EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998A0403(01)

Konvenzjoni għall-protezzjoni ta' l-ambjent marin ta' l-atlantiku tal-grigal

ĠU L 104, 3.4.1998, p. 2–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/05/2000

ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1998/249/oj

Related Council decision

21998A0403(01)



Official Journal L 104 , 03/04/1998 P. 0002 - 0021


Konvenzjoni għall-protezzjoni ta' l-ambjent marin ta' l-atlantiku tal-grigal

WERREJ

PREAMBOLU

Artikolu 1:

Artikolu 2:

Artikolu 3:

Artikolu 4:

Artikolu 5:

Artikolu 6:

Artikolu 7:

Artikolu 8:

Artikolu 9:

Artikolu 10:

Artikolu 11:

Artikolu 12:

Artikolu 13:

Artikolu 14:

Artikolu 15:

Artikou 16:

Artikolu 17:

Artikolu 18:

Artikolu 19:

Artikolu 20:

Artikolu 21:

Artikolu 22:

Artikolu 23:

Artikolu 24:

Artikolu 25:

Artikolu 26:

Artikolu 27:

Artikolu 28:

Artikolu 29:

Artikolu 30:

Artikolu 31:

Artikolu 32:

Artikolu 33:

Artikolu 34:

Anness I:

Anness II:

Anness III:

Anness IV:

Appendiċi 1:

Appendiċi 2:

KONVENZJONI DWAR IL-PROTEZZJONI TA' L-AMBJENT MARITTIMU FIL-GRIGAL TA' L-ATLANTIKU

IL-PARTIJIET KONTRAENTI,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-ambjent marittimu u l-flora u l-fawna li jżomm huma ta' importanza vitali għan-nazzjonijiet;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-istima inerenti ta' l-ambjent marittimu tal-Grigal ta' l-Atlantiku u n-neċessità li tiġi pprovduta protezzjoni kkordinata għalih;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li azzjoni organizzata fuq livelli nazzjonali, reġjonali u globali hija essenzjli biex tipprevjeni u telimina tinġis marittimu u biex tasal għal immaniġġjar sostenibbli tan-naħa marittima, jiġifieri, l-immaniġġjar ta' attivitajiet umani b'mod li l-ekosistema marittima tkompli ssostni l-użi leġittimi tal-baħar u tkompli taqdi l-ħtiġiet tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri:

FILWAQT LI ŻŻOMM F'MOĦĦHA li l-ekwilibriju ekoloġiku u l-użi leġittimi tal-baħar huma mhedda bit-tinġis;

FILWAQT LI TIKKUNSIDRA r-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent Uman, li saret fi Stokkolma f'Ġunju ta' l-1972;

FILWAQT LI TIKKUNSIDRA wkoll ir-riżultati tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-AMbjent u l-Iżvilupp li saret f'Rio de Janiero f'Ġunju ta' l-1992;

FILWAQT LI TFAKKAR fid-disposizzjonijiet rilevanti tal-liġi internazzjonali tad-dwana riflessa fit-XII-il Parti tal-Liġi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Konvenzjoni tal-Baħar u, partikolarment, l-Artikolu 197 dwar il-koperazzjoni globali u reġjonali għall-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' l-ambjent marittimu;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-interessi komuni ta' l-Istati konċernati bl-istess naħa marittima għandhom iressquhom biex jikkoperaw fuq livelli reġjonali u subreġjonali;

FILWAQT LI JFAKKRU fir-riżultati pożittivi li ntlaħqu fil-kuntest tal-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tinġis Marittimu b'Rimi minn Bastimenti u Inġenji ta' l-Ajru iffirmata f'Oslo fil-15 ta' Frar ta' l-1972, kif emendata mill-Protokolli tat-2 ta' Marzu 1983 u tal-5 ta' Diċembru 1989, u l-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tinġis Marittimu minn Sorsi fuq l-Art iffirmata f'Pariġi ta' l-4 ta' Ġunju 1974, kif emendata bil-Protokoll tas-26 ta' Marzu 1986;

KONVINTI li aktar azzjoni internazzjonali biex tipprevjeni u telimina t-tinġis tal-baħar għandha tittieħed mingħajr dewmien, bħala parti minn miżuri progressivi u koerenti biex jipproteġu l-ambent marittimu;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li jista' jkun mixtieq li jiġu adottati, fuq livell reġjonali, miżuri aktar iebsa dwar il-prevenzjoni u l-eleiminazzjoni tat-tinġis ta' l-abjnet marittimu jew fejn tidħol il-protezzjoni ta' l-ambjent marittimu mill-effetti ħżiena ta' l-attivitajiet umani aktar milli hemm ipprovdut f'konvenzjonijiet u qbil internazzjonali bi skop globali;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li kwistjonijiet marbutin ma' l-immaniġġjar ta' meded ta' baħar fejn jinqabad il-ħut huma regolati kif xieraq b'arranġamenti internazzjonali u reġjonali li jittrattaw speċifikament dawn il-kwistjonijiet;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-Konvenzjonijiet preżenti ta' Oslo u Pariġi ma jikkontrollawx adegwatament ftit mis-sorsi tat-tinġis, u li għalhekk huwa ġustifikabbli li jiġu mibdulin b'din il-Konvenzjoni preżenti, li tindirizza s-sorsi kollha ta' tinġis ta' l-ambjent marittimu u l-effetti ħżiena ta' l-attivitajiet tal-bniedem fuqu, u tikkunsidra l-prinċipju prekawzjonarju u ssaħħaħ il-koperazzjoni reġjonali,

FTIEHMU dan li ġej:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni:

(a) "Żona Marittima" tfisser ilmijiet interni u l-ibħra territorjali tal-Partijiet Kontraenti, il-baħar lil hinn u li jmiss mal-baħar territorjali taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istat kostali sakemm huwa rikonoxxut mil-liġi internazzjonali, u l-ibħra miftuħin, inkluż il-qiegħ ta' dawk l-ilmijiet kollha u s-subħamrija tagħhom, sitwati fi ħdan dawn il-limiti:

(i) dawk il-partijiet ta' l-Oċeani Atlantiku u Artiku u l-ibħra dipendenti tagħhom li jinsabu fil-latitudni tramuntana 36:

1. il-Baħar Baltiku u ż-Żoni li jinsabu fis-sud u fil-lvant tal-linji meħudin minn Hasenore Head għall-Ponta ta' Gniben, minn Korshage sa Spodsbjerg u minn Gilbjerg Head sa Kullen;

2. il-baħar Mediterranju u l-ibħra dipendenti tiegħu sal-ponta tal-laqgħa tal-parallel tal-latitudni 36;

(ii) dik il-parti ta' l-O1ean Atlantiku tal-latitudni 59.

(b) "Ilmijiet interni" jfissru l-ilmijiet fuq naħet l-art tal-linji bażi li minnhom jitkejjel il-wisa' tal-baħar territorjali, li jestendu fil-każ ta' ilmijiet ġierja sal-limiti ta' l-ilma ħelu.

(ċ) "Il-limitu ta' l-ilma ħelu" jfisser il-post f'ilma ġieri fejn, f'marea baxxa u f'perjodu ta' mixi baxx ta' ilma ġieri, ikun hemm żieda apprezzabbli fis-salinità minħabba l-preżenza ta' l-ilma baħar.

(d) "Tniġġiż" ifisser l-introduzzjoni mill-bniedem, direttament jew indirettament, ta' sustanzi jew enerġiji fin-naħa marittima li jwasslu għal, jew x'aktarx iwasslu għal, perikli għal saħħet il-bniedem, ħsara lir-risorsi ħajin u lill-ekosistema marittima, ħsara lill-amenitajiet jew interferenza lil użu leġittimi oħrajn tal-baħar.

(e) "Sorsi bbażati fl-art" tfisser sorsi fissi jew diffużi fuq l-art li minnhom sustanzi jew enerġija jilħqu ż-żona marittima bl-ilma, bl-arja, jew direttament mill-kosta. Huma jinkludu sorsi assoċjati ma' rimi deliberat taħt qiegħ il-baħar magħmul aċċessibbli mill-art permezz ta' mini, sensiela ta' katusi jew mezzi u sorsi oħrajn assoċjati ma' strutturi magħmulin mill-bniedem impoġġijin, fiż-żona marittima li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Parti Kontraenti, ħlief jekk mhux għall-għan ta' attivitajiet offshore.

(f) "Rimi" tfisser:

(i) kull disposizzjoni deliberata fiż-żona marittima ta' fdal jew materjal ieħor:

1. minn vetturi jew inġenji ta' l-ajru;

2. minn installazzjonijiet offshore;

(ii) kull disposizzjoni deliberata fiż-żona marittima ta':

1. vetturi jew inġenji ta' l-ajru;

2. installazzjonijiet offshore jew sensiela ta' katusi offshore.

