Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21989A1013(05)

    Protokoll supplimentarju għall-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi eżistenti u l-prevenzjoni tal-ħolqien ta' oħrajn ġodda li jaffettwaw l-esportatazzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti

    ĠU L 295, 13.10.1989, p. 29–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/1989/548/oj

    Related Council decision

    21989A1013(05)



    Official Journal L 295 , 13/10/1989 P. 0029 - 0034
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0113
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0113


    Protokoll supplimentarju

    għall-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi eżistenti u l-prevenzjoni tal-ħolqien ta' oħrajn ġodda li jaffettwaw l-esportatazzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti

    IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA

    mnin naħa l-waħda, u

    IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA

    minn naħa l-oħra,

    WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera ffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972, hawnhekk aktar "il quddiem msejjaħ" il-Ftehim', u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

    JIFTAKRU li l-oġġettiv li jinħoloq Spazju Ekonomiku Ewropew skond id-Dikjarazzjoni Konġunta adottata mill-Ministri tal-pajjiżi ta' l-EFTA u l-Istati Membri tal-Komunità u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Lussemburgu fid-9 t'April 1984,

    KONXJI tal-bżonn li jiżviluppaw ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom fl-interess ta' l-ekonomiji tagħhom it-tnejn billi jeliminaw ostakoli eżistenti li jaffettwaw l-esportazzjonijiet tagħhom ta' prodotti koperti mill-Ftehim u li jħarsu milli jinħolqu oħrajn ġodda,

    JAFU li madanakollu taħt ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali Parti Kontraenti tista' tiġi furzata tieħu miżuri ta' salvagwardjar fuq il-prodotti esportati u li ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom jiddaħlu għal dan il-għan,

    IDDEĊIDEW LI JIFFINALIZZAW DAN IL-PROTOKOLL:

    Artikolu 1

    L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla fil-Ftehim:

    "Artikolu 13a

    1. L-ebda restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda fuq l-esportazzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti m'għandhom ikunu mdaħħla f'kummerċ bejn il-Komunità u l-Isvizzera.

    2. Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet u kull miżuri li għandhom effett ekwivalenti għandhom jiġu mneħħija fl-1 ta' Jannar 1990, ħlief għal dawk applikati fl-1 ta' Jannar 1989 lil prodotti elenkati fil-Protokoll 6 li għandhom ikunu eliminati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-imsemmi Protokoll.

    Artikolu 13b

    Parti Kontraenti li qed tikkonsidra bidla fl-arranġamenti li tapplika għal esportazzjonijiet lil pajjiżi terzi għandha, sa fejn jista' jkun prattikabbli, tinnotifika lill-Kumitat Konġunt mhux inqas minn 30 jum qabel il-bidla proposta tidħol fis-seħħ. Għandha tieħu nota ta' xi rappresentazzjonijiet mill-Parti Kontraenti l-oħra dwar xi distorsjonijiet li jistgħu jirriżultaw minnha.

    Artikolu 24a

    Fejn l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 u 13a twassal għal

    1. esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiż terz li kontrih il-Parti Kontraenti esportatriċi żżomm, għall-prodott konċernat restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni, dazji fuq l-esportazzjoni jew miżuri jew piżijiet li għandhom effett ekwivalenti; jew

    2. nuqqas serju, jew theddida ta' dan, ta' prodott essenzjali għall-Parti Kontraenti esportatriċi;

    u fejn is-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq joħolqu jew jistgħu joħolqu diffikoltajiet serji għall-Parti Kontraenti esportatriċi, dik il-Parti Kontraenti tista' tieħu l-miżuri approprjati taħt il-kondizzjonijiet u skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 27."

    Artikolu 2

    1. Il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 7 tal-Ftehim huwa mibdul b'li ġej:

    "2. Fil-każ ta' prodotti elenkati fl-Anness III, dazji doganali fuq l-esportazzjonijiet u piżijiet li għandhom effett ekwivalenti għandhom jitneħħew skond id-dispożizzjonijiet ta' l-imsemmi l-Anness."

