Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21997A1205(01)

    Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos

    ĠU L 334, 5.12.1997, p. 15–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1997/810/oj

    Related Council decision

    21997A1205(01)



    Official Journal L 334 , 05/12/1997 P. 0015 - 0023


    Ftehim ta' koperazzjoni

    bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    min-naħa l-waħda, u

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA POPOLARI TAL-LAOS,

    min-naħa l-oħra,

    hawn iżjed ‘il quddiem issir referenza għalihom bħala "il-Partijiet",

    JILQGĦU ż-żieda fil-kummerċ u koperazzjoni li saret bejn il-Komunità Ewropea, hawn iżjed ‘il quddiem issir referenza għaliha bħala "il-Komunità", u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos, hawn iżjed ‘il quddiem isir referenza għaliha bħala "RDP tal-Laos";

    JIRRIKONOXXU r-relazzjonijiet eċċellenti u l-irbit ta' ħbiberija u koperazzjoni bejn il-Komunità u r-RDP tal-Laos;

    JIRRIAFFERMAW l-importanza li jsaħħu iktar l-irbit bejn il-Komunità u r-RDP tal-Laos;

    JIRRIKONOXXU l-importanza li l-Partijiet jagħtu lill-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, lid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, lid-Dikjarazzjoni ta' Vjenna ta' l-1993 u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Konferenza Dinjija (Mondjali) dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, lid-Dikjarazzjoni ta' Kopeħagen ta' l-1995 dwar l-Iżvilupp Soċjali u l-pjan ta' azzjoni magħha, u lid-Dikjarazzjoni ta' Beijing ta' l-1995 u l-pjan ta' azzjoni tar-Raba' Konferenza Dinjija (Mondjali) dwar in-Nisa;

    JIRRIAFFERMAW ir-rieda komuni tal-Partijiet biex jikkonsolidaw, jipprofondu u jiddiversifikaw ir-relazzjonijiet tagħhom f'żoni ta' interess reċiproku fuq bażi ta' ugwaljanza, non-diskriminazzjoni, benefiċċju ta' xulxin u reċiproċita;

    XEWQANIN LI joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tal-kummerċ u investiment bejn il-Komunità u r-RDP tal-Laos, u l-ħtieġa li jżommu mal-prinċipji tal-kummerċ internazzjonali, li l-għan tiegħu huwa li jippromwovi l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ f'manjiera stabbli, trasparenti u non-diskriminatorja li tqis id-differenzi ekonomiċi taż-żewġ Partijiet.

    JIRRIKONOXXU l-ħtieġa li jappoġġaw il-proċess tar-riforma ekonomika kurrenti biex jiggarantixxi (tiggarantixxi?) t-transizzjoni (bidla) tar-RDP tal-Laos għal ekonomija tas-suq, bir-rispett dovut lejn l-importanza ta' l-iżvilupp soċjali li għandu jimxi id f'id ma' l-iżvilupp ekonomiku u l-impenn komuni li jkunu rrispettati d-drittijiet soċjali;

    JIRRIKONOXXU l-ħtieġa li jappoġġaw l-isforz tal-gvern tal-Laos biex itejjeb il-kondizzjonijiet tal-ħajja tat-taqsimiet l-iktar fqar u l-iktar żvantaġġati tal-populazzzjoni, b'enfasi speċjali fuq l-istatus tal-mara;

    JIKKUNSIDRAW l-importanza li l-Partijiet jagħtu lill-protezzjoni ta' l-ambjent fil-livelli kollha u għall-maniġment sostenibbli tar-riżorsi naturali, filwaqt li jqisu r-rabtiet bejn l-ambjent u l-iżvilupp;

    IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU dan il-Ftehim u għal dan il-għan ħatru bħala Plenipotenzari tagħhom:

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA:

    Hans VAN MIERLO

    Viċi-Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Olanda,

    Il-President Attwali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    Manuel MARÍN

    Il-Viċi-President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA POPOLARI TAL-LAOS:

    Somsavath LENGSAVAD

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin,

    LI, wara li skambjaw il-Pieni Poteri tagħhom, instabu li kienu tajbin u fil-forma dovuta,

    FTEHMU KIF GEJ:

    Artikolu 1

    Bażi

    Ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem stabbiliti bid-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jispira l-politiki interni u internazzjonali tal-Komunità u tar-RDP tal-Laos u jikkostitwixxi element essenzali ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu 2

    Għanijiet

    L-għan prinċipali ta' dan il-Ftehim huwa li jipprovdi qafas għat-titjib tal-koperazzjoni bejn il-Partijiet, fiż-żoni ta' ġurisdizzjoni rispettivi tagħhom, bil-miri li ġejjin:

    (a) li jagħti lil xulxin trattament tan-nazzjon-l-aktar-iffavorit fuq kummerċ f'merkanzija fiż-żoni kollha koperti minn dan il-Ftehim, ħlief rigward vantaġġi mogħtija minn kull waħda mill-Partijiet fil-kuntest ta' għaqdiet doganali jew żoni ta' kummerċ liberu, arranġamenti ta' kummerċ ma' pajjiżi ġirien jew obbligi speċifiċi taħt ftehim internazzjonali dwar komoditajiet;

    (b) li jipprowovi u jintensifika l-kummerċ bejn il-Partijiet, u jinkoraġġixxi l-espansjoni fis-sod ta' koperazzjoni ekonomika sostenibbli, skond il-prinċipji ta' ugwaljanza u vantaġġ reċiproku;

    (ċ) li jsaħħaħ il-koperazzjoni f'oqsma konnessi strettament mal-progress ekonomiku u li tibbenefika liż-żewġ Partijiet;

    (d) li jiżviluppa relazzjonijiet kummerċjali dejjiema u jiddiversifika l-kummerċ bejn il-Komunità u r-RDP tal-Laos, jikseb ftuħ dejjiemi tas-swieq fi grad li jkun kompatibbli mas-sitwazzjonijiet ekonomiċi tal-Partijiet u l-assistenza li r-RDP tal-Laos tkun teħtieġ fid-dawl ta' l-applikazzjni tagħha biex tingħaqad ma' l-Organizzazzjoni Mondjali (Dinjija) tal-Kummerċ;

    (e) li jikkontribwixxi lejn l-isforz tar-RDP tal-Laos biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-istandards tal-ħajja tat-taqsimiet l-iktar fqar tal-populazzjoni tagħha, flimkien ma' miżuri li jużaw l-iżvilupp rurali biex tiġġieled il-faqar fil-kampanja u assistenza biex tikseb it-transizzjoni għal ekonomija tas-suq u tiżviluppa r-riżorsi umani f'numru ta' setturi ta' l-ekonomija;

    (f) li jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' impjiegi kemm fil-Komunità kif ukoll fir-RDP tal-Laos, bi prijorita tingħata lil programmi u operazzjonijiet li jista' jkollhom effet favorevoli f'dan ir-rigward. Il-Partijiet għandhom ukoll jiskambjaw veduti u informazzjoni dwar l-inizjattivi rispettivi tagħhom f'dan il-qasam, jgħaġġlu u jiddiversifikaw ir-rabtiet ekonomiċi tagħhom u jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jwasslu għall-ħolqien ta' impjiegi;

    (g) li jieħu l-miżuri rekwiżiti biex jipproteġi u jippreżerva l-ambjenti mondjali, reġjonali, nazzjonali u lokali u jimmaniġġa b'mod sostenibbli r-riżorsi naturali, filwaqt li titqies ir-rabta bejn l-ambjent u l-iżvilupp.

    Artikolu 3

    Koperazzjoni għal żvilupp

    Il-Komunità tirrikonoxxi l-ħtieġa tar-RDP tal-Laos ta' assistenza għall-iżvilupp u hija lesta li tgħaġġel il-koperazzjoni tagħha biex tikkontribwixxi lejn l-isforzi proprji ta' dak il-pajjiż biex jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli u l-progress soċjali tal-poplu tiegħu permezz ta' progetti u programmi konkreti skond il-prijoritajiet miġjuba fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-assistenza finanzjarja u teknika lil, u koperazzjoni ekonomika ma', il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-Asja u l-Amerika Latina.