(g) "Rimi" ma jinkludix:

(i) id-disposizzjoni skond il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Prevenzjoni tat-Tinġis mill-Bastimenti, 1973, kif modifikata mill-Protokoll ta' l-1978 marbut magħha, jew liġi internazzjonali applikabbli oħra, dwar fdalijiet jew materjal aċċidentali ieħor, jew li ġej minnu, l-operazzjoni normali ta' bastimenti jew inġenji ta' l-ajru jew installazzjonijiet offshore għall-iskop tad-disposizzjoni ta' dan ir-rimi jew materjal ieħor jew li ġej minnu għat-trattament ta' dan ir-rimi jew materjal ħeor fuq dawn il-bastimenti jew inġenji ta' l-ajru jew installazzjonijiet offshore;

(ii) it-tqegħid ta' materjal għal skop ieħor barra s-sempliċi disposizzjoni tiegħu, dejjem jekk, it-tqegħid huwa għal skop ieħor barra li dak li għalih il-materjal kien oriġinarjament iddisinjat jew ikkostruwit, u jekk huwa skond id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni; u

(iii) għall-iskopijiet ta' l-Anness III, it-tħollija sħiħa jew parzjali fil-post ta' installazzjoni offshore li mhijiex użata jew ta' pajplajn offshore mhux użat, dejjem jekk din l-operazzjoni ssir skond id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni u ma' liġi internazzjonali rilevanti oħra.

(h) "Inċinerazzjoni" tfisser kull ħruq deliberat ta' rimi jew materjal ieħor fiż-żona marittima għall-għan tad-distruzzjoni termali tiegħu.

(i) "Inċinerazzjoni" ma tinkludix il-qerda termali ta' rimi jew materjal ieħor skond il-liġi internazzjonali applikabbli inċidentali għal, jew derivata mill-operazzjoni normali tal-bastimenti jew bċejjeċ ta' l-ajru, jew installazzjonijiet offshore ħlief id-distruzzjoni termali ta' rimi jew materjal ieħor fuq bastimenti jew bċejjeċ ta' l-ajru jew installazzjonijiet offshore għall-iskop tad-distruzzjoni termali tagħhom.

(j) "Attivitajiet offshore" ifissru attivitajiet li jsiru fiż-żona marittima għall-iskop ta' l-esplorazzjoni, l-użu u l-esplojtazzjoni ta' l-idrokarbonati likwidi jew f'forma ta' gass.

(k) "Għejun"offshore tfisser installazzjonijiet offshore u pajplajns offshore li minnhom sustanzi jew enerġija jilħqu ż-żona marittima.

(l) "Installazzjoni offshore" tfisser kull struttra magħmula mill-bniedem, impjant jew bastiment jew partijiet minnhom, kemm jekk galleġġanti jew imwaħħla ma' qiegħ il-baħar, impoġġija fiż-żona marittima għall-iskop ta' attivitajiet offshore.

(m) "Pajplajn offshore" tfisser kull pajplajn li tpoġġa fiż-żona marittima għall-iskop ta' attivitajiet offshore.

(n) "Bastimenti jew inġenji ta' l-ajru" tfisser vetturi ta' l-ilma jew ta' l-ajru ta' kwalunkwe tip, u l-partijiet u l-biċċiet tagħhom.. Din l-espressjoni tinkludi biċċiet li jaħdmu b'imħadda ta' arja, biċċiet li jifflowtjaw kemm jekk imexxu lilu infushom jew le, u strutturi oħrajn magħmulin mill-bniedem fiż-żona marittima u l-apparatat tagħhom, imma teskludi installazzjonijiet offshore jew pajplajns offshore.

(o) "Rimi jew materjal ieħor" ma tinkludix:

(i) rimi uman;

(ii) installazzjonijiet offshore;

(iii) pajplajns offshore;

(iv) ħut mhux proċessat jew skart tal-ħut mormi minn bastimenti tas-sajd.

(p) "Konvenzjoni" tfiiser, kemm-il darba t-test ma jindikax mod ieħor, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marittimu għall-Grigal ta' l-Atlantiku, l-Annessi u l-Appendiċijiet tagħha.

(q) "Il-Konvenzjoni ta' Oslo" tfiser il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni mit-Tinġis Marittimu minn Rimi minn Vapuri u Bċejjeċ ta' l-Ajru iffirmata f'Oslo fil-15 ta' Frar 1972, kif emendata mill-Protokolli tat-2 ta' Marzu 1983 u l-5 ta' Diċembru 1989.

(r) "Il-Konvenzjoni ta' Pariġi" tfissser il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni tat-Tinġis Marittimu minn Sorsi bbażati fuq l-Art, iffirmata f'Pariġi fl-4 ta' Ġunju 1974, kif emendata mill-Protokoll tas-26 ta' Marzu 1986.

(s) "Organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali" tfisser organizzazzjoni kostitwita minn Stati sovrani ta' reġjun partikolari li għandha l-kompetenza f'materjali maħkumin mill-Konvenzjoni u kienet awtorizzata kif meħtieġ, skond il-proċeduri interni tagħha, li tiffirma, tirratifika, taċċetta, tapprova jew taderixxi mal-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Obbligazzjonijiet ġenerali

1. (a) Il-Partijiet Kontraenti għandhom, skond id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, jieħdu l-passsi kollha possibbli biex jipprevjenu u jeliminaw it-tinġis u għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jipproteġu ż-żona maritttima kontra l-effetti ħżiena ta' l-attivitajiet umani sabiex jissalvagwardjaw saħħet il-bniedem u biex jikkonservaw l-ekosistemi marittimi u, fejn huwa prattikabbli, jirrestawraw in-naħat marittimi li kienu affettwati ħażin.

(b) Għal dan l-iskop il-Partijiet Kontraenti għandhom, individwalment jew flimkien, jadottaw programmi u miżuri u għandhom jarmonizzaw il-politiċi u l-istrateġiji tagħhom.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw:

(a) il-prinċipju prekawzjonarju, li permezz tiegħu miżuri preventivi għandhom jittieħdu fejn hemm raġunijiet validi għal tħassib li sustanzi jew enerġija introdotta, direttament jew indirettament, fl-ambjent marittimu tista' twassal għal ħsara għal saħħet il-bniedem, tħassar risorsi ħajjin u ekosistemi marittimi, tħassar kumditajiet jew tinterferixxi ma' użi oħrajn leġittimi tal-baħar, anke meta ma hemmx evidenza konklusiva ta' relazzjoni kawżali bejn dak li ddaħħal u l-effetti tiegħu;

(b) il-prinċipju li min Iħassar Iħallas, li permezz tiegħu l-ispejjeż tal-prevenzjoni tat-tniġġis, tal-miżuri tal-kontroll u tar-riduzzjoni għandhom jinġarru minn min iniġġes.

3. (a) Fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, il-Prtijiet Kontraenti għandhom jadottaw programmi u miżuri li jinkudu, fejn meħtieġ, limiti ta' ħin għat-tkomplija tagħhom u li jikkunsidraw bis-sħiħ l-użu ta' l-aħħar żviluppi u prattiċi teknoloġiċi iddisinjati bviex jipprevjenu u jeliminaw għal kollox it-tinġis.

(b) Għal dan l-iskop huma għandhom:

(i) jieħdu kont tal-kriterji li hemm fl-Appendiċi 1, u jiddefinixxu fjen jidħlu programmi u miżuri l-applikazzjoni ta', inter alia:

- l-aħjar metodi tekniċi disponbbli,

- l-aħjar prattika ambjentali,

inkluża, fejn hija xierqa, teknoloġija nadifa;

(ii) fl-Iżvolġiment ta' dawn il-programmi u miżuri, jassiguraw l-applikazzjoni ta' l-aħjar metodi tekniċi disponibbli u l-aħjar prattika ambjentali kif hekk definiti, inkluża, fejn huwa xieraq, teknoloġija nadifa.

4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw l-miżuri adottati b'mod li jipprevjenu żieda fit-tinġis tal-baħar barra miż-żona marittima jew f'partijiet oħrajn ta' l-ambjent.

5. L-ebda disposizzjoni tal-Konvenzjoni ma għandha tiġi interpretata li qiegħda tipprevjeni lill-Partijiet Kontraenti milli jieħdu, individwalment jew flimkien, miżuri aktar stretti dwar il-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tat-tinġis fiż-żona marittima jew dwar il-protezzjoni taż-żona marittima kontra l-effetti ħżiena ta' attivitajiet il-bniedem.

Artikolu 3

Tinġis minn għejun ibbażati fuq l-art

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu, individwalment jew flimkien, kull pass possibbli biex jipprevjenu u jeliminaw tinġis minn sorsi bbażati fuq l-art skond id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, partikolarment kif ipprovdut fl-Anness I.

Artikolu 4

Tinġis minn rimi jew inċinerazzjoni

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu, individwalment jew flimkien, il-pasi kollha possibbli biex jipprevjenu u jeliminaw tinġis minn rimi jew inċinerazzjoni ta' fdalijiet jew materjal ieħor skond id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, partikolarment kif ipprovdut fl-Anness II.

Artikolu 5

Tinġis minn sorsi offshore

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu, individwalment jew flimkien, il-pasi kollha possibbli biex jipprevjenu u jeliminaw tinġis minn sorsi offshore skond id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, partikolarment kif ipprovdut fl-Anness III.

