EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0157

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 157/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 41, 12.2.2004, p. 53–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/157(2)/oj

22003D0157



Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0053 - 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 157/2003

tas-7 ta' Novembru 2003

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonimika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 119/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1].

(2) Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar ħtiġiet speċifiċi ta' stabilità għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 56ca (Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE) tal-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim:

"56cb. 32003 L 0025: Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar ħtiġiet speċifiċi ta' stabilità għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro (ĠU L 123, tas-17.5.2003, p. 22)."

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva 2003/25/KE fil-lingwa tal-Iżlanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2003, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 331, 18.12.03, p. 42.

[2] ĠU L 123, tas-17.5.2003, p. 22.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ndikati.

--------------------------------------------------

Top