b)

    Fergħat tal-banek barranin għandhom ikunu rreġistrati f'Ċipru taħt il-Liġi tal-Kumpanniji u lliċenzjati taħt il-Liġi Bankarja.

     

     

    Subsettur B.6.(e) (in-negozjar ta'titoli trasferibbli):

     

     

    Membri (brokers) tal-Borża ta' Ċipru biss jistgħu jimpenjaw irwieħhom għal negozju ta' sensarija ta' titoli f'Ċipru. Ditti li jagħmlu xogħol ta' brokers għandhom jimpjegaw biss individwi li jafu jagħmlu x-xogħol ta' brokers bil-kondizzjoni li dawn il-persuni huma lliċenzjati kif jixraq. Il-banek u l-kumpannija ta' l-asigurazzjoni ma jistgħux jimpenjaw irwieħhom għal dan in-negozju.

     

     

    Ditta tas-sensarija tista' tkun irreġistrata biss bħala membru tal-Borża ta' Ċipru jekk tkun stabbilita u rreġistrata skond il-Liġi tal-Kumpanniji f'Ċipru.

     

     

    Subsettur B.6.(a), (c), (d) u (f), u B.7. sa B.12.: Mhux marbuta.

     

     

    CZ: Servizzi ta' ħruġ ta' munita minn bank li mhux ċentrali, in-negozjar ta' prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, servizzi ta' riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal prodotti derivattivi, servizzi ta' konsulenza u intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Mhux marbuta.

     

     

    CZ: Xejn ħlief:

     

     

    Servizzi bankarji jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek stabbiliti Ċeki jew minn fergħat ta' banek barranin li għandhom liċenzja mogħtija mill-Bank Nazzjonali Ċek bi Ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi.

     

     

    L-għoti tal-liċenzja huwa msejjes fuq il-konsiderazzjonijiet tal-kriterji applikati konsistentement mal-GATS. Servizzi ta' self ipotekarju jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek stabbiliti Ċeki.

     

     

    Il-banek jistgħu jkunu stabbiliti biss bħala kumpanniji ta' titoli konġunti. Ix-xiri ta' ishma ta' banek eżistenti huwa soġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-Bank Nazzjonali Ċek.

     

     

    It-titoli jistgħu jiġu nnegozjati pubblikament biss jekk tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni relevanti u jekk il-prospektus li jkopri t-titolu ikun approvat.

     

     

    L-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata jekk in-negozju fit-titoli ikun f'kunflitt ma' l-interessi ta' l-investituri, ma jkunx konsistenti mal-politika finanzjarja tal-gvern jew jekk ma jikkonformax mal-ħtiġiet tas-suq finanzjarju (1).

     

     

    L-istabbiliment u l-attivitajiet tan-negozjanti tat-titoli, sensara tat-titoli, tal-Borża jew organizzaturi ta' suq ħieles, kumpanniji ta' investiment u fondi ta' l-investiment huma soġġetti għal awtorizzazzjoni li l-ħruġ tagħha jiddependi mill-kwalifiki, l-integrità personali, u ħtiġiet maniġerjali u materjali.

     

     

    Servizzi ta' riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal kull xorta ta' ħlasijiet huma mmonitorjati u riveduti mill-Bank Nazzjonali Ċek biex tiġi ggarantita operazzjoni mingħajr għawġ u ekonomikament korretta.

     

     

    DK: L-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jidħlu responsabbli għal negozju fit-titoli fuq il-Borża ta' Kopenħagen biss permezz tas-sussidjarji inkorporati fid-Danimarka.

     

     

    FI: Mill-inqas nofs il-fundaturi, il-membri tal-bord tad-diretturi, il-bord ta' sorveljanza u d-delegati, id-direttur maniġerjali, min għandu l-intermedjazzjoni u l-persuna ntitolata biex tiffirma f'isem l-istituzzjoni tal-kreditu għandu jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Mill-inqas awditur wieħed għandu jkollu l-post tiegħu ta' residenza fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

     

     

    FI: Il-broker (persuna individwali) ta' kambju derivattiv għandu jkollu l-post tiegħu ta' residenza fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Tista' tingħata eżenzjoni minn din il-ħtieġa taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Ministeru tal-Finanzi.

     

     

    FI: Ħlasijiet minn entitajiet tal-gvern (spiżi) għandhom jiġu trasmessi permezz tas-Sistema Giro Postali Finlandiża, mantenuta mill-Postipankki Ltd. Eżenzjoni minn din il-ħtieġa tista' tingħata għal raġuni speċjali mill-Ministeru tal-Finanzi.

