EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0729(03)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/98 tat-30 ta' Ottubru 1998 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 197, 29.7.1999, p. 54–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/102(3)/oj

21999D0729(03)



Official Journal L 197 , 29/07/1999 P. 0054 - 0054


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 102/98

tat-30 ta' Ottubru 1998

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/98 tad-29 ta' Mejju 1998 [1];

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/335/KE tat-8 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi inventarju u nomenklatura komuni ta' ingredjenti użati fi prodotti kosmetiċi [2], għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 9 (Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/17/KE) tal-Kapitolu XVI ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"10. 396 D 0335: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/335/KE tat-8 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi inventarju u nomenklatura komuni ta' ingredjenti użati fi prodotti kosmetiċi (ĠU L 132, ta' l-1.6.1996, p. 1)."

Artikolu 2

It-testijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/335/KE fl-ilsna ta' l-Islanda u n-Norveġiż, li huma annessi mall-verżjonijiet ta' din id-Deċiżjoni fl-ilsna rispettivi, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Ottubru 1998, previst li n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, 30 Ottubru 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 30, ta'l-4.2.1999, p. 51.

[2] ĠU L 132, ta' l-1.6.1996, p. 1.

--------------------------------------------------

Top