Artikolu 6

Eżami tal-kwalità ta' l-ambjent marittimu

Il-Partijiet Kontraenti għandhom, skond id-disosizzjonijiet tal-Konvenzjoni, partikolarment kif ipprovdut fl-Anness IV:

(a) jagħmlu u jippubblikaw f'intervalli regolari eżamijiet konġunti ta' l-istatus tal-kwalità ta' l-ambent marittimu u ta' l-Iżvilupp tiegħu, għaż-żona maritima jew għar-reġjuni jew subreġuni tiegħu;

(b) jinkludu f'dawn l-eżamijiet kemm evalwazzjoni ta' l-effettività tal-miżuri meħudin u ppjanati għall-protezzjoni ta' l-ambjent marittimu u l-identifikazzjoni ta' prijoritajiet fl-azzjoni.

Artikolu 7

Tinġis minn għejun oħrajn

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw biex jadottaw l-Annessi, flimkien ma' l-Annessi msemmijin fl-Artikoli 3,4, 5 u 6, li jippreskrivu miżuri, proċeduri u standards biex jipproteġu ż-żona marittima kontra t-tinġis minn sorsi oħrajn, sakemm dan it-tinġis mhuwiex diġà s-suġġett ta' miżuri effettivi maqbulin minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn jew preskritti minn konvenzjonijiet internazzjonali oħrajn.

Artikolu 8

Riċerka xjentifika u teknika

1. Sabiex ikabbru l-iskopijiet tal-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu programmi kumplimentari jew konġunti għal riċerka xjentifika jew teknika u, skond proċedura standard, jittrasmettu lill-Kummissjoni:

(a) ir-riżultati kumplimentari, konġunti jew ta' riċerka rilevanti oħra;

(b) id-dettalji ta' programmi oħrajn rilevanti ta' riċerka xjentifika jew teknika.

2. Fl-għemil ta' dan, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkunsidraw ix-xogħol li sar, f'dawn in-naħat, minn organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji rilevanti.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom huma obbligati li jipprovdu aċċess għall-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu lil kull persuna naturali jew legali, għal domanda ta' talba, mingħajr ma dik il-persuna għandha tipprova interess, mingħajr spejjeż mhux raġonevoli, kemm jista' jkun malajr u l-aktar tard fi żmien xahrejn.

2. L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hija kull informazzjoni disponibbli f'forma miktuba, viżwali, orali jew ta' database fuq l-istat taż-żona marittima, fuq attivitajiet jew miżuri li jaffettwaw ħażin jew li jistgħu jaffettwawha ħażin u fuq attivitajiet jew miżuri introdotti bi qbil ma' din il-Konvenzjoni.

3. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Partijiet Kontraenti, skond is-sitemi legali nazzjonali tagħhom u r-regolamenti internazzjonali applikabbli, li jipprovdu li talba għal informazzjoni bħal din tiġi rifjutata fejn taffettwa:

(a) il-kunfidenzalità tal-proċeduri ta' awtoritajiet pubbliċi, relazzjonijiet internazzjonali u difiża nazzjonali;

(b) is-sigurtà pubblika;

(ċ) materjal li huwa, jew li kien, sub jidice, jew taħt inkjesta (inklużi tiftixiet dixxiplinarji), jew li huwa s-suġġett ta' proċeduri investigattivi preliminari;

(d) il-kunfidenzalità kummerċjali jew industrijali, inkluża l-proprjetà intellettwali;

(e) il-kunfidenzjlaità ta' data u/jew fajls personali;

(f) materjal li ssupplixxietu terza parti mingħajr dk il-parti ma kienet obbligata lgalment li tagħmel hekk;

(g) materjal, li l-pubblikazzjoni tiegħu tagħmilha aktar faċli li l-ambjent li huwa relatat miegħu jista' jitħassar.

4. Ir-raġunijiet għan-negazzjoni ta' l-informazzjoni rikjesta għandhom jingħataw.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni

1. Kummissjoni, magħmula mir-rappreżentanti ta' kull Parti Kontraenti, hija hawnhekk stabbilita. Il-Kummissjoni għandha tiltaqa' f'intervalli regolari u f'kull ħin meta, minħabba ċirkustanzi speċjali, ikun deċiż hekk skond ir-Regoli tal-Proċedura.

2. Għandu jkun id-dover tal-Kummissjoni:

(a) li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni;

(b) ġeneralment li tirrevedi l-kondizzjoni taż-żona marittima, l-effettività tal-miżuri li qegħdin jiġu adottati, il-prijoritajiet u l-ħtiġiet għal miżuri addizzjonali jew differenti;

(ċ) li tipprepara, skond l-Obbligazzjonijiet Ġenerali tal-Konvenzjoni, programmi u miżuri għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tat-tinġis u għall-kontroll ta' l-attivitajiet li jistgħu, direttament jew indirettament, jaffettwaw ħażin iż-żona marittima; dawn il-programmi u miżuri jistgħu, fejn huwa meħtieġ, jinkludu strumenti ekonomiċi;

(d) li tistabbilixxi f'intervalli regolari l-programm tagħha ta' ħidma;

(e) li twaqqaf korpi sussidjarji li taħseb li huma meħtieġa u li tiddefinixxi t-termini ta' refernza tagħhom;

(f) li tikkunsidra u, fejn xieraq, tadotta proposti għall-emendar tal-Konvenzjoni skond l-Artikoli 15, 16, 17, 18, 19 u 27;

(g) li taqdi l-funzjonijiet konfereiti bl-Artikoli 21 u 23 u funzjonijiet oħrajn li jkunu meħtieġa skond it-termini tal-Konvenzjoni.

3. Għal dawn l-iskopijiet il-Kummissjoni tista', inter alia, tadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet skond l-Artikolu 13.

4. Il-Kummisjoni għandha tfassal ir-Regoli tal-Proċedura tagħha li għandhom jiġu adottati b'vot unanimu tal-Partijiet Kontraenti.

5. Il-Kummissjoni għandha tfassal ir-Regolamenti Finanzjarji li għandhom jiġu adottati b'vot unanimu tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 11

L-osservaturi

1. Il-Kummissjoni tista', b'vot unanimu tal-Partijiet Kontraenti, tiddeċiedi li ddaħħal bħala osservatur:

(a) lil kull Stat li mhuwiex Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni;

(b) kull organizzazzjoni governattiva jew non-governattiva internazzjonali li l-attivitajiet tagħha huma relatati mal-Konvenzjoni.

2. Dawn l-osservaturi jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kummissjoni imma mingħajr id-dritt tal-vot u jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni kull informazzjoni jew rapporti rilevanti għall-iskopijiet tal-Konvenzjoni.

3. Il-kondizzjonijiet għad-dħul u l-parteċipazzjoni ta' l-osservaturi għandhom jiġu stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni.

Artikolu 12

Is-Segretarjat

1. Segretarjat permanenti huwa hawnhekk stabbilit.

2. Il-Kummissjoni għandha taħtar SEgretarju Esekuttiv u tiddetermina d-doveri ta' dan ix-xogħol u t-termini u l-kondizzjonijiet li fuqhom għandu jkun mibni.

3. Is-Segretarju Esekuttiv għandu jaqdi l-funzjonijiet li huma neċessarji għall-amministrazzjoni tal-Konvenzjoni u għax-xogħol tal-Kummissjoni kif ukoll xogħol ieħor afdat lis-Segretarju Esekuttiv mill-Kummissjoni skond ir-Regoli tal-Proċedura u r-Regolamenti Finanzjarji tagħha.

Artikolu 13

Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1. Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu adottati b'vot unanimu tal-Partijiet Kontraenti. Jekk l-unanimità ma tkunx tista' tintlaħaq, u jekk ma huwiex ipprovdut mod Iħor mill-Konvenzjoni, il-Kummissjoni xorta tista' tadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet b'vot maġġortarju ta' tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti.

2. Deċiżjoni tkun vinkolanti wara li jgħaddu 200 ġurnata mill-adozzjoni tagħha għal dawk il-Partijiet Kontraenti li vvutaw għaliha u li f'dak il-perjodu ma nnotifikawx lis-Segretarju Esekuttiv bil-miktub li ma jistgħux jaċċettaw id-deċiżjoni, dejjem jekk meta jgħadi dak il-perjodu tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti ikunu jew ivvutaw għad-deċiżjoni jew ma rtirawx l-aċċettazzjoni tagħhom jew innotifikaw lis-Segretarju Esekuttiv bil-miktub li huma ma jistgħux jaċettaw id-deċiżjoni. Din id-deċiżjoni ssir vinkolanti għal kull Parti Kontraenti li nnotifikat lis-Segretarju Esekuttiv bil-miktub li hija tista' taċċetta d-deċiżjoni għall-mument ta' dik in-notifika jew wara li jgħaddi l-perjodu ta' 200 ġurnata mill-adozzjoni tad-deċiżjoni, skond liema jkun l-aktar tard.

3. Notifika skond paragrafu 2 ta' dan l-Artiklu lis-Segretarju Eżekuttiv tista' tindika li Parti Kontraenti ma tistax taċċetta deċiżjoni fir-rabta tagħha ma' wieħed jew aktar mit-territorji dipendenti jew awtonomi tagħha li għalihom tapplika l-Konvenzjoni.

4. Id-deċiżjonijiet kollha adottati mill-Kummissjoni għandhom, fejn huwa meħtieġ, jinkludud disposizzjonijiet li jispeċifikaw l-iskeda tal-ħin li permezz tagħha se tiġi implimentata d-deċiżjoni.

