Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998D0709(03)

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/97 tal-31 ta' Ottubru 1997 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-koperazzjoni fl-oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    ĠU L 193, 9.7.1998, p. 40–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/86(2)/oj

    21998D0709(03)



    Official Journal L 193 , 09/07/1998 P. 0040 - 0040


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 86/97

    tal-31 ta' Ottubru 1997

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE fuq il-koperazzjoni fl-oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ il-Ftehim, u partikolarment l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

    Billi l-Protokoll 31 tal-Ftehim kien inter alia, emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/94 [1];

    Billi huwa xieraq li tkun estiża l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim biex tkun inkluża l-Azzjoni Pilota fuq is-Servizz Volontarju Ewropew għaż-Żgħażagħ fis-sena tal-budget 1997;

    Billi l-Protokoll 31 tal-Ftehim għandhu għalhekk ikun emendat biex ikun possibbli li din il-koperazzjoni estiża tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 1997;

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    1) Fil-Protokoll 31 tal-Ftehim il-paragrafu li ġej għandu jkun inkluż wara l-Artikolu 4(2):

    "2bis. L-Istati ta' l-EFTA għandhom, mill-1 ta' Jannar 1997, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Komunità relatati mal-limitu tal-budget B3-1011 "Is-Servizz Volontarju Ewropew", mdaħħal fil-budget tal-Komunità għas-sena 1997"

    .

    2) L-Artikolu 4(3) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "3. L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament skond l-Artikolu 82(1)(a) għall-programmi u l-azzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2bis."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1997, iżda n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom ikunu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Għandha tgħodd mill-1 ta' Jannar 1997.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali tal--Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Ottubru 1997.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] ĠU L 198, tat-30.7.1994, p. 142.

    --------------------------------------------------

    Top