Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21996D0208(01)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/95 tat-22 ta' Ġunju 995 li temenda l-Anness VI (Sigurta Soċjali) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 30, 8.2.1996, p. 53–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/11/1997; Impliċitament imħassar minn 21998D0507(09)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/49(2)/oj

21996D0208(01)



Official Journal L 030 , 08/02/1996 P. 0053 - 0054


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 49/95

tat-22 ta' Ġunju 995

li temenda l-Anness VI (Sigurta Soċjali) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/94 [1];

Billi d-Deċiżjoni Nru 151 tat-22 ta' April 1993 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1247/92 adottata mill-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurta Soċjali għal Ħaddiema Emigranti [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 42.C (Deċiżjoni Nru 150) fl-Anness VI mal-Ftehim:

"42d. 394 D 0602: Id-Deċiżjoni Nru 151 tat-22 ta' April 1993 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1247/92 (ĠU L 244, tad-19.9.1994, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-fini tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattament li ġejja:

Il-punti li ġejjin għandhom jinżdiedu ma' l-Anness:

13. L-Islanda:

- Tryggingastofnun ríkisins (L-Istitut Statali tas-Sigurta Soċjali)

Laugavegur 114, 150 Reykjavík.

14. In-Norveġja

- Folketrygdkontoret for utenlandssaker, Oslo.

15. Il-Liechtenstein

- Amt für Volkswirtschaft, (Uffiċċju ta' l-Ekonomija Nazzjonali) dwar l-allowances (konċessjonijiet) tal-maternita,

- Liechtensteinische Alters- und Hinterlassenenversicherung (Assigurazzjoni tax-Xjuħija u Superstiti tal-Liechtenstein) dwar allowances (konċessjonijiet) għar-romol irġiel, benefiċċji supplimentarji għax-xjuħija, assigurazzjoni għas-superstiti u ta' l-invalidita u dwar allowances (konċessjonjiet) għal inkapaċita,

- Liechtensteinische Invalidenversicherung (Assigurazzjoni għal Invalidita) dwar allowances (konċessjonijiet) għal persuni għomja (neqsin mid-dawl)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1995, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru (ntbagħtu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Ġunju 1995.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] ĠU L 339, tad-29.12.1994, p. 83.

[2] ĠU L 244, tad-19.9.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

Top