     

     

    FR: Barra l-istituzzjonijiet ta' kreditu Franċiżi, il-ħarġiet denominati fi franki Franċiżi jista' jkollhom id-direzzjoni maniġerjali ewlenija tagħhom biss f'idejn sussidjarji Franċiżi (taħt il-liġi Franċiża) ta' banek awtorizzati li ma humiex Franċiżi, fuq bażi ta' riżorsi u impenji suffiċjenti f'Pariġi tas-sussidjarju kandidat Franċiż ta' bank li mhux Franċiż. Dawn il-kondizzjonijiet japplikaw għall-banek li jorganizzaw u jimmaniġġaw is-self. Bank li mhux Franċiż jista' jkollu, mingħajr restrizzjonijiet jew ħtieġa biex jistabbilixxi, id-direzzjoni maniġerjali ewlenija tal-ħarġa tal-bonds Ewrofranki f'forma konġunta jew bi sħab.

     

     

    EL: L-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jidħlu responsabbli għal negozju fit-titoli elenkati fil-Borża ta' Ateni permezz ta' ditti tal-Borża biss inkorporati fil-Greċja.

     

     

    EL: Għall-istabbiliment u l-operazzjonijiet tal-fergħat għandu jiġi impurtat ammont minimu ta' kambju barrani, imsarraf fi drakmi u miżmum fil-Greċja sakemm fil-Greċja jibqa' jopera bank barrani:

     

     

    Sa erba' (4) fergħat dan il-minimu bħalissa huwa ugwali għal nofs l-ammont minimu tal-kapital maqsum f'ishma meħtieġ għal istituzzjoni ta' kreditu inkorporata fil-Greċja;

    Għall-operazzjoni ta' fergħat oħra l-ammont minimu għandu jkun ugwali għall-minimu tal-kapital maqsum f'ishma meħtieġ għal istituzzjoni ta' kreditu inkorporata fil-Greċja.

     

     

    HU: Hemm il-ħsieb li l-fergħat diretti jingħaqdu flimkien meta t-tagħqida ssir fil-GATS. Meta dan iseħħ, it-tagħqid jitwettaq skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim.

     

     

    HU: Id-dritt tal-pussess dirett jew indirett jew id-drittijiet tal-vot f'istituzzjoni tal-kreditu ta' azzjonist wieħed ma jistgħux jaqbżu l-15 % ħlief għal istituzzjonijiet tal-kreditu, kumpanniji ta' l-assigurazzjoni jew ditti ta' l-investiment.

     

     

    HU: Il-bord ta' istituzzjoni finanzjarja għandu jinkludi mill-inqas żewġ membri li huma ta' nazzjonalità Ungeriża, residenti fis-sens tat-tifsira mogħtija mir-regolamenti tal-kambju barrani u li għandhom residenza permanenti fl-Ungerija għal perjodu ta' mill-inqas sena.

     

     

    HU: Pussess dirett ta‘ l-Istat fuq medda twila ta' żmien għandu jinżamm fil-livell ta' vot minimu ta' 25 % + 1 f‘Országos Takarékpénztár és Kereskedelmi Bank Rt.

     

     

    IE: Fil-każ ta' skemi kollettivi ta' investiment kostitwiti bħala fondi komuni ta' investiment u kumpanniji ta' kapital varjabbli (ħlief għal intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli, UCITS), il-fedekommissarju/depożitarju u l-kumpannija ta' l-immaniġġjar jeħtieġ li jkunu inkorporati fl-Irlanda jew fi Stat Membru ieħor tal-Kummissjoni. Fil-każ ta' sħubija ta' investiment limitat, mill-inqas sieħeb ġenerali wieħed għandu jkun inkorporat fl-Irlanda.

     

     

    IE: Biex issir membru tal-Borża fl-Irlanda, entità jeħtiġilha (1) li tkun awtorizzata fl-Irlanda: dan ifisser li trid tkun inkorporata fi jew sħab ma' uffiċċju prinċipali/reġistrat fl-Irlanda, jew (II) li tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor skond id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Investiment tal-KE.

     

     

    IE: Għall-provvista ta' servizzi ta' investiment jew konsulenza dwar l-investiment jeħtieġ (I) awtorizzazzjoni fl-Irland li għaliha normalment ikun hemm bżonn li l-entità tkun inkorporata jew sħab jew neguzjat esklusiv, ikun x'ikun il-każ ma' uffiċċju prinċipali/irreġistrat fl-Irlanda (l-awtorità ta' sorveljanza tista' wkoll tawtorizza l-fergħat ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi), jew (II) awtorizzazzjoni fi Stat Membru ieħor skond id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Investiment tal-KE.

