This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21999D0187
Decision of the EEA Joint Committee No 187/1999 of 17 December 1999 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 187/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 187/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet
ĠU L 74, 15.3.2001, pp. 18–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 074 , 15/03/2001 P. 0018 - 0019
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 187/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu, Billi: (1) L-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/94 tat-12 ta' Awissu 1994 [1]; (2) Skond l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim, l-Istati ta' l-EFTA jipparteċipaw b'mod sħiħ fl-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 [2]; (3) R-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 933/1999 tad-29 ta' April 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar l-istabbiliment ta' l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent u n-network Ewropew għall-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent [3]; (4) Huwa xieraq illi l-Protokoll 31 jiġi emendat sabiex jirriffletti l-bidliet għall-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent u n-network Ewropew għall-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent magħmula bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 933/1999, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar ta' l-Artikolu 3(2)(a) fil-Protokoll 31 għall-Ftehim: ", kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 933/1999 [4]." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta' Diċembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President N. v. Liechtenstein [1] ĠU L 253, tad-29.9.1994, p. 34. [2] ĠU L 120, tal-11.5.1990, p. 1. [3] ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 1. [4] ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 1. --------------------------------------------------