EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001A1227(09)

Protokoll addizzjonali li jemenda l-aspetti tal-kummerċ dwar il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidra r-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċertu nbejjed, ir-rikonoxximent reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll ta’ l-ismijiet ta’ l-inbid u r-rikonoxximent reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll fuq deskrizzjonijiet ta’ l-ispirti u x-xorb aromatiku

ĠU L 342, 27.12.2001, p. 45–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2001/918/oj

Related Council decision

22001A1227(09)



Official Journal L 342 , 27/12/2001 P. 0045 - 0047


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

li jemenda l-aspetti tal-kummerċ dwar il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, biex jikkunsidra r-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet dwar konċessjonijiet preferenzjali reċiproċi għal ċertu nbejjed, ir-rikonoxximent reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll ta’ l-ismijiet ta’ l-inbid u r-rikonoxximent reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll fuq deskrizzjonijiet ta’ l-ispirti u x-xorb aromatiku

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "il-Komunità",

fuq naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, iżjed 'il quddiem riferuta bħala "il-Kroazja",

fuq in-naħa l-oħra,

iżjed 'il quddiem riferutI bħala "il-Partijiet Kontraenti",

BILLI l-Ftehim ta’ l-Istabilizzazzjoni u ta’ l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, kien mibdi fi Brussel fl-14 ta’ Mejju 2001 u ffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta’ Ottubru 2001,

BILLI l-Artikolu 27(4) tal-Ftehim ta’ l-Istabilizzazzjoni u ta’ l-Assoċjazzjoni jipprovdi li l-ftehim ta’ l-inbid u l-ispirti għad irid jiġi negozjat,

BILLI Ftehim Temporanju għandu jassigura l-iżvilupp tal-ħolqa tal-kummerċ bit-twaqqif tar-relazzjoni appalti u timplimenta mill-aktar fis possibbli d-disposizzjoni tal-Ftehim ta’ l-Istabilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Dan il-Ftehim Temporanju kien mibdi fl-10 ta’ Lulju 2001 u iffirmat fid-29 ta’ Ottubru 2001 u għandu jkun applikat mill-1 ta’ Jannar 2002. L-Artikolu 14(4) tal-Ftehim Temporanju jirrepeti l-impenji għall-protokoll separat ta’ l-inbid u l-ispirti,

BILLI fuq din il-bażi n-negozjati kienu magħmula u konklużi bejn il-Partijiet,

BILLI sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fil-proċess ġenerali ta’ l-Istabilizzazzjoni, il-ftehim ta’ l-inbid u l-ispirti għandhom ikunu integrati fil-qafas tal-Ftehim ta’ l-Istabilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni fil-forma ta’ Protokoll,

BILLI dan il-Protokoll dwar l-inbejjed u l-ispirti għandu jidħol fis-seħħ fl-istess data tal-Ftehim ta’ l-Istabilizzazzjoni u ta’ l-Assoċjazzjoni,

BILLI għal dan il-għan hu neċessarju li tiġi implimentata mill-aktar fis possibbli d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll,

XEWQANA li jittejbu l-kondizzjonijiet għall-bejgħ ta’ l-inbejjed, l-ispirti u xorb aromatiku fis-swieq rispettivi, b’mod konformi mal-prinċipji tal-kwalità, benefiċċju lil xulxin u reċiproċità,

WARA LI KKUNSIDRAW l-interessi taż-żewġ Partijiet Kontraenti fil-protezzjoni u l-kontroll reċiproku fuq l-ismijiet ta’ l-inbid, deskrizzjonijiet dwar spirti u xorb aromatiku,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-Protokoll jinkludi l-elementi li ġejjin:

1. Ftehim dwar konċessjonijiet tal-kummerċ reċiproki preferenzjali għal ċertu nbejjed (L-Anness 1 ta’ dan il-Protokoll);

2. Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll fuq l-ismijiet ta’ l-inbid (L- Anness II ta’ dan il-Protokoll);

3. Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll fuq deskrizzjonijiet ta’ l-ispirti u xorb aromatiku (Anness III ta’ dan Protokoll).

Il-listi riferuti fl-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim imsemmi f’punt 2 u fl-Artikolu 5 tal-Ftehim imsemmi f’punt 3 għandhom ikunu stabbiliti fi stadju aktar tard u approvati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita rispettivament f’L-Artikoli 13 u 14 ta’ dawn il-Ftehim.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim ta’ l-Istabilizzazzjoni u ta’ l-Assoċjazzjoni. Dawn l-Annessi ta’ dan il-Protokoll għandhom jiffurmaw parti integrali tiegħu.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunità u mir-Repubblika tal-Kroazja b’mod konformi mal-proċeduri tagħhom. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimplimentaw dan il-Protokoll.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bir-riżultat tal-proċeduri korrispondenti riferuti fil-paragrafu ta’ qabel.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-istess data tal-Ftehim ta’ l-Istabilizzazzjoni u ta’ l-Assoċjazzjoni.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll għandu jiġi maħruġ doppju f’kull lingwa uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti, kull test minn dawn ikun awtentiku l-istess.

Hecho en Zagreb, el siete de diciembre del dos mil uno.

Udfærdiget i Zagreb den syvende december to tusind og en.

Geschehen zu Zagreb am siebten Dezember zweitausendundeins.

Έγινε στο Ζάγκρεμπ, στις εφτά Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες ένα.

Done at Zagreb on the seventh day of December in the year two thousand and one.

Fait à Zagreb, le sept décembre deux mille un.

Fatto a Zagabria, addì sette dicembre duemilauno.

Gedaan te Zagreb, de zevende december tweeduizendeneen.

Feito em Zagrebe, em sete de Dezembro de dois mil e um.

Tehty Zagrebissa seitsemäntenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattayksi.

Som skedde i Zagreb den sjunde december tjugohundraett.

Sastavljeno u Zagrebu dana sedmog prosinca dvijetisucé i prve godine.

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

+++++ TIFF +++++

Za Republiku Hrvatsku

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top