    2. L-Anness III għall-Ftehim huwa mibdul b'li ġej:

    "

    ANNESS III

    Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim

    Dazji doganali applikati mill-Iżvizzera lil esportazzjonijiet lejn il-Komunità tal-prodotti elenkati hawn isfel għandhom ikunu eliminati skond l-iskeda li ġejja.

    Sistema Armonizzata It-Titolu Nru | Deskrizzjoni tal-prodott | Data ta' l-eliminazzjoni |

    ex 26.20 | Irmied u residwi li fihom prinċiparjament l-aluminju | fl-1 ta' Jannar 1993. |

    74.04 | Ram żejjed u għar-rimi | fl-1 ta' Jannar 1993. |

    76.02 | Aluminju żejjed u għar-rimi | fl-1 ta' Jannar 1993. |

    "

    Artikolu 3

    It-test ta' l-Artikolu 27 tal-Ftehim huwa mibdul b'li ġej:

    "Artikolu 27

    1. F'każ li Parti Kontraenti tissoġġetta l-importazzjoni jew esportazjoni ta' prodotti li jistgħu jagħtu lok għad-diffikoltajiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 għal proċedura amministrattiva, li l-għan tagħha jkun li tipprovdi informazzjoni rapida fuq it-tendenza taċ-ċirkolazzjonijiet kummerċjali, għandha tinforma lill-Parti Kontraenti l-oħra.

    2. Fil-każijiet speċifikati fl-Artikoli 22 sa 26, qabel jittieħdu l-miżuri previsti hemmhekk jew, f'każijiet li japplika għalihom il-paragrafu 3 (e), malajr kemm jista' jkun, il-Parti Kontraenti inkwistjoni għandha tforni lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għal eżaminazzjoni kompluta tas-sitwazzjoni biex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet Kontraenti. Fl-għażla ta' miżuri, priorità għandha tingħata lil dawk li l-inqas ifixklu t-tħaddim tal-Ftehim.

    Il-miżuri ta' salvagwardjar għandhom ikunu notifikati immedjatament lill-Kumitat Konġunt u għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet perjodika fi ħdan il-Kumitat, partikolarment sabiex jitneħħew hekk kif iċ-ċirkostanzi jippermettu.

    3. Għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

    (a) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Artikolu 23, Parti Kontraenti jew il-waħda jew l-oħra tista' tirreferi l-affari lill-Komitat Konġunt jekk tqis li xi prattika hija inkompatibbli mat-tħaddim xieraq tal-Ftehim fis-sens ta' l-Artikolu 23(1).

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom ifornu lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni rilevanti kollha u għandhom jagħtuh l-assistenza li jeħtieġ sabiex jezamina l-każ u, fejn approprjat, jelimina l-prattika li hemm oġġezzjoni għalija.

    Jekk il-Parti Kontraenti in kwistjoni ma jirnexxiliex iġġib fi tmiem il-prattika li hemm oġġezzjoni għaliha fi żmien perjodu ffissat mill-Kumitat Konġunt, jew fin-nuqqas ta' ftehim fil-Kumitat Konġunt fi żmien tlett xhur li l-materja kienet riferita lilu, il-Parti Kontraenti konċernata tista' tadotta miżuri ta' salvagwardjar li tqis neċessarji biex jieħdu ħsieb id-diffikoltajiet serji li jirriżultaw mill-prattiċi in kwistjoni; b'mod partikolari tista' tirtira konċessjonijiet fuq it-tariffi.

    (b) F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Artikolu 24, id-diffikoltajiet li jitnisslu mis-sitwazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu għandhom ikunu mibgħuta għall-eżaminazzjoni lill-Kumitat Konġunt, li jista' jieħu kull deċiżjoni meħtieġa biex iġib fi tmiem dawk id-diffikoltajiet.

