Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003A0925(13)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Ukrajna fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Herzegovina (BiH)

ĠU L 239, 25.9.2003, p. 38–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2003/663(13)/oj

Related Council decision

22003A0925(13)



Official Journal L 239 , 25/09/2003 P. 0038 - 0040


Ftehim

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Ukrajna fil-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Herzegovina (BiH)

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa 'l waħda, u

L-UKRAJNA,

min-naħa 'l oħra,

flimkien hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa l- "Partijiet Parteċipanti",

WAQT LI JINGĦATA KONT

- tal-presenza tat-Task Force tal-Pulizija Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti (IPTF) Fil-Bosnja u Herzegovina mill-1996 u l-offerta ta' l-Unjoni Ewropea li tassigura, sa l-1 ta' Jannar 2003, l-insegwiment ta' l-IPTF fil-Bosnja u Herzegovina,

- l-aċċettazzjoni mill-Bosnja u Herzegovina ta' dik l-offerta, permezz ta' Skambju ta' Ittri tat-2 u l-4 ta' Marzu 2002, li jipprovdu, fost ġwejjeġ oħra li t-tim ta' ppjanar ta' l-EUPM jingħata l-istatus presentement applikabbli għall-membri tal-Missjoni ta' Monitorjar ta' l-Unjoni Ewropea (EUMM) fil-Bosnja u Herzegovina,

- l-adozzjoni mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fil-11 ta' Marzu 2002 ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/210/CFSP dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea [1] tiddikjara li membri Ewropew tan-NATO li m'humiex membri ta' l-UE u Stati oħra li huma kandidati għall-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea kif ukoll Stati Membri ta' l-OSCE li m'humiex membri ta'l-UE, li fil –present qegħdin jipprovdu impjegati lill-IPTF, huma mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EUPM,

- il-ftehim konkluż fl-4 ta' Ottubru 2002 bejn l-UE u l-Bosnja u Herzegovina dwar l-attivitajiet tal-EUPM fil-Bosnja u Herzegovina [2], inklużi dispożizzjonijiet dwar l-istatus tal-persunal tal-EUPM,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Qafas

L-Ukrajna għandha tassoċja ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/210/CFSP dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Herzegovina ininkluż l-Anness tagħha dwar id-dikjarazzjoni tal-misjoni għall-EUPM, adottata mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fil-11 ta' Marzu 2002, skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli li ġejjin.

Artikolu 2

Il-persunal secondat mal-EUPM

1. L-Ukrajna għandha tikkontribwixxi lill-EUPM b'ħames uffiċjali tal-pulizija sekondati. Dan il-persunal għandu jkun sekondat għal minimu ta' sena, waqt li jingħata kont li rotazzjoni xierqa ta' persunal tiġi assigurata.

2. L-Ukrajna għandha tassigura li l-persunal tagħha sekondat ma' l-EUPM iwettaq il-missjoni tiegħu b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/210/CFSP.

3. Maż-żmien l-Ukrajna għandha tinforma lill-EUPM u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea b'kull bidla fil-kontribuzzjoni tagħha lill-EUPM.

4. Il-persunal sekondat ma' l-EUPM għandu jgħaddi minn eżami mediku estensiv, tilqim u jkun ċertifikat medikament kapaċi għax-xogħol minn awtorità kompetenti mill-Ukrajna. Kopja ta' din iċ-ċertifikazzjoni għandha takkumpanja lill-persunal sekondat ma' l-EUPM.

5. L-Ukrajna għandha ġġorr in-nefqa biex tibgħat lill-uffiċjali tal-pulizija u jew impjegati internazzjonali pajżana sekondati minnha, inkluż is-salarji, allowances, spejjeż mediċi, assigurazzjoni u spejjeż ta' l-ivvjaġġar lejn u mill-Bosnja u Herzegovina.

Artikolu 3

L-istatus tal-persunal secondat ma' l-EUPM

1. Il-persunal sekondat ma' l-EUPM mill-Ukrajna għandu jkun kopert, sal-31 ta' Diċembru 2002 taħt il-ftehim applikabbli għat-tim ta' l-ippjanar ta' l-EUPM, u mill-1 ta' Jannar 2003 taħt il-ftehim konkluż fl-4 ta' Ottubru 2002 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bosnja u Herzegovina dwar l-attivitajiet ta' l-EUPM fil-Bosnja u Herzegovina.

2. L-Ukrajna għandha tkun responsabbli li tirrispondi għal kull talba marbuta ma' l-issekondar ta' membru mpjegat ta' l-EUPM, minn jew li tikkonċerna lil dak il-membru impjegat. L-Ukrajna għandha tkun responsabbli biex iġġib kull azzjoni kontra persuna sekondata.

3. L-EUPM hija missjoni mhux armata u bħala tali m'għandha ebda regoli ta' ingaġġ.

4. Uffiċjali tal-pulizija sekondati għandhom jaħdmu fl-uniformijiet nazzjonali tagħhom tal-pulizija. Il-brieret u l-insinji għandhom ikunu provduti mill-EUPM.

