EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21996D0307(04)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/95 tal-15 ta' Diċembru 1995 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 57, 7.3.1996, p. 37–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/71(3)/oj

21996D0307(04)



Official Journal L 057 , 07/03/1996 P. 0037 - 0037


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 71/95

tal-15 ta' Diċembru 1995

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/95 tat-18 ta' Lulju 1995 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta' l-impriżi tal-linji tal-ferroviji [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Din l-intestatura u dan il-punt għandhom jiddaħħlu wara l-punt 42 (Deċiżjoni tal-Kunsill 82/529/KEE) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

"(iii) Aċċess għas-suq

42a. 395 L 0018: Id-Direttiva 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta' impriżi tal-linji tal-ferroviji (ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 70)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1995.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Berg

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 70.

--------------------------------------------------

Top