Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998A0618(01)

    Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' korteżija pożittiva fl-infurzar ta' liġijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni

    ĠU L 173, 18.6.1998, p. 28–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1998/386/oj

    Related Council decision

    21998A0618(01)



    Official Journal L 173 , 18/06/1998 P. 0028 - 0031


    Ftehim

    bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' korteżija pożittiva fl-infurzar ta' liġijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni

    IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR

    mill-parti l-waħda (hawnhekk iżjed ‘il quddiem "il-Komunitajiet Ewropej"),u

    IL-GVERN TA' L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA

    mill-parti l-oħra,

    Wara li kkunsidraw il-ftehim tat-23 ta' Settembru 1991 bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni, u l-iskambju ta' ittri ta' interpretazzjoni datati 31 ta' Mejju u 31 ta' Lulju 1995 li huma relatati ma' dak il-ftehim (flimkien hawnhekk iżjed ‘il quddiem "il-Ftehim ta' l-1991"),

    Wara li għarfu li l-Ftehim ta' l-1991 ikkontribwixxa għall-kordinazzjoni, koperazzjoni, u biex jevita kunflitti fl-infurzar tal-liġi li tirregola l-kompetizzjoni,

    Wara li innutaw li, b'mod partikolari l-Artikolu V tal-Ftehim ta'1991, m'għaruf bħala "l-Artikolu pożittiv tar-regoli ta' korteżija", li jsejjaħ għal koperazzjoni dwar attivitajiet anti-kompetittivi li jsiru fit-territorju ta' Parti Waħda u li avversament jaffettwaw l-interessi tal-Parti l-Oħra,

    Peress illi jemmnu li aktar elaborazzjoni tal-prinċipji ta' regoli ta' kortesija pożittivi u ta' l-implimentazzjoni ta' dawk il-prinċipji jkabbar il-valur ta' l-effetti tal-Ftehim ta' l-1991,u

    Wara li nnutaw illi xejn minn dan il-Ftehim jew minn l-implimentazzjoni tiegħu m'huwa ser jiġi interpretat li jippreġudika l-posizzjoni ta' parti waħda jew oħra fuq kwistjonijiet ta' ġurisdizzjoni tal-liġi li tirregola il-kompetizzjoni fil-kuntest internazzjonali,

    FTEHMU DAN LI ĠEJ:

    Artikolu I

    L-Iskop u l-funzjoni ta' dan il-Ftehim

    1. Dan il-Ftehim japplika fejn Parti tissodisfa l-oħra li hemm biżżejjed raġunijiet li ċ-ċirkostanzi li ġejjin huma preżenti:

    (a) illi attivitajiet anti-kompetittivi qegħdin isiru fit-totalità tagħhom jew in parti sostanzjali fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet u qegħdin jaffettwaw avversament l-interesi tal-Parti l-oħra; u

    (b) l-attivitajiet in kwistjoni m'humiex permessi taħt il-liġijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni fit-territorju tal-Parti fejn qegħdin jitwettqu t-tali attivitajiet.

    2. L-iskopijiet ta' dan il-ftehim huma illi:

    (a) jgħin sabiex il-kummerċ u l-investiment jiċċirkola bejn iż-żewġ partijiet, u l-kompetizzjoni u l-ġid tal-konsumatur fit-territorju taż-żewġ partijiet ma jkunux imfixkla b'attivitajiet anti-kompetittivi għal liema l-liġijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni ta' Parti waħda jew tat-tnejn jistgħu jipprovdu rimedju, u

    (b) jistabbilixxi proċeduri koperattivi biex jinkiseb infurzar effettiv u effiċjenti tal-liġijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni, fejn l-awtoritajiet responsabbli mill-kompetizzjoni ta' kull Parti normalment jevitaw li jallokaw riżorsi ta' l-infurzar biex jieħdu ħsieb attivitajiet anti-kompetittivi li jitwettqu prinċipalment fi, u huma principalment diretti lejn, it-territorju tal-Parti l-oħra, fejn l-awtoritajiet responsabbli mill-kompetizzjoni tal-Parti l-oħra huma kapaċi u ppreparati biex jeżaminaw u jieħdu sanzjonijiet effettivi fil-liġi tagħhom sabiex jieħdu ħsieb dawk l-attivitajiet.