Artikolu 4

Katina ta' kmand

1. Il-kontribuzzjoni ta' l-Ukrajna lill-EUPM hija mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Unjoni. Il-persunal sekondat mill-Ukrajna għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu/tagħha u jikkomporta lilu nnifsu skond l-interessi ta' l-EUPM.

2. Il-persunal kollu ta' l-EUPM għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ ta' l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

3. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrsferixxu l-kmand operazzjonali OPCOM) lill-Kap tal-Missjoni ta' l-EUPM/Kummissarju tal-Pulizija, li għandu jeżerċita dak il-kmand permezz ta' struttura ġerarkika ta' kmand u kontroll.

4. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija għandu jmexxi l-EUPM u jassumi l-amministrazzjoni tagħha ta' kull jum.

5. L-Ukrajna għandu jkollha l-istess drittijiet u obbliġi fit-termini ta' l-amministrazzjoni ta' kull jum ta' l-operazzjoni bħal dawk ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni li jipparteċipaw, skond l-Artikolu 8(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/210/CFSP. Din għandha sseħħ fl-art fil-kors normali ta' l-operazzjoni, inkluż ġewwa l-kwartieri tal-missjoni tal-pulizija.

6. Il-Kap tal-Missjoni EUPM/Kummissarju tal-Pulizija għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal tal-missjoni. Fejn japplika, azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali konċernata.

7. Punt ta' kuntat kontinġenti nazzjonali (NPCs) għandu jinħatar mill-Ukrajna biex jirrappresenta l-kontinġent nazzjonali tiegħu fil-missjoni. L-NPCs għandhom jirrapportaw lill-Kap tal-Missjoni EUPM/Kummissarju tal-Pulizija dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxziplina kontinġenti ta' kull jum.

8. Id-deċiżjoni mill-Unjoni Ewropea li ttemm l-operazzjoni għandha tittieħed wara konsultazzjoni ma' l-Ukrajna, sakemm dak l-Istat ikun għadu jikkontribwixxi lill-EUPM fid-data tat-terminazzjoni tal-missjoni.

Artikolu 5

Informazzjoni klassifikata

L-Ukrajna għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tassigura li, meta informazzjoni klassifikata tal-UE tiġi ttrattata mill-persunal tagħha sekondat ma' l-EUPM, dan il-persunal jirrispetta r-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KC [3].

Artikolu 6

Kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż ta' kull jum

1. L-Ukrajna għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż ta' kull jum ta' l-EUPM ammont ta' ewro 25000 kull sena. L-Ukrajna għandha tikkonsidra li tagħmel kontribuzzjonijiet addizzjonali ta' natura volontarja għal dawn l-ispejjeż ta' kull jum, waqt li jingħata kont tal-mezzi tagħha u l-livell ta' parteċipazzjoni.

2. Għandu jiġi ffirmat arranġament bejn il-Kap tal-Missjoni ta' l-EUPM/Kummissarju tal-Pulizija u s-servizzi relevanti amministrattivi ta' l-Ukrajna għall-ispejjeż ta' kull jum ta' l-EUPM. Dan l-arranġament għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar:

(a) l-ammont konċernat, inkluża l-possibbiltà ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali ta' natura volontarja, jekk ikun hemm;

(b) l-arranġamenti għall-ħlas u l-amministrazzjoni ta' l-ammont konċernat;

(ċ) l-arranġamenti ta' verifikazzjoni li jkopru l-kontroll u l-verifika ta' l-ammont konċernat, fejn xieraq.

3. L-Ukrajna għandha formalment tikkomunika lill-EUPM u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea l-ammont totali tal-kontribuzzjoni tagħha għall-ispejjeż ta' kull jum sa l-1 ta' Novembru 2002 u wara sa l-1 ta' Novembru ta' kull sena u għandha tikkonkludi l-arranġament finanzjarju sal-15 ta' Diċembru ta' kull sena.

4. Il-kontribuzzjonijiet ta' l-Ukrajna għall-ispejjeż ta' kull jum ta' l-EUPM għandhom jiġu depositati sal-31 ta' Marzu ta' kull sena fil-kont tal-bank li għandu jiġi ndikat lil dak l-Istat.

Artikolu 7

Nuqqas ta' ħarsien

Jekk xi wieħed mill-Partijiet Parteċipanti jonqos milli jħaresl-obbligi tiegħu preskritti fl-Artikoli preċedenti, il-Parti l-oħra jkollha d-dritt li tittermina dan il-ftehim billi tagħti avviż ta' xahrejn.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ malli jiġi ffirmat. Huwa għandu jibqa' fis-seħħ għat-tul tal-perjodu kollu tal-kontribuzzjoni ta' l-Ukrajna lill-EUPM.

Magħmula fi Brussel, fit–23-12-2002, fil-lingwa Ingliża f'erba' kopji.

Għall-Unjoni Ewropea

+++++ TIFF +++++

Għall-Ukrajna

+++++ TIFF +++++

[1] ĠU L 70, tat-13.3.2002, p. 1.

[2] ĠU L 293, tad-29.10.2002, p. 2.

[3] ĠU L 101, tal-11.4.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

Top