Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998D0205(12)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/97 ta' l-4 ta' Ottubru 1997 li jemenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 30, 5.2.1998, p. 44–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/71(2)/oj

    21998D0205(12)



    Official Journal L 030 , 05/02/1998 P. 0044 - 0044


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 71/97

    ta' l-4 ta' Ottubru 1997

    li jemenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta dan il-Ftehim, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Anness XX għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/97 tas-27 ta' Ġunju 1997 [1];

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/302/KE tas-17 ta' April 1996 tiddefinixxi l-format li għandha tintuża sabiex tiġi kkomunikata l-informazzjoni skond l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 32aa (Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE) fl-Anness XX għall-Ftehim:

    "32ab. 396 D 0302: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/302/KE tas-17 ta' April 1996 tiddefinixxi l-format li għandha tintuża sabiex tiġi kkomunikata l-informazzjoni skond l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 116, tal-11.5.1996, p. 26)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/302/KE fl-ilsna ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li huma annessi mal-verżjonijiet ta' din id-Deċiżjoni fl-ilsna rispettivi, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta' Ottubru 1997, b'kondizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Ottubru 1997.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] Mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] ĠU L 116, tal- 11.5.1996, p. 26.

    --------------------------------------------------

    Top