5. Ir-rakkomandazzjonijiet ma għandu jkollhom l-ebda saħħa vinkolanti.

6. Deċiżjonijiet li jikkonċernaw kwalunkwe l-Anness jew Appendiċi għandhom jittieħdu biss mill-Partijiet Kontraenti li huma marbutin bl-Anness jew Appendiċi konċernat.

Artikolu 14

L-Istatus ta' l-Annessi u l-Appendeċijiet

1. L-Annessi u l-Apppendiċijiet jifformaw parti integrali mill-Konvenzjoni.

2. L-Appendiċijiet għandhom ikunu ta' natura xjentifika, teknika jew amministrattiva.

Artikolu 15

Emendar tal-Konvenzjoni

1. Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' l-Artiklu 27 u għal disposizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-adozzjoni jew emendar ta' l-Annessi jew Appendiċijiet, emenda lill-Konvenzjoni għandha taqa' taħt l-Artikolu preżenti.

2. Kull Parti Kontraenti tista' tipproponi emenda għall-Konvenzjoni. It-test ta' l-emenda proposta għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet Kontraenti mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni ta' l-inqas sitt xhur qabel il-laqgħa tal-Kummissjoni li fiha jkun propost għall-adozzjoni. Is-Segretarju Eżekuttiv għandu wkoll jikkomunika l-emenda proposta lill-firmatarji tal-Konvenzjoni bħala informazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emenda b'vot unamimu tal-Partijiet Kontraenti.

4. L-emenda adottata għandha tkun sottomessa mill-Gvern Depositarju lill-Partijiet Kontraenti għar-ratifikazzjoni, aċċettazzjoni u approvazzjoni. Ir-ratifikazzjoni, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni ta' l-emenda għandha tkun notifikata mill-Gvern Depositarju bil-miktub.

5. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ għal-dawk il-Partijiet Kontraenti li rratifikawha, aċċettawha jew approvawha fit-30 ġurnata wara l-irċevuta mill-Gvern Depositarju tan-notifika tar-ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tagħha ta' l-inqas minn seba' Partijiet Kontraenti. Wara dan l-emenda għandha tidħol fis-seħħ għal kull Parti Kontraenti oħra fit-30 ġurnata minn wara li dik il-Parti Kontraenti tkun iddepożitat l-istrumenti tar-ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni ta' l-emenda.

Artikolu 16

L-adozzjoni ta' l-Annessi

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 marbutin ma' l-emendar tal-Konvenzjoni għandhom japplikaw ukoll għall-proposta, l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ ta' l-Anness għall-Konvenzjoni, ħlief jekk il-Kummissjoni tadotta kwalunkwe l-Anness li hemm referenza għalih fl-Artikolu 7 b'vot maġġoritarju ta' tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 17

L-emendar ta' l-Annessi

1. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 relatati ma' l-emendar tal-Konvenzjoni għandhom japplikaw ukoll għall-emendar ta' l-Annessi tal-Konvenzjoni, ħlief jekk il-Kummissjoni tadotta emendi għal l-Anness li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 3, 4, 5, 6 jew 7 b'vot maġġoritarju ta' żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti marbutin b'dak l-Anness.

2. Jekk l-emenda għal l-Anness hija relatata ma' emenda għall-Konvenzjoni, l-emenda ta' l-Anness għandha taqa' taħt l-istess disposizzjonijiet li japplikaw għall-emenda tal-Konvenzjoni.

Artikolu 18

L-adozzjoni ta' Appendiċijiet

1. Jekk Appendiċi propost huwa relatat ma' emenda għall-Konvenzjoni jew għal l-Anness, propost għall-adozzjoni skond l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 17, il-proposta, adozzjoni jew dħul fis-seħħ ta' dak l-Appendiċi għandha taqa' taħt l-istess disposizzjonijiet li japplikaw għall-proposta, l-adozzjoni jew id-dħul fis-seħħ ta' dik l-emenda.

2. Jekk Appendiċi propost huwa relatat ma' l-Anness għall-Konvenzjoni, propost għall-adozzjoni skond l-Artikolu 16, il-proposta, l-adozzjoni jew id-dħul fis-seħħ ta' dak l-Appendiċi għandhom jaqgħu taħt l-istess disposizzjonijiet li japplikaw għall-proposta, l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ ta' dak l-Anness.

Artikolu 19

L-emendar ta' Appendiċijiet

1. Kull Parti Kontraenti marbuta ma' Appendiċi tista' tipproponi emenda għal dak l-Appendiċi. It-test ta' l-emenda proposta għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet Kontraenti kollha tal-Konvenzjoni mis-Segretaju Eżekuttiv tal-Kummissjoni kif ipprovdut fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 15.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emenda għal Appendiċi b'vot maġġoritarju ta' tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti marbutin b'dak l-Anness.

3. Emenda għal Appendiċi għandha tidħol fis-seħħ wara li jkun għadda l-perjodu ta' 200 ġurnata wara l-adozzjoni tagħha minn dawk il-Partijiet Kontraenti li huma marbutin b'dak l-Appendiċi u li f'dak il-perjodu ma nnotifikawx lill-Gvern Depositarju bil-miktub li huma ma jistgħux jaċċettaw dik l-emenda, dejjem jekk meta jgħaddi dak il-perjodu tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti marbutin b'dak l-Appendiċi jkunu vvutaw favur l-emenda uma irtirawx l-aċċettazzjoni tagħhom jew innotifikaw lill-Gvern Depositarju bil-miktub li huma jistgħu jaċċettaw l-emenda.

4. Notifika taħt paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu lill-Gvern Depositarju tista' tindika li Parti Kontraenti ma tistax taċċetta emenda safejn din tirrelata ma' wieħed jew aktar mit-territorji dipendenti jew awtonomi tagħha li għalihom tapplika l-Konvenzjoni.

5. Emenda għal Appendiċi ssir vinkolanti fuq kull Parti Kontraenti oħra marbuta b'dak l-Appendiċi li nnotifikat lill-Gvern Depositarju bil-miktub li hija tista' taċċetta l-emenda mill-mument ta' dik in-notifika jew wara li jgħaddi l-perjodu ta' 200 ġurnata wara l-adozzjoni ta' l-emenda, skond liema waħda minnhom tkun l-aktar tard.

6. Il-Gvern Depositarju għandu mingħajr dewmien jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti kollha b'kull notifika bħal din li jirċievi.

7. Jekk l-emenda għal Appendiċi hija relatata ma' emenda għall-Konvenzjoni jew għal l-Anness, l-emenda għall-Appendiċi għandha taqa' taħt l-istes disposizzjonijiet li japplikaw għall-emenda għall-Konvenzjoni jew dak l-Anness.

Artikolu 20

Id-dritt għall-vot

1. Kull Parti Kontraenti għandha jkollha vot wieħed fil-Kummissjoni.

2. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Komunità Ewropea u organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali, fi ħdan iż-żoni tal-kompetenza tagħhom, huma intitolati għal numru ta' voti ugwali għan-numru ta' l-Istati Membri tagħhom li huma Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni. Dawk l-organizzazzjonijiet ma għandhomx jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw f'każi fejn l-Istati Membri tagħhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom u viċe versa.

Artikolu 21

Tinġis bejn il-fruntieri

1. Meta tinġis li joriġina minn Parti Kontraenti x'aktarx se jippreġudika l-interessi ta' Parti jew Partijiet Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti ikkonċernati għandhom jikkonsultaw, fuq rikjesta ta' waħda minnhom, bil-għan li jiġi nnegozjat arranġament ta' koperazzjoni.

2. Wara t-talba ta' kwalunkwe Parti Kontraenti kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kwistjoni u tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet bil-għan li tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti.

3. Qbil li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista', inter alia, jiddefinixxi ż-żoni li għalihom għandu japplika, l-għanijiet kwalitattivi li għandhom jintlaħqu u l-metodi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, inklużi metodi għall-applikazzjoni ta' standards xierqa u l-informazzjoni xjentifika u teknika li għandha tinġabar.

4. Il-Partijiet Kontraenti firmatarji għal dan il-qbil għandhom, permezz tal-midjum tal-Kummissjoni, jinformaw lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn b'dak li jinludi u bil-progress milħuq meta jibda jitħaddem.

Artikolu 22

L-irrappurtar lill-Kummissjoni

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni f'intervalli regolari dwar:

(a) il-miżuri legali, regolatorji u oħrajn meħudin minnhom għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni u dwar deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet adotatti taħtha, inklużi partikolarment miżuri meħudin biex jipprevjenu u jikkastigaw kondotta f'kontravenzjoni ma' dawn id-disposizzjonijiet;

(b) l-effettività tal-miżuri li hemm referenza għalihom fis-subparagrafu (a) ta' dan l-Artikolu;

(ċ) problemi li ltaqgħu magħhom fl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet li hemm refernza għalihom fis-subparagrafu (a) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 23

Il-Konformità

Il-Kummissjoni għandha:

(a) fuq il-bażi tar-rapporti perjodiċi li hemm refernza għalihom fl-Artikolu 22 u kwalunkwe rapport ieħor sottomess mill-Partijiet Kontraenti, teżamina l-konformità tagħhom mal-Konvenzjoni u d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ħadu taħtha u magħha;

(b) fejn huwa xieraq, tiddeċiedi u titlob li jittieħdu passi biex tintlaħaq konformità sħiħa mal-Konvenzjoni, u deċiżjonijiet li ttieħdu taħtha, u biex tippromovi l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet, inklużi miżuri biex tassisti Parti Kontraenti biex twettaq l-obbligi tagħha.