     

     

    IT: L-offerta pubblika għat-titoli (skond l-Art. 18 tal-Liġi 215/74) ħlief għall-ishma, it-titoli tad-djun (inklużi t-titoli tad-djun li jistgħu jkunu trasformati) tista' tintgħamel biss minn kumpanniji Taljani b'responsabbiltà limitata, kumpanniji barranin awtorizzati kif għandu jkun, korpi pubbliċi jew kumpanniji li jappartienu għal awtoritajiet lokali li l-kapital assenjat tagħhom mhux inqas minn Lit 2 biljun.

     

     

    IT: Depożitu ċentralizzat u servizzi ta' sorveljanza u amministrazzjoni jistgħu jiġu pprovduti biss mill-Bank ta' l-Italja għat-titoli Governattivi, jew minn Monte Titoli SpA għal ishma, titoli ta' natura parteċipattiva u bonds oħra nnegozjati f'suq irregolat.

     

     

    IT: Fil-każ ta' skemi kollettivi ta' investiment għajr għall-UCITS armonizzati taħt id-direttiva 85/611/KEE, il-fedekommissarju/depożitarju jeħtieġ li jkun inkorporat fl-Italja jew fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ewropea, filwaqt li jkun stabbilit permezz ta‘ fergħa fl-Italja. Dawk il-banek, il-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni, kumpanniji ta' investiment f'titoli li għandhom l-uffiċċju legali prinċipali tagħhom fil-Komunità Ewropea biss jistgħu jwettqu attività ta' mmaniġġjar ta' riżorsi ta' fondi tal-pensjoni. Kumpanniji ta' l-immaniġġjar (fondi ta' investiment b'kapital fiss u fondi ta' investiment fil-proprjetà) ukoll jeħtieġ li jkunu inkorporati fl-Italja.

     

     

    IT: Biex ibiegħu bieb bieb, l-intermedjarji għandhom iħaddmu bejjiegħa finanzjarji awtorizzati residenti fit-territorju ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej.

     

     

    IT: Il-kompensazzjoni u r-riżoluzzjoni tat-titoli jistgħu jsiru biss mis-sistema uffiċċjali ta' kompensazzjoni. Kumpannija awtorizzata mill-Bank ta' l-Italja bi Ftehim ma' Consob tista' tiġi fdata bl-attività ta' kompensazzjoni, sal-fażi finali tar-riżoluzzjoni tat-titoli.

     

     

    IT: Uffiċċji rappreżentattivi ta' intermedjarji barranin ma jistgħux iwettqu attivitajiet li l-għan tagħhom huwa li jipprovdu servizzi ta' investiment.

     

     

    LV:

     

     

    Subsettur B.7. (parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' kull xorta ta' titoli): Il-Bank tal-Latvja (Il-Bank Ċentrali) huwa l-aġent finanzjarju tal-gvern fis-suq tal-bonds tat-Teżor.

     

     

    Subsettur B.9. (immaniġġjar ta' l-assi): L-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni huwa pprovdut mill-monopolju ta' l-Istat.

     

     

    LT:

     

     

    Subsetturi B.1. sa B.12.: Mill-inqas maniġer wieħed għandu jkun ċittadin tar-Repubblika tal-Litwanja.

     

     

    Subsettur B.3. (kera għall-ispejjez tas-sid): Il-kera għall-ispejjez tas-sid tista' tkun irriservata għal istituzzjonijiet finanzjarji speċjali (bħal m'huma l-banek u l-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni). Xejn sa l-1 ta' Jannar 2001, ħlief kif indikat fil-Parti orizzontali ta' l-Artikolu ‘Banek u Servizzi Finanzjarji Oħra’.

     

     

    Subsettur B.9. (immaniġġjar ta' l-assi): L-istabbiliment isir biss fl-għamla ta' Korporazzjonijiet tat-Titoli Pubbliċi (AB) u Close Corporations (UAB) li għandhom jitwaqqfu b'manjiera magħluqa (meta t-titoli kollha maħruġa fil-bidu jinkisbu mill-inkorporaturi). Għall-prattika ta' mmaniġġjar ta' l-assi, huwa meħtieġ l-istabbiliment ta' kumpannija ta' mmaniġġjar speċjalizzat. Dawk id-ditti biss li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fil-Litwanja jistgħu jaħdmu bħala depożitarji ta' l-assi.

     

     

    MT:

     

     

    Subsetturi B.1. u B.2. (aċċettazzjoni ta' depożiti u self ta' kull tip): Kreditu ta' proprjetarji barranin u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jistgħu joperaw jew taħt forma ta' fergħa jew ta' sussidjarju lokali. L-awtorizzazzjoni tista' tkun soġġetta għal test ta' bżonnijiet ekonomiċi.

     

     

    Subsetturi B.3. sa B.12.: Mhux marbuta.

