Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21997D0313(01)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 71, 13.3.1997, p. 27–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/60(2)/oj

    21997D0313(01)



    Official Journal L 071 , 13/03/1997 P. 0027 - 0028


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 60/96

    tat-22 ta' Novembru 1996

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/96 ta' l-4 ta' Ottubru 1996 [1];

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 95/39/KE tas-17 ta' Lulju 1995 li temenda l-Annessi għad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċerejali u affarijiet ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    1. L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 38 (Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    "— 395 L 0039: Id-Direttiva tal-Kunsill 95/39/KE tas-17 ta' Lulju 1995 (ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 29, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 164, tat- 3.7.1996, p. 23)."

    .

    2. L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    "— 395 L 0039: Id-Direttiva tal-Kunsill 95/39/KE tas-17 ta' Lulju 1995 (ĠU L 197, tat-22.8.1995, p. 29, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 164, tat-3.7.1996, p. 23)."

    .

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 95/39/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Diċembru 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1996.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    H. Hafstein

    [1] ĠU L 21, tat-23.1.1997, p. 6.

    [2] ĠU L 197, tat- 22.8.1995, p. 29.

    --------------------------------------------------

    Top