Artikolu 24

Ir-reġjonalizzazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li kwalunkwe deċiżjoni jew rakkomandazzjoni adottata minnha tapplika għal kull, jew għal parti speċifika minn, taż-żona marittima u tista' tipprovdi skedi ta' ħin differenti li għandhom jiġu applikati, billi tikkunsidra d-differenzi ekoloġiċi u l-kondizzjonijiet ekonomiċi fid-diversi reġjuni u subreġjuni li jaqgħu taħt il-Konevzjoni.

Artikolu 25

L-iffirmar

Il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-iffirmar f'Pariġi fit-22 ta' Settembru 1992 sat-30 ta' Ġunju 1993 minn:

(a) il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Oslo jew tal-Konvenzjoni ta' Pariġi;

(b) kull Stat ieħor li jmiss mal-kosta li għandu fruntieri ma' żna marittima;

(ċ) kull Stat li jinsab lil hinn mill-baħar imma ma' ilmijiet li jaslu sa żona marittima;

(d) kull organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li għandha ta' l-inqas membru Stat wieħed li għalih japplikaw is-subparagrafi (a) sa (ċ) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 26

Ir-ratifikazzjoni, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni

Din il-Konvenzjoni għandha tkun suġġetta għal ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. L-istrumenti tar-ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom ikunu depożitati mal-Gvern tar-Repubblika Franċiża.

Artikolu 27

L-adeżjonijiet

1. Wara Ġunju 1993, il-Konvenzjoni se tkun miftuħa għall-adeżjoni mill-Istati u organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li hemm refernza għalihom fl-Artikolu 25.

2. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu unanimanent jistiednu Stati jew organizzazzjonijet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li ma hemmx refernza għalihom fl-Artikolu 25 biex jaderixxu mal-Konvenzjoni. Fil-każ ta' adeżjoni bħal din, id-definizzjoni ta' żona marittima għandha, jekk ikun neċessarju, tiġi emendata b'deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata b'vot unanimu tal-Partijiet Kontraenti. Kull emenda bħal din għandha tidħol fis-seħħ wara approvazzjoni unanima mill-Partijiet Kontraenti kollha fit-30 ġurnata wara l-irċevuta ta' l-aħħar notifika mill-Gvern Depositarju.

3. Kull adeżjoni bħal din għandha torbot mal-Konvenzjoni inklużi kull l-Anness u kull Appendiċi li kien adottati sad-data ta' din l-adeżjoni, ħlief fejn l-istrument ta' l-adeżjoni jinkludi dikjarazzjoni ċara ta' non-aċċettazzjoni ta' wieħed jew aktar l-Annessi barra l-Annessi I, II, III u IV.

4. L-istrumenti ta' l-adeżjoni għandhom jiġu depositati mal-Gvern tar-Repubblika Franċiża.

Artikolu 28

Ir-riservi

Ma jistgħu jsiru l-ebda riservi għal din il-Konvenzjoni.

Artikolu 29

Id-dħul fis-seħħ

1. Il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ġurnata wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Oslo u l-Partijet Kontraenti kollha għall-Konvenzjoni ta' Pariġi jkunu ddepożitaw l-istrumenti tar-ratifkazzjoni, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni.

2. Għal kull Stat jew organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali li ma hemmx refernza għalihom fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew fit-30 ġurnata wara d-data tad-depositu ta' l-istrument tar-ratifikazzjoni, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni minn dak l-istat jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali, skond liema jkun l-aktar tard.

Artikolu 30

L-irtirar

1. Fi kwalunkwe ħin wara li jkunu għaddew sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni għal Parti Kontraenti, dik il-Parti Kontraenti tista' tirtira mill-Konvenzjoni b'notifika bil-miktub lill-Gvern Depositarju.

2. Ħlief jekk ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'L-Anness li ma huwiex l-Annessi I sa IV tal-Konvenzjoni, kull Parti Kontraenti tista' fi kwalunkwe ħin wara li jgħaddu sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak l-Anness għal dik il-Parti Kontraenti tirtira minn dak l-Anness b'notifika bil-miktub lill-Gvern Depositarju.

3. Kull irtirar li hemm refernza għalih fil-paragrafi 1 u 2 f'dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ sena wara d-data li minnha n-notifika ta' dak l-irtirar tkun irċevuta mill-Gvern Depositarju.

Artikolu 31

Is-sostituzzjoni tal-Konvenzjonijiet ta' Oslo u ta' Pariġi

1. Mad-dħul fis-seħħ tagħha l-Konvenzjoni għandha tissostitwixxi l-Konvenzjonijiet ta' Oslo u ta' Pariġi għall-Partijiet Kontraenti.

2. Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Arikolu, deċiżjonijiet, rakkmandazzjonijiet u kull qbil ieħor adottat taħt il-Konvenzjoni ta' Oslo jew il-Konvenzjoni ta' Pariġi għandhom jkompli jkun applikabbli, u mhux mibdula fin-natura legali tagħhom, sakemm ikunu kompatibbli ma', jew espliċitament mitmumin minn, il-Konvenzjoni, kwalunkwe deċiżjonijiet jew, fil-każ ta' rakkomandazzjonijiet eżistenti, kwalunkwe rakkomandazzjonijiet li jaqgħu taħtha.

Artikolu 32

Is-soluzzjoni għal kwistjonijiet

1. Kull kwistjoni bejn il-Partijiet Kontraenti relatata ma' l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Konveznjoni, li ma tistax tissolva mod ieħor mill-Partijiet Kontraenti konċernati, bħala eżempju permezz ta' inkjesta jew konċiljazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni, għandha fuq talba ta' waħda mill-partijiet Kontraenti, tkun sottomessa għall-arbitraġġ skond il-kondizzjonijiet li jinsabu f'dan l-Artikolu.

2. Kemm-il darba il-partijiet fil-kwistjoni ma jiddeċidux mod ieħor, il-proċedura ta' l-arbitraġġ li hemm refernza għaliha fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun skond il-paragrafi 3 sa 10 ta' dan l-Artikolu.

3. (a) Fuq it-talba indiriizata minn waħda mill-Partijiet Kontraenti lil Parti Kontraenti oħra skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandu jitwaqqaf tribunal ta' l-arbitraġġ. It-talba għall-arbitraġġ għandha tinkludi s-suġġett ta' l-applikazzjoni inklużi partikolarment l-Artikoli tal-Konvenzjoni, l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni li huma parti mill-kwistjoni.

(b) Il-parti applikanti għandha tinforma lill-Kummissjoni li hija talbet li jitwaqqaf tribunal ta' l-arbitraġġ, tagħti l-isem tal-parti l-oħra fil-kwistjoni u l-Artikoli tal-Konvenzjoni li l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tagħhom, fl-opinjoni tagħha, huma parti mill-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni li rċeviet b'dan il-mod lill-Partijiet Kontraenti kollha tal-Konvenzjoni.

4. It-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jkun magħmul minn tliet membri: kull parti fil-kwistjoni għandha tappunta arbitratur; iż-żewġ arbitraturi hekk appuntati għandhom bi qbil komuni jagħżlu t-tielet arbitratur li għandu jkun il-president tat-tribunal. Dan ta' l-aħħar ma għandux ikun ċittadin ta' waħda mill-partijiet fil-kwistjoni, u lanqas ma għandu jkollu l-post regolari tar-residenza tiegħu fit-territorju ta' waħda mill-partijiet, lanqas ma għandu jkun impjegat minn waħda minnhom, u lanqas ma għandu jkollu x'jaqsam mal-każ qabel f'xi kapaċità oħra.

5. (a) Jekk il-prsedient tat-tribunal ta' l-arbitraġġ ma jkunx ingħażel fi żmien xahrejn minn meta nħatar it-tieni arbitratur, il-President Tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għandu, fuq it-talba ta' waħda mill-partijiet, jagħżlu fi żmien xahrejn oħra.

(b) Jekk waħda mill-partijiet fil-kwsitjoni ma tappuntax arbitratur fi żmien xahrejn mir-riċevuta tat-talba biex tagħmel hekk, il-parti l-oħra tista' tinforma lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja li għandu jagħżel il-prseident tal-tribunal ta' l-arbitraġġ fi żmien perjodu ta' xahrejn oħra. Mal-ħatra tiegħu, il-president tat-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jitlob lill-parti li ma appuntatx arbitratur biex tagħmel hekk fi żmien xahrejn. Wara dan il-perjodu, huwa għandu jinforma lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja li għandu jagħti dan l-appuntament fi żmien xahrejn oħra.

6. (a) It-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jiddeċiedi skond ir-regoli tal-liġi internazzjonali u, partikolarment, dawk tal-Konvenzjoni.

(b) Kull tribunal ta' l-arbitraġġ kostitwit taħt id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandu jipprepara r-regoli tal-proċedura tiegħu.

