Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0141(01)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 19, 23.1.2003, pp. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/141(2)/oj

22002D0141(01)



Official Journal L 019 , 23/01/2003 P. 0007 - 0008


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 141/2002

tat-8 ta' Novembru 2002

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 113/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/159/KE tat-18 ta' Frar 2002 dwar il-format komuni għall-preżentazzjoni tas-sommarji ta' data nazzjonali tal-kwalità tal-karburanti [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 6a (id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

"6b. 32002 D 0159: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/159/KE tat-18 ta' Frar 2002 dwar il-format komuni għall-preżentazzjoni tas-sommarji ta' data nazzjonali tal-kwalità tal-karburanti (ĠU L 53, tat-23.2.2002, p. 30)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2002/159/KE fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2002, basta li n-notifiki kollha permezz ta' l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kjartan Jóhannsson

[1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 25.

[2] ĠU L 53, tat-23.2.2002, p. 30.

[3] Mhumiex meħtieġa rekwiżiti kostituzzjonali.

--------------------------------------------------

Top