     

     

    PL:

     

     

    Subsettur B.1., B.2., B.4. u B.5. (esklużi l-garanziji u l-obbligi tat-Teżor ta' l-Istat): Stabbiliment ta' bank taħt forma ta' kumpannija ta' titoli konġunti jew ta' fergħa lliċenzjata biss. Is-sistema ta' permessi relatati ma' l-istabbiliment tal-banek kollha msejsa fuq bażi prudenzjali. Il-ħtieġa ta' nazzjonalità għal uħud mill-uffiċċjali eżekuttivi tal-bank – mill-inqas wieħed.

     

     

    Subsetturi B.6. (e), B.7. (eskluża l-parteċipazzjoni f'ħarġiet ta' dokumenti mit-Teżor), B.9. (servizzi ta' mmaniġġjar tal-portafoll) u B.12. (servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati ma' l-attivitajiet iddedikati għall-Polonja.): L-istabbiliment, wara l-ksib tal-liċenzja, taħt forma biss ta' kumpannija ta' titoli konġunti jew ta' fergħa ta' entità legali barranija li tipprovdi servizzi ta' titoli.

     

     

    Subsettur B.11.: Il-ħtieġa ta' l-użu tan-network pubbliku tat-telekomunikazzjoni, jew in-network ta' operatur awtorizzat ieħor, fil-każ ta' provvista transfrontaljier u/jew il-konsum barra mill-pajjiż ta' dawn is-servizzi.

     

     

    Is-subsetturi l-oħra kollha: Mhux marbuta.

     

     

    PT: L-istabbiliment ta' banek li ma humiex tal-KE huwa soġġett għal awtorizzazzjoni maħruġa, skond x'ikun il-każ, mill-Ministeru tal-Finanzi. L-istabbiliment għandu jikkontribwixxi għaż-żieda fl-effiċjenza tas-sistema bankarja nazzjonali jew għandu jagħmel impatt sinifikanti fuq l-internazzjonalizzazzjoni ta' l-ekonomija Portugiża.

     

     

    PT: Is-servizzi ta' kapitali ta' riskju ma jistgħux ikunu pprovduti minn fergħat ta' kumpanniji ta' kapitali ta' riskju li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż li mhux fil-KE. Servizzi ta' broker-negozjatur fuq il-Borża ta' Lisbona jistgħu jiġu pprovduti minn kumpanniji ta' brokers u negozjaturi inkorporati fil-Protugall jew minn fergħat ta' ditti ta' l-investiment awtorizzati f'pajjiż ieħor tal-KE u awtorizzati f'pajjiżhom biex jipprovdu dawk is-servizzi. Servizzi ta' brokers u negozjaturi fil-Kambju tad-Derivattivi ta' Oporto u fis-suq ta' l-OTC ma jistgħux jiġu pprovduti minn fergħat ta' kumpanniji ta' brokers u negozjaturi li ma humiex fil-KE.

     

     

    L-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni jista' jiġi pprovdut biss minn kumpanniji inkorporati fil-Portugall u minn kumpanniji ta' l-assigurazzjoni stabbiliti fil-Portugall u awtorizzati biex jibdew negozju ta' l-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

     

     

    SK: In-negozjar ta' prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, u l-intermedjazzjoni: Mhux marbuta.

     

     

    SK: Servizzi bankarji jistgħu jiġu pprovduti biss minn banek domestiċi jew fergħat ta' banek barranin awtorizzati mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja bi Ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi. L-għoti ta' l-awtorizzazzjoni huwa msejjes fuq il-konsiderazzjoni ta' kriterji li jirrelataw b'mod partikolari ma' fondi ta' tħollijiet (saħħa finanzjarja), kwalifiki professjonali, integrità u kompetenza ta' l-immaniġġjar ta' l-attivitajiet proġettati tal-bank. Il-banek huma entitajiet legali inkorporati fir-Repubblika Slovakka, stabbiliti bħala kumpanniji ta' titoli konġunti jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi (ta' l-Istat).

     

     

    Ix-xiri ta' ishma li jesprimi interess fil-kapital soċjali ta' banek kommerċjali eżistenti mil-limitu determinat huwa soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja. Servizzi ta' investiment fir-Repubblika Slovakka jistgħu jiġu pprovduti minn banek, kumpanniji ta' l-investiment, fondi ta' investiment u negozjanti tat-titoli li għandhom forma legali ta' kumpannija ta' titoli konġunti b'kapital soċjali skond il-liġi. Awtorizzazzjoni għandha tinkiseb għal kumpannija ta' investiment barrani jew fond ta' investiment mill-Ministeru tal-Finanzi biex isir il-bejgħ tat-titoli jew l-unitajiet ta' ċertifikati ta' investiment fit-territorju tar-Repubblika Slovakka skond il-liġi. Għall-ħruġ tat-titoli tad-djun jinħtieġ il-permess tal-Ministeru tal-Finanzi kemm għal ħruġ intern kif ukoll għal ħruġ barra l-pajjiż.