    Artikolu II

    Definizzjonijiet

    Kif użat f'dan il-ftehim:

    1. "Effetti avversi" u "effetti avversament" jfissru ħsara kkawżata minn attivitajiet anti-kompetittivi lil:

    (a) l-abilità tad-ditti fit-territorju ta' Parti sabiex jesportaw lejn, jinvestu, jew jikkompetu fit-territorju tal-Parti l-oħra; jew

    (b) kompetizzjoni fis-suq domestiku jew ta' importazzjoni tal-Parti.

    2. "Parti li tagħmel ir-rikjesta" tfisser Parti li hija effetta avversament mill-attivitajiet anti-kompetittivi li qegħdin jitwettqu fit-totalità tagħhom jew in parti sostanzjali fit-territorju tal-Parti l-oħra.

    3. "Parti li tirċievi r-rikjesta" tfisser Parti fit-territorju fejn dawn l-attivitajiet anti-kompetittivi jidhru li qegħdin jitwettqu.

    4. "Liġi/jiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tfisser"

    (a) għall-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 85, 86, u 89 tat-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej (KE), l-Artikolu 65 u 66(7) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), u l-istrumenti implimentattivi tagħhom, għall-esklużjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 fuq il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intraprizi; u

    (b) għall-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-Att ta' Sherman (15 U.S.C. §§ 1-7), l-Att ta' Clayton (15 U.S.C. §§ 12-27, ħlief għal kif jirrelata ma' l-investigazzjonijiet skond it-Titolu II tal-Att Hart-Scott-Rodino Antitrust Improvements ta' l-1976, 15 U.S.C. § 18a), ta' l-Att tat-Tariffi ta' Wilson (15 U.S.C. §§ 8-11), u l-Att tal-Kummissjoni Federali tal-Kummerċ (15 U.S.C. §§ 41-58, ħlief għall-dawk it-taqsimiet li jirrelataw ma' funzjonijiet ta' protezzjoni tal-konsumatur);

    kif ukoll liġijiet jew regolamenti oħrajn li l-Partijiet jaqblu fuqhom bil-miktub sabiex ikunu liġijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni għall-iskop ta' dan il-Ftehim.

    5. "Awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni" tfisser:

    (a) għall-Komunitajiet Ewropej, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, għar-responsabbiltajiet tagħha konformi mal-liġijiet tal-Komunitajiet Ewropej li jirregolaw il-kompetizzjoni, u

    (b) għall-Istati Uniti, id-Diviżjoni ta' l-Antitrust tad-Dipartiment tal-Ġustizzja ta' l-Istati Uniti u l-Kummissjoni Federali tal-Kummerċ.

    6. "Attivitajiet ta' l-infurzar" tfisser kull applikazzjoni tal-liġijiet li jirregolaw l-kompetizzjoni bil-mod ta' investigazzjoni jew proċeduri mmexxija mill-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni ta' Parti.

    7. "Attivitajiet anti-kompetittivi" tfisser kull kondotta jew transazzjoni li m'hijiex permessa mill-liġijiet ta' Parti li jirregolaw il-kompetizzjoni.

    Artikolu III

    Kortesija Pożittiva

    L-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel rikjesta jistgħu jagħmlu talba lill-Parti li tirċievi r-rikjesta sabiex jinvestigaw u, jekk hemm bżonn, biex joħolqu rimedju għall-attivitajiet anti-kompetittivi skond il-liġijiet li jirreglaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tirċievi r-rikjesta. Tali rikjesta tista' ssir irrespettivament jekk l-attivitajiet jivvjolawx il-liġijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta, u irrispetivament jekk l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta bdewx, jew ser jibdew jimplimentaw attivitajiet ta' infurzar taħt il-liġijiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tagħhom.