(ċ) Fil-każ ta' kwistjoni jekk it-tribunal ta' l-arbitraġġ għandux ġurisdizzjoni, il-kwistjoni għandha tinqata' b'deċiżjoni tat-tribunal ta' l-arbitraġġ.

7. (a) Id-deċiżjonijiet tat-tribunal ta' l-arbitraġġ, kemm fil-proċedura kif ukoll fis-sustanza, għandhom isiru b'vot maġġoritarju tal-membri tiegħu.

(b) It-tribunal ta' l-arbitraġġ jista' jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-fatti. Huwa jista', wara t-talba ta' waħda mill-partijiet, jirrakkomanda miżuri interim essenzali għall-protezzjoni.

(ċ) Jekk tnejn jew aktar tribunali ta' l-arbitraġġ kostitwiti skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jinstabu mgħobbijin b'talbiet identiċi jew fuq suġġetti simili, huma jistgħu jinfurmaw lilhom infushom bil-proċeduri biex jiġu stabbiliti l-fatti u jiħduhom kemm jistgħu fil-kunsiderazzjoni tagħhom.

(d) Il-partijiet fil-kwistjoni għandhom jipprovdu l-faċilitajiet kollha neċessarji għall-kondotta effettiva tal-proċeduri.

(e) L-assenza jew in-nuqqas ta' parti fil-kwistjoni ma għandhiex tkun ta' impediment għall-proċeduri.

8. Jekk kemm-il darba it-tribunal ta' l-arbitraġġ ma jiddeterminax mod ieħor minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, l-ispejjeż tat-tribunal, inkluża r-remunerazzjoni tal-mebri tiegħu, għandha tinġarr mill-partijiet fil-kwistjoni ugwalment bejniethom. it-tribunal għandu jżomm rekord ta' l-ispejjeż kollha tiegħu, u għandu jrodd stqarrija finali tagħhom lill-partijiet.

9. Kull Parti Kontraenti li għandha interess ta' natura legali fis-suġġett tal-kwistjoni u li tista' tkun affettwata bid-deċiżjoni tal-każ, tista' tintervjeni fil-proċeduri bil-kunsens tat-tribunal.

10. (a) Is-sentenza tat-tribunal ta' l-arbitraġġ għandha tkun akkumpanjata bi stqarrija li toffri r-raġunijiet. Hija tkun finali u vinkolanti fuq il-partijiet fil-kwistjoni.

(b) Kull kwistjoni li tista' tqum bejn il-partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-eżekuzzjoni tas-sentenza tista' tiġi sottomessa min kull parti lit-tribunal ta' l-arbitraġġ li ta s-sentenza jew, jekk dan ta' l-aħħar ma jistax jagħmel hekk, lil tribunal ta' l-arbitraġġ ieħor ikkostitwit għal dan l-iskop bl-istess manjiera bħal ta' l-ewwel wieħed.

Artikolu 33

Id-doveri tal-Gvern Depositarju

Il-Gvern Depositarju għandu jinforma lill-Partijiet Kontraenti u lill-firmatarji tal-Konvenzjoni:

(a) bid-depositu ta' strumenti ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni u adeżjoni, b'dikjarazzjonijiet ta' non-aċċettazzjoni u b'notifiki ta' rtirar skond l-Artikoli 26, 27 u 30;

(b) bid-data li fiha l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 29;

(ċ) bl-irċevuta ta' notifiki ta' aċċettazzjoni, bid-depositu ta' strumenti ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni u bid-dħul fis-seħħ ta' emendi tal-Konvenzjoni bl-adozzjoni u l-emendar ta' l-Annessi u l-Appendiċi, skond l-Artikoli 15, 16, 17, 18 u 19.

Artikolu 34

It-test oriġinali

L-oriġinal tal-Konvenzjoni, li għalih it-testi bil-Franċiż u bl-Ingliż għandhom ikunu ugwalment awtentiċi, għandhom ikunu depożitati mal-Gvern tar-Repubblika Franċiża li għandu jibgħat kopji ċertifikati tagħhom lill-Partijiet Kontarenti u lill-firmatarji tal-Konvenzjoni u li għandu jiddepożita kopja ċertifikata mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

B'XHUD TA' DAN, l-hawn taħt iffirmati, wara li ġew awtorizzati mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw din il-Konvenzjoni.

Magħmula f'Pariġi, fit-tnejn u għoxrin ġurnata ta' Settembru 1992.

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-PREVENZJONI U L-ELIMINAZZJONI TAT-TINĠIS MINN SORSI BBAŻATI FUQ L-ART

Artikolu 1

1. Meta jadottaw programmi u miżuri għall-iskop a' dan l-Anness, il-Partijiet Kontraenti għandu jkollhom, individwalment jew flimkien, l-użu ta':

- l-aħjar metodi tekniċi possibbli għal sorsi llokati,

- l-aħajar prattika ambejntali għal sorsi llokati u diffużi,

inkluż, fejn xieraq, teknoloġija nadifa.

2. Meta jwaqqfu prijoritajiet u fl-assessjar tan-natura u l-estent tal-programmi u l-miżuri u l-iskali ta' ħin għalihom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw il-kriterji li jingħataw fl-Appendiċi 2.

3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu miżuri preventivi biex jiminimizzaw ir-riskju ta' tinġis ikkawżat minn aċċidenti.

4. Meta jadottaw programmi u miżuri f'relazzjoni ma' sustanzi radjoattivi, inkluż rimi ta' dan it-tip, il-Partijiet Kontraenti għandhom ukoll jikkunsidraw:

(a) ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet u aġenziji internazzjonali xierqa;

(b) il-proċeduri ta' monitoraġġ rakkomandati minn dawn l-organizzazzjonijiet u aġenziji internazzjonali.

Artikolu 2

1. Rimi fiż-żona marittima minn sorsi llokati, u telqien fl-ilma jew fl-arja li jilħaq jew jista' jaffettwa ż-żona marittima, għandu jkun strettament suġġett għall-awtorizzazzjoni u r-regolazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti. Din l-awtorizzazzjoni jew regolazzjoni għandha, partikolarment, timplimenta deċiżjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni li huma vinkolanti fuq il-Partijiet Kontraenti.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu għal sistema ta' monitoraġġ regolari u ispezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jeżaminaw il-qbil ma' l-awtorizzazzjonijiet u r-regolazzjonijiet tat-tluq fl-ilma jew fl-arja.

Artikolu 3

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness, għandu, inter alia, jkun id-dover tal-Kummissjoni li tlesti:

(a) pjanijiet għar-riduzzjoni u l-eliminar bil-mod il-mod ta' sustanzi li huma tossiċi, persistenti u li x'aktarx iwasslu għal bioakkumulazzjoni u li jinsabu f'sorsi bbażati fuq l-art;

(b) fejn huwa xieraq, programmi u miżuri għar-riduzzjoni ta' dħul ta' nutrijenti minn sorsi urbani, muniċipjali, industrijali, agrikoli u oħrajn.

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-PREVENZJONI U L-ELIMINAZZJONI TAT-TINĠIS PERMEZZ TA' RIMI JEW INĊINERAZZJONI

Artikolu 1

Dan l-Anness ma għandux japplika għal rimi deliberat fiż-żona marittima ta':

(a) skart jew materjal ieħor minn installazzjonijiet offshore;

(b) installazzjonijiet offshore u pajplajns offshore.

Artikolu 2

L-inċinerazzjoni hija pprojbita.

Artikolu 3

1. Ir-rimi ta' kull skart u materjal ieħor huwa pprojbit, ħlief għal dak l-iskart jew materjal ieħor illistjat fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

2. Il-lista li hemm refernza għaliha fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hija din li ġejja:

(a) gangmu;

(b) materjali inerti ta' oriġini naturali, li huma solidi, materjal ġeoloġiku li ma huwiex kimikament proċessat li l-kostitwnti kimiċi tiegħu x'akatarx ma joħorġux fl-ambjent marittimu;

(ċ) ħama tad-drenaġġ sal-31 ta' Diċembru 1998;

(d) skart tal-ħut minn operazzjonjiet ta' proċessar industrijali ta' ħut;

(e) bastimenti u inġenji ta' l-ajru, ta' l-inqas, il-31 ta' Diċembru 2004.

3. (a) Ir-rimi ta' sustanzi radjoattivi ta' lvell baxx jew intermedju, inkluż skart, huwa pprojbit.

(b) Bħala eċċezzjoni għas-subparagrafu 3(a) ta' dan l-Artikolu, dawk il-Partijiet Kontraenti, ir-Renju Unit u Franza, li jixtiequ jżommu l-għażla ta' eċċezzjoni għas-subparagrafu 3(a) f'kull każ mhux qabel ma jgħaddi l-perjodu ta' 15-il sena mill-1 ta' Jannar 1993, għandhom jirrapportaw lil-laqgħa tal-Kummissjoni fuq livell Ministerjali fl-1997 dawr il-passi meħudin biex jesploraw għażliet alternattivi bbażati fuq l-art.