     

     

    It-titoli jistgħu joħorġu jew jiġu nnegozjati biss wara li jkun ingħata l-permess mill-Ministeru tal-Finanzi għal negozjar skond l-Att dwar it-titoli. In-negozju tan-negozjant tat-titoli, ta' l-azzjonist jew ta' l-organizzatur ta' suq ħieles huwa soġġett għal awtorizzazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Servizzi ta' riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal kull xorta ta' ħlasijiet huma rregolati mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja.

     

     

    Servizzi ta' riżoluzzjoni u kompensazzjoni relatati għal tibdil tal-proprjetà fiżika tat-titoli huma rreġistrati fiċ-Ċentru tat-titoli (Dar ir-Riżoluzzjoni u l-Kompensazzjoni għat-titoli). Iċ-Ċentru tat-titoli jista' jipprovdi biss trasferimenti fuq il-kontijiet tal-proprjetà ta' sidien it-titoli. Il-kompensazzjoni u r-riżoluzzjoni għall-Parti ta' Flus Kontanti jsiru permezz ta' Dar il-Banek, il-Kompensazzjoni u r-Riżoluzzjoni - (fejn il-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja huwa l-azzjonist maġġuri) għall-Borża ta' Bratislava, il-kumpannija ta' titoli konġunti jew permezz ta' kont Jumbo għall-RM-System Slovakia.

     

     

    SI:

     

     

    Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni u servizzi ta' konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Mhux marbuta.

     

     

    Subsetturi B.11. u B.12. (provvista u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju, servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra, minbarra dawk relatati ma' parteċipazzjoni fil-ħruġ ta' bonds tat-Teżor u ma' l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni): Xejn.

     

     

    Is-subsetturi l-oħra kollha:

     

     

    L-istabbiliment ta' kull xorta ta' banek huwa soġġett għal liċenzja tal-Bank tas-Slovenja.

     

     

    Persuni barranin jistgħu jsiru azzjonisti ta' banek jew jiksbu ishma addizzjonali ta' banek biss jekk toħroġ approvazzjoni minn qabel mill-Bank tas-Slovenja. (Osservazzjoni: dan il-provvista jitneħħa hekk kif tidħol il-Liġi l-ġdida dwar il-Banek).

     

     

    B'liċenzja tal-Bank tas-Slovenja, banek, sussidjarji u fergħat ta' banek barranin jistgħu jitħallew jipprovdu s-servizzi bankarji kollha jew limitati, skond l-ammont ta' kapital.

     

     

    Meta jiġi kkunsidrat il-ħruġ ta' liċenzja għal bank biex jiffunzjona bħala wieħed interament ikkontrollat jew b'maġġoranza ta' investituri barranin jew il-ħruġ ta' approvazzjoni biex jinkisbu ishma addizzjonali ta' banek, il-bank tas-Slovenja għandu jikkonsidra l-linji gwida li ġejjin (2):

     

     

    l-eżistenza ta' investituri minn pajjiżi differenti;

    l-opinjoni ta' l-istituzzjoni barranija li tieħu ħsieb is-sorveljanza bankarja.

     

     

    (Osservazzjoni: dan il-provvista jitneħħa hekk kif tidħol il-Liġi l-ġdida dwar il-Banek).

     

     

    Mhux marbuta f'dak li għandu x'jaqsam ma' parteċipazzjoni barranija f'banek taħt privatizzazzjoni.

     

     

    Fergħat ta' banek barranin għandhom ikunu inkorporati fir-Repubblika tas-Slovenja u għandu jkollhom personalità legali.

     

     

    (Osservazzjoni: dan il-provvista għandu jitneħħa hekk kif tidħol il-Liġi l-ġdida dwar il-Banek.)

     

     

    Mhux marbuta fejn ghandhom x'jaqsmu t-tipi kollha ta' banek ipotekarji, u istituzzjonijiet tat-tifdil u s-self.

     

     

    Mhux marbuta fejn għandu x'jaqsam l-istabbiliment ta' fondi tal-pensjoni privata (fondi tal-pensjoni li mhix obbligatorja).

     

     

    Il-kumpanniji ta' l-immaniġġjar huma kumpanniji kummerċjali stabbiliti biss bil-għan li jiġu mmaniġġati l-fondi ta' l-investiment.

     

     

    Persuni barranin jistgħu, direttament jew indirettament, jiksbu massimu ta' 20 fil-mija ta' ishma jew drittijiet tal-vot tal-kumpanniji ta' l-immaniġġjar; għal perċentwal ikbar jeħtieġ li jkun hemm l-approvazzjoni ta' l-Aġenzija tas-Suq tat-titoli.

