This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21999D0177
Decision of the EEA Joint Committee No 177/1999 of 17 December 1999 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 177/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 177/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 74, 15.3.2001, pp. 4–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 074 , 15/03/2001 P. 0004 - 0005
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 177/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 169/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 [1]; (2) D-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar ir-reġistrazzjoni tad-dokumenti għall-vetturi [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 24b (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98) fl-Anness XIII għall-Ftehim: "24c. 399 L 0037: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar ir-reġistrazzjoni ta' dokumenti (ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 57). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin: L-Istati ta' l-EFTA għandhom joħorġu ċertifikati ta' reġistrazzjoni bbażati fuq il-mudell fl-Anness I għad-Direttiva jew ibbażati fuq il-mudell deskritt fl-Annessi I u II tad-Direttiva u addattati kif ġej: (a) fil-Punt IV, it-tieni inċiż ta' l-Anness II, li ġej għandu jiżdied fit-tieni inċiż: "IS L-Islanda FL Il-Liechtenstein N In-Norveġja"; (b) fil-Punt IV, ir-raba' inċiż ta' l-Anness I, il-kliem "lingwi oħra tal-Komunità Ewropea" għandhom jiġu mibdula bi "lingwi tal-Komunità Ewropea u ta' l-Istati ta' l-EFTA l-oħra"; (ċ) fil-Punt IV, il-ħames inċiż ta' l-Anness I, il-kliem "il-Komunità Ewropea" għandu jiġi mibdul bi "iż-Żona Ekonomika Ewropea"; (d) fil-Punt IV, it-tieni inċiż ta' l-Anness II, li ġej għandu jiżdied fit-tieni inċiż: "IS L-Islanda FL Il-Liechtenstein N In-Norveġja"; (e) fil-Punt IV, ir-raba' inċiż ta' l-Anness II, il-kliem "lingwi oħra tal-Komunità Ewropea" għandhom jiġu mibdula bi "lingwi tal-Komunità Ewropea u ta' l-Istati ta' l-EFTA l-oħra"; (f) fil-Punt IV, il-ħames inċiż ta' l-Anness II, il-kliem "il-Komunità Ewropea" għandu jiġi mibdul bi "iż-Żona Ekonomika Ewropea";" Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-18 ta' Diċembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President N. v. Liechtenstein [1] ĠU L 61, ta' l-1.3.2001, p. 25. [2] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 57. --------------------------------------------------