    Jekk il-Kumitat Konġunt jew il-Parti Kontraenti esportatriċi ma ħaditx deċiżjoni li ġġib fi tmiem id-diffikoltajiet fi żmien 30 jum wara li l-affari kienet riferita, il-Parti Kontraenti importatriċi hija awtorizzata li tintaxxa piż fuq il-prodott impurtat biex tikkompensa.

    Il-piż biex tikkumpensa għandu jkun ikkalkolat skond l-inċidenza fuq il-valur tal-prodotti inkwistjoni tad-differenzi fit-tariffi għal dak li għandu x'jaqsam mal-materja prima jew prodotti intermedjarji inkorparati ġo fihom.

    (ċ) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Artikolu 24a, id-diffikoltajiet li jqumu mis-sitwazjonijiet imsemmija f'dak l-Artikolu għandhom ikunu riferiti għall-eżaminazzjoni mill-Kumitat Konġunt. Dwar is-subparagrafu (ii) ta' l-Artikolu 24a, it-theddida ta' nuqqas għandha tkun debitament pruvata b'indikaturi approprjati kwantitattivi u tal-prezzijiet.

    Il-Kumitat Konġunt jista' jieħu kull deċiżjoni meħtieġa biex jinġiebu fi tmiem id-diffikoltajiet. Jekk il-Kumitat Konġunt ma ħax deċiżjoni fi żmien 30 jum wara li l-affari kienet riferita lilu, il-Parti Kontraenti esportatriċi hija awtorizzata li tapplika temporanjament miżuri approprjati fuq l-esportazzjoni tal-prodott konċernat.

    (d) Dwar l-Artikolu 25, konsultazzjoni fil-Kumitat Konġunt għandha sseħħ qabel ma l-Parti Kontraenti konċernata tieħu l-miżuri approprjati.

    (e) Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu azzjoni immedjata jagħmlu impossibbli eżaminazzjoni minn qabel, il-Parti Kontraenti konċernata tista', fis-sitwazzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 24, 24a, 25 u 26 u anke fil-każ li għajnuniet għall-esportazzjoni jkollhom inċidenza diretta u

    immedjata fuq il-kummerċ, japplikaw minnufih il-miżuri prekawzjonali strettament neċessarji sabiex jirranġaw is-sitwazzjoni."

    Artikolu 4

    It-test li ġej għandu jkun anness għall-Ftehim bħala l-Protokoll 6:

    "

    Protokoll 6

    dwar l-eliminazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet kwantitattivi fuq prodotti esportati

    Restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità fuq esportazzjonijiet lejn l-Isvizzera tal-prodotti elenkati hawn taħt għandhom ikunu eliminati l-aktar tard sad-dati indikati.

    Sistema Armonizzata It-Titolu Nru | Deskrizzjoni tal-Prodott | Data ta' l-eliminazzjoni |

    74.04 | Ram żejjed u għar-rimi | 1.1.1993 |

    Ex 44.01 | Injam għal fjuwil, ċana ta' injam koniferu, pin u żnuber | 1.1.1993 |

    Ex 44.03 | Injam selvaġġ, kemm jekk imqaxxar mill-qoxra jew kemm imqalla' | |

    oħrajn, li ma jinkludux il-luq | 1.1.1993 |

    Injam maqtugħ kwadrat jew nofsu kwadrat, pero' mhux ipproċessat iktar | |

    oħrajn, li ma jinkludux il-luq | 1.1.1993 |

    Ex 44.07 | Injam maqtugħ għat-tul, maqtugħ biċċiet jew qxur, iżda mhux maħdum iktar, ta' ħxuna ta' mhux iktar minn 6 mm | |

    ta' injam koniferu, pero li mhux inklużi biċċiet żgħar li jintużaw għall-kaxxi, passaturi jew affarijiet simili | 1.1.1993 |