    Artikolu IV

    Diferiment jew sospensjoni ta' l-investigazzjonjiet dipendenti fuq attivitajiet ta' infurzar mill-Parti li tirċievi r-rikjesta

    1. L-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Partijiet jistgħu jiftehmu sabiex l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta jidifferu jew jissospendu attivitajiet ta' infurzar pendenti jew li ser jibdew waqt il-pendenza ta' l-istess attvitiajiet tal-Parti li tirċievi r-rikjesta.

    2. L-awtoritajiet li jirregolw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta normalment jiddiferu jew jissospendu l-attivitajiet ta' infurzar tagħhom stess biex jiffavorixxu l-istess attivitajiet li jsiru mill-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tirċievi r-rikjesta meta il-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

    (a) l-attivitajiet anti-kompetittivi in kwistjoni:

    (i) m'għandhomx impatt dirett, sostanzjali u raġonevoli fuq il-konsumaturi fit-territorju tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta; jew

    (ii) fejn l-attivitajiet anti-kompetittivi m'għandhomx tali impatt fuq il-konsumaturi tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta, huma jitwettqu prinċipalment fil, u huma diretti prinċipalment lejn it-terrritorju tal-Parti l-oħra;

    (b) l-effetti avversi fuq l-interessi tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta jistgħu ikunu, u x'aktarx li jkunu, investigati bis-sħiħ u adegwatament, u eliminati kif jixraq jew jiġi provdut rimedju xieraq skond il-liġijiet, proċeduri, u rimedji disponibbli tal-Parti li tirċievi r-rikjesta. Il-Partijiet jirrikonoxxu illi jista' jkun hemm il-bżonn li jiġu eżegwiti attivitajiet ta' infurzar separati fejn attivitajiet anti-kompetittivi li jaffettwaw liż-żewġ territorji jiġġustifikaw l-imposizzjoni ta' penalitajiet fiż-żewġ ġurisdizzjonijiet; u

    (ċ) l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti Rikjesta jaqblu li meta jesegwu l-attivitajiet ta' infurzar tagħhom, huma ser:

    (i) jiddedikaw riżorsi adegwati sabiex jinvestigaw l-attivitajiet anti-kompetittivi u, fejn hemm bżonn, minnufih iwettqu attivitajiet ta' infurzar xierqa;

    (ii) jużaw l-aħjar sforzi possibbli sabiex jipproċedu skond kull sors ta' informazzjoni li qiegħed għad-disposizzjoni, kif ukoll dawk is-sorsi ta' informazzjoni li huma suġġeriti mill-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta;

    (iii) jinfurmaw l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-Rikjesta, kull meta ikun hemm talba jew f'intervalli raġonevoli, ta' l-istat li fih jinsabu l-attivitajiet ta' infurzar u l-intenzjonijiet, u fejn hemm bżonn jipprovdu lill-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta b'informazzjoni kunfidenzjali jekk hemm il-kunsens tas-sors involut. L-użu u l-iżvelar ta' din l-informazzjoni huwa rregolat mill-Artikolu V;

    (iv) jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet li jirregolw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta b'kull bdil f'intenzjonijiet tagħhom rigward investigazzjonijiet u infurzar;

    (v) jagħmlu l-aħjar sforzi sabiex ilestu l-investigazzjonijiet u jiksbu rimedju jew jibdew proċeduri fi żmien sitt xhur, jew fi żmien ieħor miftiehem mill-awtoritiajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Partijiet, tad-diferiment jew is-sospensjoni ta' l-attivitajiet ta' infurzar mill-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta;

    (vi) jinfurmaw bis-sħiħ lill-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta dwar ir-riżultati ta' l-investigazzjoni tagħhom, u jieħdu konjizzjoni ta' l-opinjoni ta' l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta, qabel tittieħed deċiżjoni, jinbdew proċeduri, jiġu addottati rimedji, jew tiġi terminata l-investigazzjoni; u

    (vii) iħarsu kull talba raġonevoli li tiġi magħmula mill-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta.

