Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998D0709(18)

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/97 tal-15 Diċembru 1997 Li jemenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testing u ċertifika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 193, 9.7.1998, p. 61–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/101(2)/oj

    21998D0709(18)



    Official Journal L 193 , 09/07/1998 P. 0061 - 0061


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 101/97

    tal-15 Diċembru 1997

    Li jemenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testing u ċertifika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif mibdul bil-Protokoll li Jbiddel il-Ftehim dwar ż-Żona Ekonomika Ewropea, magħruf bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    billi l-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/97 tal-10 ta' Lulju 1997 ( [1];

    billi Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2215/96 tal-20 ta' Novembru 1996 għandu jipprovdi għall-miżuri li jidderogaw fir-rigward ta "Glühwein" [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiżdied wara punt 6 (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2009/92) f'Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim:

    "7. 396 R 2215: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2215/96 tal-20 ta' Novembru 1996 li jniżżel il-miżuri li jidderogaw fir-rigard ta' "Glühwein". (ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 30)."

    .

    Artikolu 2

    It-test tad-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) Nru 2215/96 fil-lingwa Iżlandiża u fil-lingwa Norveġiża, anness mal-verżjonijiet lingwistiċi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huwa awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-16 ta' Diċembru 1997, basta illi jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE u fis-suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fi Brussel, 15 Diċembru 1997.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] ĠU L 290, tal-23.10.1997, p. 34.

    [2] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 30.

    --------------------------------------------------

    Top