Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998D0709(13)

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/97 tat-28 ta' Novembru 1997 li temenda l-Anness VI (Sigurta soċjali) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 193, 9.7.1998, p. 52–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2011; Impliċitament imħassar minn 22011D0076

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/96(2)/oj

    21998D0709(13)



    Official Journal L 193 , 09/07/1998 P. 0052 - 0052


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 96/97

    tat-28 ta' Novembru 1997

    li temenda l-Anness VI (Sigurta soċjali) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustjat bil-Protokoll li jaġġustja l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem ssir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Anness VI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/97 [1];

    Billi r-Rakkomandazzjoni Nru 21 tat-28 ta' Novembru 1996 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 69(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għall-persuni qegħda li jakkompajnaw lill-żwieġhom/marthom impjegati fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat kompetenti, adottata mill-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar sigurta soċjali għal ħaddiema immigranti [2], għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 4.7 (Rakkomandazzjoni Nru 20) fl-Anneaa VI mal-Ftehim:

    "4.8. 97/C 67/03: Rakkomandazzjoni Nru 21 tat-28 ta' Novembru 1996 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 69(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għal persuni qegħda li jakkompanjaw lill-żwieġhom/marthom fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat kompetenti (ĠU C 67, ta' l-4.3.1997, p. 3)."

    .

    Artikolu 2

    It-testi tar-Rakkomandazzjoni Nru 21 fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li huma annessi mal-versjonijiet fil-lingwa rispettiva ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1997, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Novembru 1997.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] ĠU L 134, tal-7.5.1998, p. 11.

    [2] ĠU C 67, ta' l-4.3.1997, p. 3.

    --------------------------------------------------

    Top