    Skond ir-Regolament ta' hawn iktar ‘il fuq, l-assistenza għandha tkun immirata prinċipalment lejn it-taqsimiet l-iktar fqar tal-popolazzjoni. F'koperazzjoni, għandha tingħata prijorita lil skemi mmirati biex itaffu l-faqar, u b'mod partikolari dawk li aktarx joħolqu impjiegi, jistimolaw żvilupp bażiku u jippromwovu sehem in-nisa fl-iżvilupp. Il-Partijiet għandhom ukoll jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' miżuri xierqa biex jimpedixxu u jikkumbattu l-AIDS u jieħdu passi biex ikattru l-iżvilupp u edukazzjoni bażiċi dwar l-AIDS u l-kapaċitajiet operazzjonali tas-servizzi tas-saħħa.

    Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet għandha wkoll tindirizza l-problema tad-drogi biex tinkuraġġixxi u ttejjeb it-taħriġ, edukazzjoni, kura tas-saħħa u riabilitazzjoni ta' l-ivvizzjati.

    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta' l-iżvilupp tar-riżorsi umani, żvilupp soċjali, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, l-iżvilupp ta' kapaċitajiet (snajja) u l-protezzjoni tat-taqsimiet l-iktar vulnerabbli tal-populazzjoni. Reżorsi umani u żvilupp soċjali għandhom ikunu parti integrali tal-koperazzjoni ekonomika u fl-iżvilupp. Konsiderazzjoni xierqa għandha għalhekk tingħata lill-għanijiet tat-taħriġ li jindirizzaw ħtiġiet istituzzjonali u attivitajiet speċifiċi ta' taħriġ professjonali (vokazzjonali) mmirati lejn it-titjib ta' kapaċitajiet (snajja) tal-ħaddiema lokali.

    Fid-dawl tal-periklu għall-ħajja umana u l-estakoli għall-iżvilupp ippreżentat minn oġġetti mhux sploduti (OMS), il-Komunità għandha teżamina inizjattivi adattati biex jindirizzaw din il-problema.

    Il-koperazzjoni Komunitarja għandha tkun ikkonċentrata fuq prijoritajiet maqbula reċiprokatament biex ikun żgurat li l-assistenza tkun effettiva u dejjiema. Fl-interessi ta' effikaċja ikbar, attivitajiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp għandhom iqisu l-ħtieġa għall-kordinazzjoni u koperazzjoni mas-sħab (partners) l-oħra tar-RDP tal-Laos, inklużi l-istituzzjonijiet tal-Ftehim ta' Bretton Woods.

    Artikolu 4

    Koperazzjoni kummerċjali

    1. Il-Partijiet jikkonfermaw id-determinazzjoni tagħhom:

    (a) li jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għal kummerċ bejniethom;

    (b) li jagħmlu dak kollu li jistgħu ħalli jsaħħu l-istruttura tal-kummerċ tagħhom biex jiddiversifikawha iktar;

    (ċ) li jaħdmu lejn l-eliminazzjoni ta' barrieri (xkiel) għall-kummerċ, u lejn miżuri biex titjieb it-trasparenza, b'mod partikolari permezz tat-tneħħija fi żmien xieraq barrieri non-tariff, skond ix-xogħol magħmul f'din il-konnessjoni minn korpi internazzjonali oħra filwaqt li jkun żgurat li data personali jkunu protetti b'mod adatt.

    2. Fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, il-Partijiet għandhom jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta' nazzjon-l-iktar-iffavorit fil-materji kollha li jirrigwardaw:

    (a) dazji doganali u piżijiet (ħlasijiet) ta' kull xorta, inklużi proċeduri għall-ġbir tagħhom;

    (b) ir-regolamenti, proċeduri u formalitajiet li jirregolaw żdoganar, transitu, ħażna u trasbord;

    (ċ) taxxi u piżijiet (ħlasijiet) interni oħra imposti direttament jew indirettament fuq importazzjonijiet jew esportazzjonijiet;

    (d) formalitajiet amministrattivi għall-ħruġ ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni.

    3. Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għal:

    (a) vantaġġi konċessi minn waħda mill-Partijiet lil stati li huma membri seħbin ta' unjoni doganali jew żona ta' kummerċ ħieles;

    (b) vantaġġi konċessi minn waħda mill-Partijiet lill-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li jkun iffaċilitat il-kummerċ fil-konfini;

    (ċ) miżuri li waħda mill-Partijiet tista' tieħu biex tissodisfa l-obbligi tagħha taħt ftehim internazzjonali dwar komodita.