(ċ) Kemm-il darba, fil-jew qabel id-data ta' l-iskadenza ta' 15-il sena, il-Kummissjoni tiddeċiedi b'vot unanimu li ma tkomplix l-eċċezzjoni ipprovduta fis-subparagrafu 3(b), hija għandha tieħu deċiżjoni skond l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni fuq il-prolungazzjoni għal perjodu ta' 10 snin wara l-1 ta' Jannar 2008 tal-projbizzjoni, li warajha għandha ssir laqgħa oħra tal-Kummissjoni fuq livell Ministerjali. Dawk il-Partijiet Kontraenti li jissemmew fis-subparagrafu 3(b) ta' dan l-Artikolu li jixtiequ jżommu l-għażla msemmia fis-subparagrafu 3(b) għandhom jirraortaw lil-laqgħat tal-Kummissjoni li jsiru fuq livell Ministerjali f'intervalli ta' sentejn mill-1999 ‘l quddiem dwar il-progress fit-twaqqif ta' għażliet ibbażati fuq l-art alternattivi u dwar ir-riżultati ta' studji xjentifiċi li juru li kull operazzjonijiet possibli ta' rimi ma jwasslux f'perikli għal saħħet il-bniedem, ħsara lil risoprsi ħajjin jew ekosistemi marittimi, ħsarat fi propjetà jew użi oħra leġittimi tal-baħar.

Artikolu 4

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jassiguraw li:

(a) l-ebda skart jew materjal ieħor illistjat fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 3 ta' dan l-Anness ma jkun mormi mingħajr awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jew regolazzjoni;

(b) din l-awtorizzazzjoni jew regolazzjoni hija bi qbil mal-kriteji rilevanti applikabbli, linji gwida u proċeduri adottai mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6 ta' dan l-Anness;

(ċ) bl-iskp li jiġu evitati sitwazzjonijiet li fihom l-istess operazzjoni ta' rimi tkun awtorizzata jew regolata minn aktar minn Parti Kontraenti waħda, l-awtroitajiet kompetenti tagħhom għandhom, kif meħtieġ, jikkonsultaw qabel ma joħorġu awtroizzazzjoni jew japplikaw regolazzjoni.

2. Kull awtorizzazzjoni jew regolazzjoni skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tippermetti r-rimi ta' bsatimenti jew inġenji ta' l-ajru li fihom sustanzi li jirriżultaw jew li x'aktarx jirriżultaw f'perikli għal saħħet il-bniedem, periklu għal risorsi ħajjin jew ekosistemi marittimi, ħsara lil propjetà jew interferenza f'użi leġittimi oħrajn tal-baħar.

3. Kull Parti Kontraenti għandha żżomm, u tirrapporta lill-Kummissjoni rekords tan-natura u tal-kwantità ta' l-iskart jew materjal ieħor mormi skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u tad-dati, il-pstijiet u l-metodi tar-rimi.

Artikolu 5

L-ebda tpoġġija ta' materjal f'żona marittima għal skop ħlie dak li għalih kienet oriġinarjament maħruġa jew kostruwita ma għandha ssir mingħajr l-awtorizzazzjoni jew regolazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti rilevanti. Din l-awtorizzazzjoni jew regolazzjoni għandha tkun bi qbil mal-kriterji rilevanti applikabbli, linji gwida u proċeduri adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6 ta' dan l-Anness. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiitieħed li tippermetti r-rimi ta' skart jew materjal ieħor li ma huwiex ipprojbit skond dan l-Anness.

Artikolu 6

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness, għandu jkun, inter alia, id-dover tal-Kummissjoni li tipprepara u tadotta kriterji, linji gwida u proċeduri relatati mar-rimi ta' skart jew materjal ieħor illistjat fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 3, u għat-tpoġġija ta' materjal li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5, ta' dan l-Anness, bl-iskop li t-tinġis jiġi prevenut u eliminat.

Artikolu 7

id-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness li jikkonċernaw rimi ma għandhomx japplikaw f'każ ta' force majeure, minħabba stress li ġej mit-temp jew kull kawża oħra, fejn is-sigurtà ta' ħajjet il-bniedem jew tal-bastiment jew tal-biċċa ta' l-ajru hija mhedda. Dan ir-rimi għandu jingħamel b'mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta' ħsara lil ħajja tal-bniedem jew marittima u għandu jkun immdejatament rappurtat lill-Kummissjoni, flimkien mad-dettalji kompleti taċ-ċirkustanzi u tan-natura u tal-kwantità ta' l-iskart jew materjal ieħor mormi.

Artikolu 8

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, kemm individwalment u fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, biex jipprevjenu u jeliminaw tinġis li jirriżulta mit-telqien ta' bastimenti jew inġenji ta' l-ajru fiż-żona marittima ikkawżat minn aċċidenti. Fin-nuqqas ta' gwida rilevanti minn dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-miżuri meħudin minn Partijiet Kontraenti individwalment għandhom ikunu ibbażati fuq il-linji gwida li l-Kummissjoni tista' tadotta.

Artikolu 9

F'każ ta' emerġenza, jekk Parti Kontraenti tikkunsidra li skart jew materjal ieħor li r-rimi tiegħu huwa ipprojbit taħt dan l-Anness ma jistax jiġi ddisponut minnu fuq l-art mingħajr periklu jew ħsara li ma humiex aċċettabbli, hija għandha tikkonsulta Partijiet Kontraenti oħrajn bil-għan li jinsabu l-aktar metodi sodisfaċenti għall-ħażna jew l-aktar metodi sodisfaċenti għad-distruzzjoni jew ir-rimi fiċ-ċirkustanzi preżenti. Il-Parti Kontraenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-passi adottati wara din il-konsultazzjoni. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jassistu lil xulxin f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Artikolu 10

1. Kull Parti Kontraenti għandha tassigura l-konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness:

(a) minn bastimnenti u inġenji ta' l-ajru reġistrati fit-territorji tagħha;

(b) minn bastimenti u inġenji ta' l-ajru li jillowdjajaw fit-territorju tagħha l-iskart jew materjal ieħor li għandu jintrema jew jinħaraq;

(ċ) minn bastimenti jew inġenji ta' l-ajru li huwa mifhum li huma involuti f'rimi jew inċinerazzjoni fi ħdan l-ilmijiet interni tagħha jew fi ħdan l-ibħra territorjali jew fi ħdan parti mill-baħar lil hinn jew qrib il-baħar territorjali taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istat kostali sakemm huwa rikonoxxut mil-liġi internazzjonali.

2. Kull Parti Kontraenti għandha toħroġ struzzjonijiet lill-bastimenti u inġenji ta' l-ajru jew servizzi xierqa oħrajn li jagħmlu ispezzjonijiet marittimi biex jirrapportaw lill-awtoritajiet kull inċident jew kondizzjonijiet fiż-żona marittima li jwasslu għal suspetti ta' rimi f'kontravenzjoni mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness preżenti meta dawn isiru jew ikunu ser isiru. Kull Parti Kontraenti li l-awtoritajiet tagħha jirċievu rapport bħal dan għandha, jekk hija tara li huwa meħtieġ, tinforma kull Parti Kontraenti oħra konċernata.

3. Xejn f'dan l-Anness ma għandu jnaqqas mill-immunità sovrana li għaliha huma intotilati ċerti vetturi taħt il-liġi internazzjonali.

--------------------------------------------------

ANNESS III

IL-PREVENZJONI U L-ELIMINAZZJONI TAT-TINĠIS MINN SORSI OFFSHORE

Artikolu 1

Dan l-Anness ma għandux japplika għal kull rimi deliberat fiż-żona marittima ta':

(a) skart jew materjal ieħor minn bastimenti jew inġenji ta' l-ajru;

(b) bastimenti jew inġenji ta' l-ajru.

Artikolu 2

1. Meta jadottaw programmi u miżuri għall-iskop ta' dan l-Anness, il-Partijiet Kontraenti għandhom jitolbu, jew individwalment jew f'għaqda bejniethom, l-użu ta':

(a) l-aħjar metodi tekniċi possibbli;

(b) l-aħjar prattika ambjentali possibbli;

inkluża, fejn meħtieġa, teknoloġija nadifa.

2. Waqt it-twaqqif ta' prijoritajiet u waqt l-assessjar tan-natura u l-estent tal-programmi u l-miżuri u l-iskala tal-ħin tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw il-kriterji mogħtijin fl-Appendiċi 2.

Artikolu 3

1. Kull rimi ta' skart jew materjal ieħor minn installazzjonijiet offshore huwa ipprojbit.

2. Din il-projbizzjoni ma torbotx għal tnixxijiet jew emissjonijiet minn sorsi offshore.

Artikolu 4

1. L-użu ta', jew tnixxija jew emissjoni minn, sorsi offshore ta' sustanzi li jistgħu jilħqu jew jaffetwaw iż-żona marittima għandhom ikunu strettament suġġett għall-awtorizzazzjoni u r-regolazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti. Din l-awtorizzazzjoni jew regolazzjoni għandha, partikolarment, timplimenta d-deċiżjonijiet applikabbli rilevanti, ir-rakkomandazzjonijiet u l-qbil kollu adottat taħt il-Konvenzjoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu għal sistema ta' monitoraġġ u ispezzjoni biex jassessjaw konformità ma' awtorizzazzjoni jew regolazzjoni kif ipprovdut fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 4 ta' dan l-Anness.

