EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998D0507(08)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/97 tat-12 ta' Novembru 1997 li temenda l-Anness IV (L-Enerġija) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 134, 7.5.1998, p. 10–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/81(2)/oj

21998D0507(08)



Official Journal L 134 , 07/05/1998 P. 0010 - 0010


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 81/97

tat-12 ta' Novembru 1997

li temenda l-Anness IV (L-Enerġija) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta ż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ il-Ftehim, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness IV tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/97 ta' l-10 ta' Lulju 1997 [1];

Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/8/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1996 tħassar id-Direttiva 75/405/KEE dwar ir-restrizzjoni fuq l-użu tal-prodotti tal-pitrolju fil-bini fejn ikun iġġenerat l-elettriku [2];

Billi, għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 75/405/KEE ta' l-14 ta' April 1975 dwar ir-restrizzjoni fuq l-użu tal-prodotti tal-pitrolju fil-binjiet fejn ikun iġġenerat l-elettriku [3] għandha tkun imħassra mill-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/405/KEE) għandu jkun imħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Novembru 1997, iżda n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom ikunu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Novembru 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 290, tat-23.10.1997, p. 35.

[2] ĠU L 3, tas-7.1.1997, p. 7.

[3] ĠU L 178, tad-9.7.1975, p. 26.

--------------------------------------------------

Top