     

     

    Kumpannija ta' Investiment Awtorizzata (privatizzazzjoni) hija kumpannija ta' l-investiment stabbilita biss bil-għan ewlieni li tiġbor iċ-ċertifikati ta' dritt ta' pussess (irċevuti) u x-xiri ta' ishma maħruġa skond ir-regolamenti dwar it-trasformazzjoni tad-drittijiet ta' pussess. Kumpannija ta' l-Immaniġġjar Awtorizzata hija stabbilita biss bil-għan li jiġu mmaniġġati l-kumpanniji ta' l-investiment awtorizzati..

     

     

    Persuni barranin jistgħu, direttament jew indirettament, jiksbu massimu ta' 10 fil-mija ta' ishma jew drittijiet tal-vot tal-Kumpanniji ta' l-Immaniġġjar Awtorizzati (privatizzazzjoni); għal perċentwal ikbar jeħtieġ li jkun hemm l-approvazzjoni ta' l-Aġenzija tas-Suq tat-titoli bil-kunsens tal-Ministeru tar-Relazzjonijiet Ekonomiċi u l-Iżvilupp.

     

     

    Investimenti tal-Fondi ta' l-Investiment f'titoli ta' barranin li jattwaw il-ħruġ huma llimitati sa 10 fil-mija ta' l-investiment tal-Fondi ta' l-Investiment. Titoli bħal dawn għandhom jiġu elenkati fuq dawk il-Boroż li gew determinati qabel mill-Aġenzija tas-Suq tat-titoli.

     

     

    Persuni barranin jistgħu jsiru azzjonisti jew sħab f'kumpannija ta' senserija tat-titoli sa 24 % tal-kapital tal-kumpannija tas-senserija tat-titoli bl-approvazzjoni qabel ta' l-Aġenzija tas-Suq tat-titoli. (Osservazzjoni: dan il-provvista jitneħħa hekk kif tidħol il-Liġi l-ġdida dwar is-Suq tat-titoli).

     

     

    Titoli tal-barrani li jattwa l-ħruġ li għadhom ma ġewx offruti fit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja jistgħu jiġu offruti biss minn kumpannija ta' senserija tat-titoli jew bank liċenzjat biex iwettaq dawn it-transazzjonijiet. Qabel l-illanċjar ta' l-offerta, il-kumpannija tas-Senserija tat-Titoli jew bank għandu jikseb il-permes ta' l-Aġenzija tas-Suq tat-titoli.

     

     

    It-talba għal dan il-permess għal offerti ta' titoli tal-barrani li jattwa l-ħruġ fir-Repubblika tas-Slovenja għandu jkollha magħha abbozz tal-prospektus, dokumentazzjoni li l-garanti tal-ħruġ ta' titoli tal-barrani li jattwa l-ħruġ huwa bank jew kumpannija ta' senserija tat-titoli, għajr fil-każ tal-ħruġ ta' l-ishma tal-barrani li jattwa l-ħruġ.

     

     

    SE: Intrapriżi li ma humiex inkorporati fl-Isvezja jistgħu jistabbilixxu preżenza kummerċjali biss permezz ta' fergħa, u fil-każ tal-banek, anke permezz ta' uffiċċju rappreżentattiv.

     

     

    SE: Fundatur ta' kumpannija bankarja għandu jkun persuna naturali residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew bank barrani. Fundatur ta' bank tat-tfaddil għandu jkun persuna naturali residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

     

     

    UK: Brokers bejn in-negozjanti, li huma kategorija ta' istituzzjonijiet finanzjarji li jinnegozjaw fid-dejn tal-Gvern, jeħtieġ li jkunu stabbiliti fiż-Żona Ekonomika Ewropea u li jkollhom kapital separat

     

    4)

    Il-preżenza ta' persuni naturali

    CY:

     

     

    Subsettur B.6.(e) (in-negozjar ta'titoli trasferibbli): Individwi, kemm jekk qed jaħdmu ta' brokers waħedhom kif ukoll jekk imqabbda minn ditti ta' brokers, huma meħtieġa josservaw il-kriterji ta' l-illiċenzjar għal dan il-għan.

     

     

    Subsetturi B.1. sa B.12., barra B.6. (e): Mhux marbuta.

     

     

    CZ:

     

     

    Servizzi ta' ħruġ ta' munita minn bank li mhux ċentrali, in-negozjar ta' prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, servizzi ta' riżoluzzjoni u kompensazzjoni għal prodotti derivattivi, servizzi ta' konsulenza, intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljari oħra relatati ma' dawn l-attivitajiet: Mhux marbuta.