    Meta l-kondizzjonijiet msemmija hawn fuq ikunu sodisfatti, il-Parti li tagħmel ir-rikjesta u li tagħżel li tiddiferi jew tissospendi l-attivitajiet ta' infurzar għandha tinforma lill-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tirċievi r-rikjesta, dwar ir-raġunijiet tagħha.

    3. L-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta jistgħu jiddiferu jew jissospendu l-attivitajiet ta' infurzar tagħhom jekk il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2 ma jintlaħqux kollha.

    4. Xejn minn dan il-Ftehim ma jipprekludi l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta li tagħżel li tidifferi jew tissospendi l-attivitajiet ta' infurzar indipendenti li ser jibdew aktar tard, jew tali attivitajiet. F'tali ċirkostanzi, l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel ir-rikjesta għandhom minnufih jinfurmaw l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tirċievi r-rikjesta dwar l-intenzjonijiet u r-raġunijiet tagħhom. Jekk l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti li tirċievi r-rikjesta jkomplu bl-investigazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni taż-żewġ Partijiet għandhom, fejn xieraq, jikkordinaw l-investigazzjonjiet rispettivi tagħhom taħt il-kriteri u l-proċeduri ta' l-Artikolu IV tal-Ftehim ta' l-1991.

    Artikolu V

    Kunfidenzjalità u użu ta' l-informazzjoni

    Billi skond dan il-Ftehim l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni ta' waħda mill-Partijiet tipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni tal-Parti l-oħra sabiex jiġi implimentat dan il-Ftehim, tali informazzjoni tiġi użata mill-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni l-oħrajn għal dak l-iskop biss. Madankollu, l-awtoritajiet li jirregolaw il-kompetizzjoni li pprovdew l-informazzjoni jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom għal użu ieħor, bil-kondizzjoni li fejn informazzjoni kunfidenzjali ġiet ipprovduta skond l-artikolu IV(2)(c)(iii) fuq il-bażi tal-kunsens tas-sors konċernat, tali sors jagħti wkoll il-kunsens għal użu ieħor. Svelar ta' tali informazzjoni huwa regolat mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu VIII tal-Ftehim ta' l-1991 u l-iskambju ta' ittri interpretattivi datati 31 ta' Mejju u 31 ta' Lulju 1995.

    Artikolu VI

    Relazzjoni mal-Ftehim ta' l-1991

    Dan il-Ftehim jissuplimenta u għandu jiġi interpretat b'konsistenza mal-Ftehim tal-1991, li jibqa' fis-seħħ.

    Artikolu VII

    Liġi Eżistenti

    Xejn minn dan il-Ftehim m'għandu jiġi interpretat b'mod inkonsistenti mal-liġijiet eżistenti, jew kif jirrikjedi xi tibdil fil-liġijiet, tal-Komunitajiet Ewropej jew ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika jew ta' l-Istati Membri jew stati rispettivi.

    Artikolu VIII

    Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

    1. Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ ma' l-iffirmar.

    2. Dan il-Ftehim jibqa' fis-seħħ sa 60 jum wara d-data li fiha waħda mill-Partijiet tinnotifika l-oħra bil-miktub illi tixtieq tittermina l-Ftehim.

    IX-XHIEDA BILLI, is-sottoskritti, huma debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul fi Brussel u f'Washington, f'duplikazzjoni, bl-ilsien Ingliż.

    Għall-Komunitajiet Ewropej u għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar

    Data:

    +++++ TIFF +++++

    Data:

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    Data:

    +++++ TIFF +++++

    Data:

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top