Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D1221(19)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/1999 ta' l-24 ta' Settembru 1999 li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 325, 21.12.2000, p. 34–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/119(2)/oj

    22000D1221(19)



    Official Journal L 325 , 21/12/2000 P. 0034 - 0035


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 119/1999

    ta' l-24 ta' Settembru 1999

    li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness XI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/1999 tal-25 ta' Ġunju 1999 [1].

    (2) D-Deċiżjoni Nru 128/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1998 dwar l-introduzzjoni koordinata ta' sistema tat-telekomunikazzjoni bla wajers u mobbli tat-tielet ġenerazzjoni fil-Komunità [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3) D-dispożizzjonijiet dwar l-aspetti internazzjonali tad-Deċiżjoni Nru 128/1999/KE għandhom jiġu addattati għall-għanijiet tal-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 5ċċ (Direttiva 97/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XI għall-Ftehim qabel l-intestatura "Servizzi postali":

    399 D 0128 L-Artikolu 9 għandu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat ta' l-EFTA sabiex jieħu miżuri dwar servizzi UMTS u apparat UMTS f'pajjiżi terzi jew sabiex jiġu nnegozjati ftehim bilaterali u multilaterali applikabbli għall-UMTS ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali f'ismu. Il-Kummissjoni u l-Istati ta' l-EFTA għandhom iżommu lil xulxin informati u, meta mitluba, għandhom jieħdu sehem f'konsultazzjonijiet fir-rigward ta' miżuri bħal dawn jew ta' negozjati fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 128/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-25 ta' Settembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Settembru 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 296, tat-23.11.2000.

    [2] ĠU L 17, tat-22.1.1999, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top