EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21997D1120(07)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/97 tal-31 ta' Lulju 1997 li temenda l-Anness II (regolamenti tekniċi, standards, testjar u ċertifikazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 316, 20.11.1997, p. 19–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/57(2)/oj

21997D1120(07)



Official Journal L 316 , 20/11/1997 P. 0019 - 0019


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 57/97

tal-31 ta' Lulju 1997

li temenda l-Anness II (regolamenti tekniċi, standards, testjar u ċertifikazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif kien emend mill-Protokol li aġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa l-quddiem msemmi bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II tal-Ftehim kien emend mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/97 ta'l-24 ta' Marzu 1997 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta'Frar 1996 rigward ikel li għandu jintuża minn dawk fuq dieta b'enerġija restritta għan-nuqqas tal-piż [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt ġdid li ġej ħandu jkun miżjud wara punt 54o (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/458/KE) ta'Kapitolu XII ta'L-Anness IItal-Ftehim:

"54p. 396 L 0008: Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta'Frar 1996 rigward ikel li għandu jintuża minn dawk fuq dieta b'enerġija restritta għan-nuqqas tal-piż (ĠU L 55, tas-6.3.1996, p. 22)."

.

Artikolu 2

It-testi ta'Direttiva 96/8/KE bil-linġwa Islandika u dik Norvegiża, li huma mehmża mal-verżjonijiet differenti rispettivi ta'din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta'Awissu 1997, sakemm n-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġI ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta'Lulju 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 182, ta' l-10.7.1997, p. 46.

[2] ĠU L 55, tas-6.3.1996, p. 22.

--------------------------------------------------

Top