Artikolu 5

1. L-ebda installazzjoni offshore li mhijiex tiġi wżata jew pajplajn offshore li mhuwiex jintuża ma għandhom jintremew u l-ebda installazzjoni offshore li mhijiex tintuża ma għandha titħalla sħiħa jew parzjalment fil-post taż-żona marittima mingħajr permess maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti rilevanti fuq bażi ta' kull każ. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet tagħhom, meta jagħtu permessi bħal dawn, għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet rilevanti applikabbli, ir-rakkomandazzjonijiet u kull qbil ieħor adottat taħt din il-Konvenzjoni.

2. L-ebda permess bħal dan ma għandu jinħareġ jekk l-installazzjoni offshore jew il-pajplajn offshore li mhumiex jintużaw fihom sustanzi li jirriżultaw jew jistgħu jirriżultaw f'periklu għal saħħet il-bniedem, ħsara lil risorsi ħajjin u lill-ekosistemi marittimi, ħsara lil propjetà jew interferenza għal użi leġittimi oħrajn tal-baħar

3. Kull Parti Kontraenti li tkun bi ħsiebha tieħu deċiżjoni li toħroġ permess għar-rimi ta' installazzjoni offshore jew ta' pajplajn offshore li mhumiex jintużaw impoġġijin f'żona marittima wara l-1 ta' Jannar 1998 għandha, permezz tal-Kummissjoni, tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn bir-raġunijiet għaliex aċċettat dan ir-rimi, sabiex tkun possibbli l-konsultazzjoni.

4. Kull Parti Kontraenti għandha żżomm, u tirrapporta lill-Kummissjoni, rekords ta' installazzjonijiet offshore u ta' pajplajns offshor li ma humiex użati mormijin jew ta' installazzjonijiet offshore li ma humiex użati mħollijin f'posthom skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, u tad-dati, postijiet u metodi tar-rimi.

Artikolu 6

L-Artikoli 3 u 5 ta' dan l-Anness ma għandhomx japplikaw fil-każ ta' force majeure, minħabba stress li ġej mit-temp jew kull kawża oħra, fejn is-sigurtà ta' ħajja tal-bniedem jew ta' installazzjoni offshore tkun mhedda. Dan ir-rimi għandu jintgħamel b'mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta' ħsara lill-ħajja tal-bniedem jew marittima u għandu jkun immedjatament irrapportat lill-Kummissjoni, flimkien mad-dettalji sħaħ taċ-ċirkustanzi u tan-natura u l-kwantitajiet tal-materjal mormi.

Artikolu 7

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, kemm individwalment u kemm fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, biex jipprevjenu u jeliminaw tniġġis li jirriżulta mit-telqien ta' installazzjonijiet offshore fiż-żona marittima ikkawżat minn aċċidenti. Fin-nuqqas ta' gwida rilevanti minn dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-miżuri meħudin minn Partijet Kontraenti individwalment għandhom ikunu bbażati fuq linji gwida li l-Kummissjoni tista' tadotta.

Artikolu 8

L-ebda tpoġġija ta' installazzjoni offshore mhux użata jew ta' pajplajn offshore li mhuwiex użat fiż-żona marittima għal skop li mhuwiex dak li oriġinarjament kien intenzjonat jew ikkostruwit ma għandu jsir mingħajr l-awtorizzazzjoni jew regolazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti rilevanti. Din l-awtorizzazzjoni jew regolazzjoni għandha tkun bi qbil mal-krierji rilevanti applikabbli, linji gwida u proċeduri adottati mill-Kummissjoni skond is-subparagrafu (d) ta' l-artikolu 10 ta' dan l-Anness. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tittieħed li tippermetti r-rimi ta' installazzjonijiet offshore li mhumiex użati jew ta' pajplajns offshore li mhumiex użati f'kontravenzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness.

Artikolu 9

1. Kull Parti Kontraenti għandha toħroġ struzzjonijiet lill-bastimenti u l-inġenji ta' l-ajru li jispezzjonaw il-baħar u lil servizzi oħra xierqa biex jirrapportaw lill-awtoritajiet kull inċident jew kondizzjonijiet fiż-żona marittima li jwasslu għal suspetti li saret jew dalwaqt issir kontravenzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Anness preżenti. Kull Parti Kontraenti li l-awtoritajiet tagħha jirċievu rapport bħal dan għandha, jekk hija tqis li hekk huwa meħtieġ, tinforma lil Partijiet Kontraenti oħra konċernati.

2. Xejn f'dan l-Anness ma għandu jnaqqas mill-immunità sovrana ta' ċerti bastimenti li huma intitolati taħt il-liġi internazzjonali.

Artikolu 10

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness, għandu jkun, inter alia, id-dover tal-Kummissjoni li:

(a) tiġbor informazzjoni dwar sustanzi li jintużaw f'attivitajiet offshore u, fuq il-bażi ta' dik l-informazzjoni, li taqbel dwar lista ta' sustanzi għall-iskopijiet ta' paragrafu 1 ta' l-Artikolu 4 ta' dan l-Anness;

(b) li tagħti lista ta' sustanzi li huma tossiċi, persistenti u li x'aktarx iwassslu għal bioakkumulazzjoni u li tlesti pjani għar-riduzzjoni u l-eliminazzjoni, jew ir-rimi tagħhom bil-mod il-mod, minn sorsi offshore;

(ċ) li tlesti kriterji, linji gwida u proċeduri għall-prevenzjoni tat-tinġis minn rimi ta' installazzjonijiet u pajplajns offshore li ma humiex użati, u t-tħollija fil-post ta' installazzjonijiet offshore, fiż-żona marittima;

(d) li tlesti kriterji, linji gwida u proċeduri dwar it-tpoġġija ta' installazzjonijiet offshore u pajplajns offshore li ma humiex użati li hemm refernza għalihom fl-Artikolu 8 ta' dan l-Anness, bl-iskop li jiġi previst u eliminat it-tniġġis.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

L-ASSESSJAR TAL-KWALITÀ TA' L-AMBJENT MARITTIMU

Artikolu 1

1. Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness "monitoraġġ" tfisser it-tkejjil ripetut ta':

(a) il-kwalità ta' l-ambjent marittimu u kull kompartiment tiegħu, jiġifieri l-ilma, is-sedimenti u l-biota;

(b) l-attivitajiet jew l-indħil naturali jew antropoġeniku li jista' jaffettwa l-kwalità ta' l-ambjent marittimu;

(ċ) l-effetti ta' dawn l-attivitajiet jew indħil.

2. Il-monitoraġġ jista' jsir kemm għal skopijiet ta' konformità mal-Konvenzjoni, biex jiġu identifikati strutturi jew xejriet jew għal skopijiet ta' riċerka.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness, il-Partijiet Kontraenti għandhom:

(a) jikkoperaw fi programmi ta' monitoraġġ u jgħaddu d-data li toħroġ lill-Kummissjoni;

(b) jikkonformaw ma' preskrizzjonijiet li jassiguraw il-kwalità u jipparteċipaw f'eżerċizzji ta' interkalibrazzjoni;

(ċ) jużaw u jiżviluppaw, individwalment jew preferibbiment flimkien, għodda ta' eżami xjentifiċi li huma validi, bħal immodellar, l-użu ta' sensorjar remot u strateġiji ta' eżami progressiv tar-riskju;

(d) jagħmlu, individwalment jew flimkien, riċerka li hija kkunsidrata neċessarja biex jassessjaw il-kwalità ta' l-ambjent marittimu, u biex iżidu t-tagħrif u l-fehma xjentifika ta' l-ambjenmt marittimu u, partikolarment, tar-relazzjonijiet bejn id-dħul, il-konċentrazzjoni u l-effetti;

(e) jikkunsidraw progress xjentifiku li huwa kkunsidrat utli għall-iskopijiet ta' dan l-assessjar li ntgħamel x'imkien ieħor jew fuq l-inizjattiva ta' riċerkaturi individwali u istituzzjonijiet ta' riċerka, jew permezz ta' programmi ta' riċerka nazzjonali u internazzjonali jew taħt l-awspiċju tal-Komunità Ekonomika Ewropea jew ta' organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali oħrajn.

Artikolu 3

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness għandu jkun id-dover tal-Kummissjoni, inter alia, li:

(a) tiddefinixxi u timplimenta programmi ta' monitoraġġ kollaborattiv u riċerka relatata ma' assessjar, li tipprepara kodiċi ta' prattika għall-gwida tal-parteċipanti f'dawn il-programmi ta' monitoraġġ u li tapprova l-preżentazzjoni u l-interpretazzjoni tar-riżultati;

(b) li tagħmel assessjar li jikkunsidra r-riżultati ta' monitoraġġ jew riċerka rilevanti u dwar id-data relatata mad-dħul ta' sustanzi jew enerġija fiż-żona marittima li huma pprovduti minħabba l-Annessi oħrajn tal-Konvenzjoni, kif ukoll informazzjoni rilevanti oħra;

(ċ) li tfittex, fejn meħtieġ, il-pariri u s-servizzi ta' organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra u korpi kompetenti bl-iskop li tinkorpora l-aħħar riżultati ta' riċerka xjentifika;

(d) li tikkopera ma' organizzazzjonijiet reġjonali kompetenti u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħraj biex tagħmel assessjar ta' l-istatus tal-kwalità.

--------------------------------------------------

Top