    4. Fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom; il-Partijiet għadhom jimpenjaw ruħhom biex:

    (a) itejbu l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tagħhom f'materji doganali, f'oqsma li jinkludu taħriġ professjonali, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali u assistenza amministrattiva biex jikkombattu l-frodi doganali;

    (b) jiskambjaw informazzjoni dwar swieq li aktarx tipprovdi vantaġġi reċiproċi, inklużi ksib pubbliku, turiżmu u koperazzjoni statistika.

    5. Ir-RDP tal-Laos għandha ttejjeb il-kondizzjonijiet għall-protezzjoni adegwata u effettiva u infurzar ta' drittijiet proprjetarji intelletwali, industrijali u kummerċjali b'konformita ma' l-ogħa standards internazzjonali. Għal dan il-għan, ir-RDP tal-Laos għandha tiffirma (ssir parti tal-) l-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti dwar proprjeta intellettwali, industrijali u kummerċjali [1] li tagħhom hija għandha mhix parti. Biex isir possibbli li r-RDP tal-Laos tissodisfa l-obbligi msemmija hawn iktar ‘il fuq, assistenza teknika tista' tkun ikkunsidrata.

    6. Fiż-żoni ta' ġurisdizzjoni rispettivi tagħhom u sa fejn ir-regoli u regolamenti tagħhom jippermettu, il-Partijiet għandhom jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin fuq il-kwistjonijiet, problemi u tilwimiet kollha li jistgħu jinqalgħu in konnessjoni tal-kummerċ.

    Artikolu 5

    Koperazzjoni ambjentali

    Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-manjiera biex titjieb il-protezzjoni ambjentali hija li tkun introdotta leġislazzjoni ambjentali xierqa, tkun implimentata b'mod effiċjenti u integrata f'żoni ta' politika oħra.

    L-għan prinċipali tal-koperazzjoni ambjentali huwa li jtejjeb il-prospetti ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli u żvilupp soċjali billi jingħata prijorita għolja r-rispett lejn l-ambjent naturali inklużi:

    (a) l-abbozzar ta' politika ta' protezzjoni ta' l-ambjent effettiva li tinvolvi miżuri leġislattivi xierqa u r-riżorsi meħtieġa biex tkun implimentata. Għandha tkopri żoni li jinkludu taħriġ, bini ta' kapaċita u t-trasferiment ta' teknoloġija ambjentali xierqa;

    (b) il-koperazzjoni fl-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija sostenibbli u ma jniġġsux, kif ukoll soluzzjonijiet għall-problemi ta' tniġġis urbani u industrijali;

    (ċ) il-protezzjoni ta' l-ambjent, speċjalment f'reġjuni b'ekosistemi fraġili, filwaqt li jkun żviluppat it-turiżmu bħal għajn ta' introjtu sostenibbli;

    (d) l-istima ta' l-impatt ambjentali bħala parti mill-preparazzjoni u implimentazzjoni ta' kull proġett ta' rikostruzzjoni jew żvilupp;

    (e) koperazzjoni stretta biex jinkisbu l-għanijiet ta' ftehim ambjentali li għalihom iż-żewġ Partijiet huma firmatarji;

    (f) il-protezzjoni u konservazzjoni ta' foresti primarji eżistenti, bil-mira partikolari li jitwaqqaf il-qtugħ ta' siġar illegali, u żvilupp sostenibbli ta' riżorsi ta' foresti ġodda billi jirtefa' l-profil tal-korpi tal-forestrija u jkunu involuti l-abitanti lokali.

    Artikolu 6

    Koperazzjoni ekonomika

    Fil-limiti taż-żoni ta' ġurisdizzjoni rispettivi tagħhom u r-riżorsi finanzjarji disponibbli, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ekonomika għall-vantaġġ reċiproku tagħhom.