     

     

    Is-subsetturi l-oħra kollha: Mhux marbuta, għajr għal kif indikat fis-sezzjoni orizzontali.

     

     

    MT:

     

     

    Subsettur B.1., B.2. u B.11. (aċċettazzjoni ta' depożiti, self ta' kull xorta, u provvista u trasferiment ta' tagħrif finanzjarju): Mhux marbuta, għajr kif indikat fis-sezzjoni orizzontali.

     

     

    Subsetturi B.3. sa B.10. u B.12.: Mhux marbuta.

     

     

    PL:

     

     

    Subsettur B.1., B.2., B.4. u B.5. (esklużi l-garanziji u l-obbligi tat-Teżor ta' l-Istat): Mhux marbuta ħlief kif indikat fis-sezzjoni orizzontali, u soġġetta għal-limitazzjoni li ġejja: Il-ħtieġa ta' nazzjonalità għal uħud mill-uffiċċjali eżekuttivi tal-bank – mill-inqas wieħed.

     

     

    Subsetturi B.6.(e), B.7. (eskluża l-parteċipazzjoni f'ħarġiet ta' dokumenti mit-Teżor), B.9. (servizzi ta' mmaniġġjar tal-portafoll), B.11. u B.12. (servizzi ta' konsulenza u servizzi finanzjarji awżiljari oħra biss relatati ma' l-attivitajiet iddedikati għall-Polonja.): Mhux marbuta, għajr għal kif indikat fis-sezzjoni orizzontali.

     

     

    Is-subsetturi l-oħra kollha: Mhux marbuta.

     

     

    SK:

     

     

    In-negozjar ta' prodotti derivattivi u tas-suq tad-deheb, is-senserija tal-kambji, u l-intermedjazzjoni: Mhux marbuta.

     

     

    Is-subsetturi l-oħra kollha: Mhux marbuta, għajr għal kif indikat fis-sezzjoni orizzontali.

     

     

    SI:

     

     

    Parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-bonds tat-Teżor, l-immaniġġjar tal-fondi tal-pensjoni u servizzi ta' konsulenza relatati kif ukoll servizzi finanzjarji awżiljari oħra: Mhux marbuta.

     

     

    Is-subsetturi l-oħra kollha: Mhux marbuta, għajr għal kif indikat fis-sezzjoni orizzontali.

     

     

    AT, BE, CZ, DE, DK, ES, EE, FR, FI, EL, HU, IT, IE, LU, LT, LV, MT, NL, PT, SE, SI, SK, UK:

     

     

    Mhux marbuta ħlief kif indikat fl-artikoli orizzontali rispettivi, u soġġetta għal-limitazzjoni li ġejja:

     

     

    FR: Sociétés d'investissement à capital fixe: il-kondizzjoni tan-nazzjonalità għall-president tal-Bord tad-Diretturi, id-Diretturi-Ġenerali u mhux inqas minn żewġ terzi ta' l-amministraturi, u wkoll, meta d-ditta tat-titoli għandha Bord ta' Sorveljanza jew Kunsill, għall-membri ta' bord bħal dan jew id-Direttur-Ġenerali tiegħu, u mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri tal-Kunsill ta' Sorveljanza.

     

     

    EL: Istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jinnominaw mill-anqas żewġ persuni li huma responsabbli mill-operazzjonijiet ta' l-istituzzjoni. Il-kondizzjoni tar-residenza tapplika għal dawn il-persuni.

     

     

    IT: Il-kondizzjoni tar-residenza fit-territorju ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej għall-‘promotori di servizi finanziari’ (bejjiegħa finanzjarji).

     

     

    LV: Maniġer ta' fergħa u ta' sussidjarju għandu jkun persuna li jħallas it-taxxa fil-Latvja (resident).”


    (1)  CZ: Legislazzjoni li tkopri t-tneħħija tal-kriterju tal-ħtiġiet tas-suq finanzjarju qiegħda tiġi diskussa bħalissa fil-Parlament.

    (2)  Meta jiġi biex jikkonsidra l-ħruġ ta' liċenzja bankarja limitata jew mhux limitata, barra l-ammont tal-kapital, il-Bank tas-Slovenja għandu jikkonsidra wkoll il-linji gwida li ġejjin (kemm għal applikanti domestiċi kif ukoll għal dawk barranin)

    il-preferenzi ekonomiċi-nazzjonali għal ċerti attivitajiet bankarji;

    il-koperturi reġjonali eżiztenti tar-Repubblika tal-Slovenja permezz tal-banek;

    l-eżekuzzjoni attwali ta' l-attivitajiet tal-bank imqabbla ma' dawk stipulati mil-liċenzja eżistenti.

    (Osservazzjoni: dan il-provvediment jitneħħa hekk kif tidħol il-Liġi l-ġdida dwar il-Bankar).


