Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0116

Id-Deċiżjoni Nru 1/2004 tas-16 ta' Jannar 2004 tal-Kumitat stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku fir-rigward ta' Kontroll tal-Konformità fuq l-elenkar ta' Korp ta' Kontroll tal-Konformità taħt il-Kapitolu Sezzjonali għall-Ġugarelli

ĠU L 34, 6.2.2004, p. 72–72 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/116(1)/oj

22004D0116



Official Journal L 034 , 06/02/2004 P. 0072 - 0072


Id-Deċiżjoni Nru 1/2004

tas-16 ta' Jannar 2004

tal-Kumitat stabbilit taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku fir-rigward ta' Kontroll tal-Konformità fuq l-elenkar ta' Korp ta' Kontroll tal-Konformità taħt il-Kapitolu Sezzjonali għall-Ġugarelli

(2004/116/KE)

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku fir-rigward ta' Kontroll tal-Konformità (il-Ftehim) iffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999, u b'mod partikolari l-Artikoli 10.4(a) u 11 tiegħu,

Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ nhar l-1 ta' Ġunju 2002;

Billi l-Kumitat għandu jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Kontroll tal-Konformità taħt il-Kapitolu Settorjali ta' l-Anness I għall-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

(1) Il-Korp ta' Kontroll tal-Konformità fl-Anness A huwa miżjud mal-lista tal-Korpi ta' Kontroll tal-Konformità Żvizzeri taħt il-Kapitolu Settorjali għall-Ġugarelli fl-Anness 1 għall-Ftehim.

(2) Din id-Deċiżjoni, magħmula f'kopja doppja, għandha tiġi ffirmata mill-Ko-Presidenti jew persuni oħra awtorizzati sabiex jaħdmu f'isem il-Partijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data ta' meta tkun ġiet iffirmata l-aħħar firma.

Iffirmata f'Berna, 16 ta' Jannar 2004.

F'isem il-Konfederazzjoni Żvizzera

Heinz Hertig

Iffirmata fi Brussell, 6 ta' Jannar 2004.

F'isem il-Komunità Ewropea

Joanna Kioussi

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

Il-Kapitolu | Korp | Kuntatti/Tel./Fax/E-mail | Direttiva |

3 — Ġugarelli | Kantonales Laboratorium Basel-Landschaft Hammerstrasse 25 CH-4410 Liestal | Dr Peter Wenk Tel.: (41-61) 906 64 64 Tel.: (41-61) 906 64 65 kl@vsd.bl.ch | 88/378/KEE |

--------------------------------------------------

Top