    Din il-koperazzjoni għandha tkun immirata lejn:

    (a) l-iżviluppar ta' l-ambjent ekonomiku fir-RDP tal-Laos billi jkun iffaċilitat l-aċċess għall-kapaċitajiet u teknoliġija Komunitarji;

    (b) l-iffaċilitar ta' kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi u t-teħid ta' miżuri li jippromwovu l-kummerċ;

    (ċ) l-inkoraġġiment, skond il-leġislazzjoni, regoli u politiki tagħhom, ta' programmi ta' investiment fis-settur pubbliku u privat biex tissaħħaħ il-koperazzjoni ekonomika, inkluża koperazzjoni bejn impriżi, trasferimenti teknoloġiċi, liċenzi u subkuntratti;

    (d) l-iffaċilitar ta' l-iskambju ta' informazzjoni u l-adozzjoni ta' inizjattivi, trawwim ta' koperazzjoni fil-politika ta' impriżi, b'mod partikolari rigward titjib ta' l-ambjent tan-negozju u l-inkoraġġiment ta' kuntatti iktar stretti;

    (e) ir-rinfurzar tal-komprensjoni reċiproka ta' l-ambjenti ekonomiċi rispettivi tal-Partijiet bħala bażi għal koperazzjoni effettiva;

    (f) li jagħmlu attivitajiet fl-oqsma ta' standardizzazzjoni, kejl tal-kwalità, metroloġija u sigurta tal-kwalità biex jippromwovu proċeduri ta' standards internazzjonali u stima ta' kwalità u jiffaċilitaw il-kummerċ.

    Fl-oqsma ta' hawn iktar ‘il fuq l-għanijiet prinċipali għandhom ikunu:

    - li jassistu r-RDP tal-Laos fl-isforzi tagħha biex tirristruttura l-ekonomija tagħha bil-ħolqien tal-kondizzjonijiet għal ambjent ekonomiku u klima ta' kummerċ adatti,

    - li jinkoraġġixxu sinerġiji bejn is-setturi ekonomiċi rispettivi tal-Partijiet, u b'mod partikolari s-setturi privati tagħhom,

    - l-jistabbilixxu, fiż-żoni ta' ġurisdizzjoni rispettivi tagħhom, u skond il-leġislazzjoni, regoli u politiki tagħhom, klima li twassal għal investiment privat bit-titjib tal-kondizzjonijiet għat-trasferiment tal-kapital u, meta xieraq, bl-appoġġ tal-konklużjoni ta' ftehim bejn l-Istati Membri tal-Komunità u r-RDP tal-Laos dwar il-promozzjoni u protezzjoni ta' l-investiment.

    Il-Partijiet għandhom flimkien jiddeterminaw, għall-vantaġġ reċiproku tagħhom, iż-żoni u prijoritajiet għal-programmi u attivitajiet ta' koperazzjoni ekonomika.

    Artikolu 7

    Agrikoltura

    Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom, fi spiritu ta' komprensjoni, li jikkoperaw fis-settur agrikolu u jeżaminaw:

    (a) l-ambitu għall-iżviluppar tal-kummerċ fi prodotti agrikoli;

    (b) il-miżuri sanitarji, fitosanitarji u ambjentali, u r-riżultati tagħhom, flimkien ma' l-assistenza biex ikunu impeduti l-ostakoli għall-kummerċ, filwaqt li titqies il-leġislazzjoni taż-żewġ Partijiet;

    (ċ) il-possibbilta ta' assistenza lill-gvern tar-RDP tal-Laos fl-isforzi tiegħu biex jiddiversifika l-esportazzjonijiet agrikoli.

    Artikolu 8

    Enerġija

    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza vitali tas-settur ta' l-enerġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali u huma lesti li jgħaġġlu l-koperazzjoni permezz ta' djalogu fil-qasam tal-politika ta' l-enerġija. Dan id-djalogu għandu jqis dovutement l-għan prinċipali, jiġifieri l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi ta' enerġija tar-RDP tal-Laos.

    Artikolu 9

    Koperazzjoni reġjonali

    Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet tista' testendi għal attivitajiet taħt ftehim ta' koperazzjoni jew integrazzjoni ma' pajjiżi oħra ta' l-istess reġjun, sakemm l-attivitajiet imsemmija jkunu kompatibbli ma' dawk il-ftehim.

    Mingħajr ma tkun eskluża ebda żona, konsiderazzjoni speċjali tista' tingħata lill-attivitajiet li ġejjin:

    (a) assistenza teknika (servizzi ta' konsulenti esterni, taħriġ ta' staff tekniku f'ċerti aspetti prattiċi ta' integrazzjoni;

    (b) promozzjoni ta' kummerċ interreġjonali;

    (ċ) appoġġ għal istituzzjonijiet, proġetti u inizjattivi reġjonali li għalihom l-organizzazzjonijiet reġjonali jieħdu r-resposabbilta;

    (d) studji dwar konnessjonijiet, trasport u komunikazzjonijiet reġjonali.

