Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998D0709(09)

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/97 tad-9 ta' Diċembru 1997 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 193, 9.7.1998, p. 48–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/92(2)/oj

    21998D0709(09)



    Official Journal L 193 , 09/07/1998 P. 0048 - 0048


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 92/97

    tad-9 ta' Diċembru 1997

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/97 tat-12 ta' Novembru 1997 [1];

    Billi d-Direttiva 96/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Settembru 1996 li temenda d-Direttiva 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolament u dispożizzjonijiet amministrattivi konnessi mal-klassifika, ippakkjar u ttikkettjar ta' sustanzi perikolużi [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II mal-Ftehim:

    "- 396 L 0056: Direttiva 96/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Settembru 1996 (ĠU L 236, tat-18.9.1996, p. 35)."

    .

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 96/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li huma annessi mal-versjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Diċembru 1997, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Diċembru 1997.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] ĠU L 134, tat-7.5.1998, p. 6.

    [2] ĠU L 236, tat-18.9.1996, p. 35.

    --------------------------------------------------

    Top