    Ex 41.01 | ġilda ħoxna u ġlud ta' annimali ta' l-ifrat, li kull ġilda tiżenm mhux inqas minn 6 kg | 1.1.1992 |

    Ex 41.02 | ġilda tal-ħrief u tan-nagħaġ | 1.1.1992 |

    Ex 41.03 | ġilda ħoxna ta' mogħoż u tal - gidien | 1.1.1992 |

    Ex.43.01 | ġilda tal-fniek | 1.1.1992 |

    "

    Artikolu 5

    Dan il-Protokoll Supplimentarju għandu bl-istess mod japplika lill-prinċipalità tal-Liechtenstein sa' dak iż-żmien li t-Trattat tad-29 ta' Marzu 1923, li jistabbilixxi għaqda doganali bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein, jibqa' fis-seħħ.

    Artikolu 6

    Dan il-Protokoll Supplimentarju għandu jkun approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom.

    Għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1990 iżda jekk il-Partijiet Kontraenti nnotifikaw lil xulxin għal dak il-għan qabel dik id-data li l-proċeduri neċessarji għal dan il-għan ġew kompletati.

    Jekk il-Partijiet Kontraenti ma nnotifikawx il-kompletar tal-proċeduri sa dik id-data, dan il-Protokoll għandu jkun applikat proviżorjament mill-1 ta' Jannar 1990.

    Artikolu 7

    Dan il-Protokoll Supplimentarju huwa magħmul duplikat fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkunu ugwalment awtentiċi.

    Hecho en Bruselas, a doce de julio de mil novecientos ochenta y nueve.Udfærdiget i Bruxelles, den tolvte juli nitten hundrede og niogfirs.Geschehen zu Brüssel am zwölften Juli neunzehnhundertneunundachtzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δώδεκα Ιουλίου χίλια εννιακόσια ογδόντα εννέα.Done at Bruxssels on the twelfth day of July in the year one thousand nine hundred and eighty-nine.Fait à Bruxelles, le douze juillet mil neuf cent quatre-vingt-neuf.Fatto a Bruxelles, addì dodici luglio millenovecentottantanove.Gedaan te Brussel, de twaalfde juli negentienhonderd negenentachtig.Feito em Bruxelas, em doze de Julho de mil novecentos e oitenta e nove.

    Por el Consejo de las Comunidades EuropeasFor Rådet for De Europæiske FælesskaberFür den Rat der Europäischen GemeinschaftenΓια το Συμβούλιο των Ευρωπαϊκών ΚοινοτήτωνFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeeVoor de Raad van de Europese GemeenschappenPelo Conselho das Comunidades Europeias

    +++++ TIFF +++++

    Por el Gobierno de la Confederación SuizaFor regeringen for SchweizFür die Regierung der Schweizerischen EidgenossenschaftΓια την κυβέρνηση της Ελβετικής ΣυνομοσπονδίαςFor the Governement of the Swiss ConfederationPour le gouvernement de la Confédération suissePer il governo della Confederazione svizzeraVoor de Regering van de Zwitserse BondsstaatPelo Governo da Confederação Suíça

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Dikjarazzjoni Konġunta Mill-Partijiet Kontraenti

    għall-Protokoll Supplimentari għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi eżistenti u l-prevenzjoni tal-ħolqien ta' oħrajn ġodda li jaffettwaw l-esportazzjonijiet jew mizuri li għandhom effett ekwivalenti

    Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li l-Artikoli 7, 13a u 13b tal-Ftehim għandhom japplikaw għal prodotti speċifikati fl-Artikolu 2 tal-Ftehim,

    - inklużi l-prodotti ta' żejt mhux raffinat speċifikati fl-Artikolu 14 tal-Ftehim,

    - esklużi l-prodotti koperti mill-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, minn naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera minn naħa l-oħra.

    --------------------------------------------------

    Top