    Artikolu 10

    Xjenza u teknoloġija

    Il-Partijiet, skond il-politiki rispettivi tagħhom, l-interess reċiproku tagħhom u fis-żoni ta' ġurisdizzjoni rispettivi tagħhom, jistgħu jipprowovu l-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika.

    Il-koperazzjoni għandha tinvolvi:

    - l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza f'livell reġjonali (Ewropa-Asja tax-Xlokk), speċjalment dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u programmi,

    - il-promozzjoni ta' rbit (komunikazzjoni) dejjiemi bejn il-komunitajiet xjentifiċi tal-Partijiet,

    - it-tgħaġġil ta' l-attivitajiet immirati lejn il-promozzjoni ta' l-innovazzjoni fl-industrija, inklużi trasferimenti tat-teknoliġija.

    Il-koperazzjoni tista' tinvolvi:

    - l-implimentazzjoni konġunta ta' proġetti ta' riċerka reġjonali (Ewropa-Asja tax-Xlokk) f'żoni ta' interess reċiproku, filwaqt li jiffaċilitaw, fejn xieraq, l-involviment attiv ta' l-impriżi,

    - l-iskambju ta' xjentisti biex jippromwovu l-preparazzjoni ta' proġetti ta' riċerka u taħriġ ta' livell għoli,

    - laqgħat xjentifiċi konġunti biex jinkoraġixxu skambji ta' informazzjoni u interazzjoni u jidentifikaw żoni għal riċerka konġunta,

    - it-tixrid ta' riżultati u l-iżvilupp ta' konnessjonijiet bejn is-setturi pubbliċi u privati,

    - valutazzjoni ta' l-attivitajiet ikkonċernati.

    L-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni superjuri, ċentri ta' riċerka u industriji tal-Partijiet, għandhom jieħdu sehem xieraq f'din il-koperazzjoni.

    Artikolu 11

    Prekursuri ta' drogi komiċi u ħasil ta' flus

    Fiż-żoni ta' ġurisdizzjoni rispettivi tagħhom u l-leġislazzjoni applikabbli, u filwaqt li jitiqies ix-xogħol magħmul mill-korpi internazzjonali relevanti, il-Partijiet għandhom jaqblu li jikkoperaw biex jimpedixxu l-iżvijar tal-prekursuri ta' drogi kimiċi u għandhom jaqblu fuq il-ħtieġa li jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jimpedixxu l-ħasil tal-flus.

    Il-Partijiet għandhom ukoll jikkunsidraw miżuri speċjali kontra l-kultivazzjoni, produzzjoni u traffikar ta' drogi, sustanzi narkotiċi u psikotropiċi, u miżuri li jimpedixxu u jnaqqsu l-abbuż tad-droga.

    Din il-koperazzjoni tista' tinkludi:

    - miżuri li jippromwovu għamliet oħra ta' żvilupp ekonomiku,

    - l-iskambju ta' informazzjoni relevanti, suġġett għal li d-data personali jkunu dovutement protetti.

    Artikolu 12

    Infrastrattura fiżika

    Il-Partijiet jirrikonoxxu li n-nuqqasijiet preżenti ta' l-infrastruttura fiżika tar-RDP tal-Laos jikkostitwixxu limitu serju għall-investiment privat u għall-iżvilupp ekonomiku in ġenerali. Il-Partijiet għalhekk jaqblu li jinkoraġġixxu programmi speċifiċi għar-riabilazzjoni, rikostruzzjoni u żvilupp ta' l-infrastruttura tar-RDP tal-Laos, inklużi trasport u komunikazzjonijiet.

    Artikolu 13

    Informazzjoni, kumunikazzjoni u kultura

    Il-Partijiet, fiż-żoni ta' ġurisdizzjoni rispettivi tagħhom, u fid-dawl tal-politiki u interessi reċiproċi tagħhom, għandhom jikkoperaw fl-oqsma ta' l-informazzjoni, komunikazzjoni u kultura biex itejbu l-komprensjoni reċiproka u jsaħħu r-rabtiet eżistenti bejniethom. Appoġġ xieraq jista' wkoll ikun ipprovdut għall-promozzjoni ta' inizjattivi ġodda fiż-żoni li ġejjin:

    (a) studji preparatorji u assistenza teknika għall-konservazzjoni tal-wirt storiku,

    (b) koperazzjoni fil-qasam tal-media u dokumentazzjoni audio-viżiva,

    (ċ) l-organizzazzjoni ta' avvenimenti u skambji biex itejbu l-komprensjoni kulturali.

    Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-koperazzjoni fl-oqsma tat-telekomunikazzjonijiet, tas-soċjeta ta' l-informazzjoni u l-multimedia. Koperazzjoni tali tista' tinkludi l-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-regolamenti u politiki rispettivi tal-Partijiet għat-telekomunikazzjonijiet, komunikazzjonijiet mobbli, inkluża l-promozzjoni għas-Sistemi bis-Satellita ta' Navigazzjoni Globali (SSNG), is-soċjeta ta' informazzjoni, teknoloġiji ta' telekomunikazzjonijiet tal-multimedia, networks (xbieki) u applikazzjonijiet telematiċi (e.g. trasport, saħħa, edukazzjoni u ambjent).

    Artikolu 14

    Aspetti istituzzjonali

    1. Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu Kumitat Konġunt, li x-xogħol tiegħu ikun:

    (a) li jiżgura xogħol fil-lixx u applikazzjoni xierqa ta' dan il-Ftehim u tad-djalogu bejn il-Partijiet;

    (b) li jagħmel rakkomandazzjonijiet adatti għall-promozzjoni ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim;

    (ċ) li jistabbilixxi l-prijoritajiet għal operazzjonijiet potenzali fl-insegwiment ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

    2. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta' anzjanita suffiċjenti taż-żewġ Partijiet. Huwa għandu normalment jiltaqa' sena iva sena le, alternattivament fi Vientiane u Brussel, f'data stabbilita bi ftehim reċiproku. Laqgħat straordinarji jistgħu wkoll jitlaqqgħu bi ftehim bejn il-Partijiet.

    3. Il-Kumitat Konġunt jista' jwaqqaf sub-gruppi speċjalizzati biex jgħinuh fil-għamil tax-xogħlijiet tiegħu u jikkordina l-formulazzjoni u implimentazzjoni ta' proġetti u programmi taħt dan il-Ftehim.

    4. L-agenda tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandha tkun iddeterminata bi ftehim bejn il-Partijiet.

    5. Il-Partijiet jaqblu li għandu jkun xogħol il-Kumitat Konġunt li jiżgura l-funzjonament xieraq ta' kull ftehim settorjali konkluż, jew li jista' jkun konkluż, bejn il-Komunità u r-RDP tal-Laos.

    6. L-istrutturi organizzattivi u r-regoli interni tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu determinati mill-Partijiet.

    Artikolu 15

    Żviluppi futuri

    1. Il-Partijiet jistgħu, b'konsens reċiproku u fiż-żoni ta' ġurisdizzjoni rispettivi tagħhom, jestendu dan il-Ftehim biex jespandu l-koperazzjoni u jżidu miegħu permezz ta' ftehim dwar setturi u attivitajiet speċifiċi.

    2. Fil-qafas ta' dan il-Ftehim, kull waħda mill-Partijiet tista' tippreżenta suġġerimenti għall-espansjoni ta' l-ambitu tal-koperazzjoni, filwaqt li titqies l-esperjenza li tkun ittieħdet matul l-applikazzjoni tiegħu.

    Artikolu 16

    Ftehim ieħor

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, la dan il-Ftehim lanqas kull azzjoni meħuda taħtu m'għandha b'xi mod taffettwa l-poteri (setgħat) ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea li jagħmlu attivitaijiet bilaterali mar-RDP tal-Laos fil-qafas tal-koperazzzjoni ekonomika jew jikkonkludu, fejn xieraq, ftehim ġodda ta' koperazzjoni ekonomika mar-RDP tal-Laos.

    Artikolu 17

    Faċilitajiet

    Biex jiffaċilitaw il-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim, l-awtoritajiet tar-RDP tal-Laos għandhom jagħtu lill-uffiċjali u esperti tal-Komunità l-garanziji u l-faċilitajiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijiethom. Id-dispożizzjonijiet iddettaljati għandhom jingħataw fi skambju ta' ittri separat.