    ANNESS II

    “ANNESS II

    AWTORITAJIET RESPONSABBLI GĦAL SERVIZZI FINANZJARJI

    PARTI A

    Għall-Komunità u l-Istati Membri tagħha

    Kummissjoni Ewropea

    Kummerċ DG

    Suq Intern DG

    B-1049 Bruxelles

    L-Awstrija

    Ministeru tal-Finanzi

    Direttorat Politika Ekonomika u Swieq Finanzjarji

    Himmelpfortgasse 4-8

    Postfach 2

    A-1015 Wien

    Il-Belġju

    Ministeru ta' l-Ekonomija

    Rue de Bréderode 7

    B-1000 Bruxelles

    Ministeru tal-Finanzi

    Rue de la Loi 12

    B-1000 Bruxelles

    Ċipru

    Ministeru tal-Finanzi

    CY-1439 Nicosia

    Ir-Repubblika Ċeka

    Ministeru tal-Finanzi

    Letenská 15

    CZ-118 10 Prague

    Id-Danimarka

    Ministeru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi

    Slotsholmsgade 10-12

    DK - 1216 København K

    L-Estonja

    Ministeru tal-Finanzi

    Suur-Ameerika 1

    EE-15006 Tallinn

    Il-Finlandja

    Ministeru tal-Finanzi

    Kaxxa Postali 28

    FIN-00023 Ħelsinki

    Franza

    Ministeru ta' l-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija

    Ministère de l'Economie, des Finances et de l'Industrie

    139, rue de Bercy

    F-75572 Paris

    Il-Germanja

    Ministeru tal-Finanzi

    Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht

    Graurheindorfer Str. 108

    D-53117 Bonn

    Il-Greċja

    Il-Bank tal-Greċja

    Panepistimiou Street, 21

    GR-10563 Athens

    L-Ungerija

    Ministeru tal-Finanzi

    Pénzügyminisztérium

    Postafiók 481

    HU-1369 Budapest

    L-Irlanda

    L-Awtorità Regolatorja Irlandiża tas-Servizzi Finanzjarji

    Kaxxa Postali 9138

    College Green

    IRL-Dublin 2

    L-Irlanda

    L-Italja

    Ministeru tat-Teżor

    Ministero del Tesoro

    Via XX Settembre 97

    I-00187 Roma

    Il-Latvja

    Il-Kummissjoni tas-Suq Finanzjarju u Kapitali

    Kungu iela 1

    LV-1050 Rīga

    Il-Litwanja

    Ministeru tal-Finanzi

    Vaižganto 8a/2,

    LT-01512 Vilnius

    Il-Lussemburgu

    Ministeru tal-Finanzi

    Ministère des Finances

    3, rue de la Congrégation

    L-2931 Luxembourg

    Malta

    L-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji

    Notabile Road

    MT-Attard

    L-Olanda

    Ministeru tal-Finanzi

    Financial Markets Policy Directorate

    Postbus 20201

    NL-2500 EE Den Haag

    L-Olanda

    Il-Polonja

    Ministeru tal-Finanzi

    ul. Świętokrzyska 12

    PL-00-916 Warszawa

    Il-Portugall

    Ministeru tal-Finanzi

    Direcção Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais

    Av. Infante D. Henrique, 1C-1o

    P-1100-278 Lisboa

    Ir-Repubblika Slovakka

    Ministeru tal-Finanzi

    Stefanovicova 5

    SK-817 82 Bratislava

    Is-Slovenja

    Ministeru ta’ l-Ekonomija

    Kotnikova 5

    SI-1000 Ljubljana

    Spanja

    It-Teżor

    Directora General del Tesoro y Politica Financiera

    Paseo del Prado 6-6a Planta

    E-28071 Madrid

    L-Isvezja

    L-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja

    Box 6750

    S-113 85 Stockholm

    Il-Bank Ċentrali Svediż

    Malmskillnadsgatan 7

    S-103 37 Stockholm

    L-Aġenzija tal-Konsumatur Svediża

    Rosenlundsgatan 9

    S-118 87 Stockholm

    Ir-Renju Unit

    It-Teżor tal-M.T.

    1 Horse Guards Road

    UK-London SW1A 2HQ

    Ir-Renju Unit

    PARTI B

    Għall-Messiku, is-Secretaria de Hacienda y Credito Publico

    Il-Messiku

    Unidad de Banca y Ahorro

    Insurgentes Sur, 826 Piso P.h. Col. del Valle, Deleg. Benito Juarez, C.P.03100 México, D.F.

    Direccion General de Seguros y Valores

    Palacio Nacional, Oficina 4068 Plaza de la Constitucion, Delegacion Cuauhthemoc, C.P.06000 México, D.F.”


    Top