Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003A1224(02)

    Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Każakistan li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Każakistan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fi Brussel fil-15 ta’ Ottubru 1993, kif l-aħħar emendat fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri mibdi fid-29 ta’ Novembru 1999

    ĠU L 340, 24.12.2003, p. 57–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    Related Council decision

    22003A1224(02)



    Official Journal L 340 , 24/12/2003 P. 0057 - 0058


    Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri

    bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Każakistan li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Każakistan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fi Brussel fil-15 ta’ Ottubru 1993, kif l-aħħar emendat fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri mibdi fid-29 ta’ Novembru 1999

    A. Ittra mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

    Sinjur,

    1. Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Każakistan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fil-15 ta’ Ottubru 1993, kif l-aħħar emendat mill-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri mibdi fid-29 ta’ Novembru 1999 (hawnhekk iżjed ’il quddiem magħruf bħala "il-Ftehim").

    2. In vista ta’ l-iskadenza tal-Ftehim fil-31 ta’ Diċembru 2003 u skond l-Artikolu 20(4) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea tipproponi li testendi d-durata tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta’ sena waħda, soġġett għall-emendi u għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

    2.1. L-Anness I, li jistaBbilixxi l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, għandu jiġi sostitwit mill-Appendiċi 1 ma’ din l-Ittra.

    2.2. It-test ta’ l-Artikolu 20(1), it-tieni u t-tielet sentenzi tal-Ftehim għandu jiġi sostiwit b’dan li ġej:

    "Għandu jkun applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2004."

    2.3. Kategoriji ta’ tessili 1, 3, 4, 5, 6, 7 u 8 għandhom jigu eżentati mis-sistema ta’ kontroll doppju imsemmija fl-Artikolu 2(3) tal-Ftehim u speċifikati fil-Protokoll A. Jekk, f’sena partikolari, l-livelli ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ dawn il-kategoriji ta’ tessili jeċċedu r-rati speċifikati fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, is-sistema ta’ kontroll doppju tiġi awtomatikament introdotta mill-ġdid għal dawn il-kategoriji.

    3. Fil-każ li r-Repubblika ta’ Każakistan issir membru ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qabel id-data ta’ l-iskadenza tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2(2) sa (5), 3, 6, 7, 8, 9, 11 sa 19, il-Protokoll A, il-Protokoll B, il-Protokoll Ċ, il-Minuta Miftiehma Nru 1, il-Minuta Miftiehma Nru 2, il-Minuta Miftiehma Nru 3 u l-Minuta Miftiehma Nru 4 għandhom jibqgħu ikunu applikabbli bħala arranġamenti amministrattivi fis-sens ta’ l-Artikolu 2(17) tal-Ftehim WTO dwar Tessili u Lbies.

    4. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek ta’ dan ta’ qabel. F’dak il-każ, din l-Ittra flimkien ma’ l-Appendiċi tagħha u l-Ittra ta’ Aċċettazzjoni tiegħek jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri li għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu notifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali neċessarji għal dan l-iskop ġew ikkompletati. Sadanittant, għandu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2004 taħt kundizzjonijiet ta’ reċiproċità.

    Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

    Għall-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

    Appendiċi 1

    L-Anness I mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Każakistan dwar il-kummerċ fi prodotti tessili mibdi fil-15 ta' Ottubru 1993, li jinkludi l-kategorija u d-deskrizzjonijiet ta' merkanzija għal prodotti tessili, huwa sostitwit mill-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 [1]. Huwa mifhum illi, mingħajr preġudizzju għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, l-kliem tad-deskrizzjoni ta' merkanzija huwa kunsidrat bħala ta' valur indikattiv biss, ladarba l-prodotti koperti minn kull kategorija huma determinati f'dak l-Anness minn kodiċi NM. Fejn hemm simbolu "ex" quddiem kodiċi NM, il-prodotti koperti f'kull kategorija huma determinati mill-qasam ta' applikazzjoni tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti.

    B. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika ta’ Każakistan

    Sinjur

    Għandi l-unur nirrikonoxxi l-irċevuta ta’ l-ittra tiegħek ta’… li taqra kif gej:

    "Sinjur,

    1. Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ Każakistan dwar kummerċ fi prodotti tessili mibdi fil-15 ta’ Ottubru 1993, kif l-aħħar emendat mill-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri mibdi fid-29 ta’ Novembru 1999 (hawnhekk iżjed ’il quddiem magħruf bħala "il-Ftehim").

    2. In vista ta’ l-iskadenza tal-Ftehim fil-31 ta’ Diċembru 2003 u skond l-Artikolu 20(4) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea tipproponi li testendi d-durata tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta’ sena waħda, soġġett għall-emendi u għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

    2.1. L-Anness I, li jistabbilixxi l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, għandu jiġi sostitwit mill-Appendiċi 1 ma’ din l-Ittra.

    2.2. It-test ta’ l-Artikolu 20(1), it-tieni u t-tielet sentenzi tal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    "Għandu jkun applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2004."

    2.3. Kategoriji ta’ tessili 1, 3, 4, 5, 6, 7 u 8 għandhom jigu eżentati mis-sistema ta’ kontroll doppju imsemmija fl-Artikolu 2(3) tal-Ftehim u speċifikat fil-Protokoll A. Jekk, f’sena partikolari, l-livelli ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ dawn il-kategoriji ta’ tessili jeċċedu r-rati speċifikati fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, is-sistema ta’ kontroll doppju tiġi awtomatikament introdotta mill-ġdid għal dawn il-kategoriji.

    3. Fil-każ li r-Repubblika ta’ Każakistan issir membru ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qabel id-data ta’ l-iskadenza tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2(2) sa (5), 3, 6, 7, 8, 9, 11 sa 19, il-Protokoll A, il-Protokoll B, il-Protokoll Ċ, il-Minuta Miftiehma Nru 1, il-Minuta Miftiehma Nru 2, il-Minuta Miftiehma Nru 3 u l-Minuta Miftiehma Nru 4 għandhom jibqgħu ikunu applikabbli bħala arranġamenti amministrattivi fis-sens ta’ l-Artikolu 2(17) tal-Ftehim WTO dwar Tessili u Lbies.

    4. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek ta’ dan ta’ qabel. F’dak il-każ, din l-Ittra flimkien ma’ l-Appendiċi tagħha u l-Ittra ta’ Aċċettazzjoni tiegħek jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri li għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu notifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali neċessarji għal dan l-iskop ġew ikkompletati. Sadanittant, għandu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2004 taħt kondizzjonijiet ta’ reċiproċità.

    Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi."

    Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta’ l-ittra tiegħek.

    Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

    Għall-Gvern tar-Repubblika ta’ Każakistan

    [1] Fl-2002 dan l-Anness kien ippubblikat fil-ĠU L 357, tal-31.12.2002.

    --------------------------------------------------

    Top