    Artikolu 18

    Applikazzjoni territorjali

    Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej lkun applikat u taħt il-kondizzjonijiet preskritti f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorji tar-RDP tal-Laos.

    Artikolu 19

    Nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-Ftehim

    Jekk waħda mill-Parti tqis li l-Parti l-oħra naqset li twettaq obbligu taħt dan il-Ftehim, hija tista' tieħu miżuri xierqa. Qabel tagħmel hekk, ħlief f'każijiet ta' urġenza speċjali, hija għandha tforni lill-Kumitat Konġunt l-informazzjoni kollha relevanti rekwiżita għal eżami komplet tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

    Fl-għażla tal-miżuri, għandhom jingħataw prijorita lil dawk li l-inqas ifixklu l-funzjonamnet ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom ikunu nnotifikati immedjatament lill-Kumitat Konġunt u għandhom ikunu suġġett ta' konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt jekk il-Parti l-oħra titlob hekk.

    Artikolu 20

    Annessi

    L-annessi I u II ta' dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali miegħu.

    Artikolu 21

    Dħul fis-seħħ u tiġdid

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

    2. Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu ta' ħames snin. Għandu jiġġedded awtomatikament minn sena għal sena ħlief jekk waħda mill-Partijiet tiddenunzjah sitt xhur qabel id-data ta' l-iskadenza tiegħu.

    Artikolu 22

    Testi awtentiċi

    Din il-Ftehim huwa miktub f'żewġ kopji fil-lingwi Daniża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Olandiża, Portugiża, Spanjola, Svediża, Taljana, u tal-Laos, kull test ikun ugwalment awtentiku.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 1997.

    Għall-Komunità Ewropea

    +++++ TIFF +++++

    Għar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos

    +++++ TIFF +++++

    [1] Ara l-Anness II.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 19 - Nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-Ftehim

    (a) Il-Partijiet jaqblu, għall-finijiet ta' l-interpretazzjoni u applikazzjoni prattika ta' dan il-Ftehim, li t-terminu "każijiet ta' urġenza speċjali" fl-Artikolu 19 tal-Ftehim ifisser każijiet ta' ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti fi:

    - rifjut tal-Ftehim mhux issanzjonat mir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali;

    - vjolazzjoni ta' l-elementi essenzali tal-Ftehim miġjuba fl-Artikolu 1.

    (b) Il-Partijiet jaqblu li l-"fejn xieraq" li jirreferi għaliha l-Artikolu 19 huma miżuri meħuda skond il-liġi internazzjonali. Jekk Parti tieħu miżuri f'każ ta' urġenza speċjali kif ipprovdut taħt l-Artikolu 19, il-Parti l-oħra tista' tipprofitta ruħha (tinqeda) mill-proċedura konnessa mas-soluzzjoni tat-tilwimiet.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Dikjarazzjoni Konġunta dwar Proprjeta Intellettwali, Industrijali u Kummerċjali

    Il-Partijiet jaqblu għall-finijiet ta' dan il-Ftehim li "proprjeta intellettwali, industrijali u kummerċjali" tinkludi l-protezzjoni partikolari tad-dritt ta' l-awtur u drittijiet konnessi, patenti, disinji industrijali, software, marki u trademark, topografiji ta' ċirkuwiti integrati, indikazzjonijiet ġeografiċi, kif ukoll il-protezzjoni kontra kompetizzjoni mhix fiera u l-protezzjon ta' informazzjoni mhix żvelata.

    --------------------------------------------------

    DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IR-RIAMMISSJONI TA' ĊITTADINI

    Il-Komunità Ewropea tirrievoka (tfakkar) l-importanza li l-Istati Membri tagħha jagħtu lill-istabbiliment ta' koperazzjoni effettiva ma' pajjiżi terzi biex tkun iffaċilitata r-riammissjoni minn dawn ta' l-aħħar taċ-ċittadini tagħhom li joqogħdu fit-territorju ta' Stat Membru.

    Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos timpenja ruħha li tikkonkludi ftehim għar-riammissjoni ta' ċittadini tal-Laos f'sitwazzjoni tali ma' dawk l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea li jitolbuh.

    --------------------------------------------------

    Top