EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21988A1227(05)
Agreement in the form of an exchange of letters between the European Economic Community and the People's Democratic Republic of Algeria on the import into the Community of preserved fruit salads originating in Algeria
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' taħlitiet ta' frott ippreservat li joriġinaw fl-Alġerija.
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' taħlitiet ta' frott ippreservat li joriġinaw fl-Alġerija.
ĠU L 358, 27.12.1988, p. 17–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1988/647/oj
Official Journal L 358 , 27/12/1988 P. 0017 - 0018
Official Journal L 358 , 27/12/1988 P. 0017 - 0018
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' taħlitiet ta' frott ippreservat li joriġinaw fl-Alġerija. Ittra Nru 1 Sinjur, Bl-iskop li jkun implimentat it-tnaqqis ta' 55 % fid-dazji doganali applikabbli li jipprovdi għalih l-Artikolu 19 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, u wara l-iskambju ta' kjarifiki dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' taħlitiet ta' frott ippreservat li huma kklassifikati taħt il-Kodiċi tan-NM ex20089250, ex20089271 u ex20029279 u li joriġinaw fl-Alġerija, għandi l-unur ninfurmak illi l-Gvern Alġerin jintrabat li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura illi l-kwantitajiet forniti lill-Komunità mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena ma jaqbżux il-100 tunnellata metrika. Għal dan il-għan il-Gvern Alġerin jiddikjara illi l-esportazzjoni kollha lejn il-Komunità tal-prodotti msemmija ssir esklussivament minn esportaturi li l-operazzjonijiet tagħhom huma kkontrollati mis-Société de gestion et de développement des industries alimentaires (SOGEDIA) (Soċjetà għall-Amministrazzjoni u l-Iżvilupp ta' l-Industriji tal-Prodotti ta' l-Ikel) Il-garanziji dwar il-kwantitajiet ikunu sodisfatti skond il-proċeduri miftehma bejn SOGEDIA u d-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura tal-Kummissjoni tal-Komunitatijiet Ewropej. B'deroga mill-Artikolu 19 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni, dal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jibqa' fis-seħħ sakemm ikun iddenunzjat minn waħda mill-Partijiet, liema denunzja trid issir qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena. Inkun grat jekk inti tikkonferma li l-Komunità taqbel ma' dan li ingħad hawn qabel. Nitolbok, Sinjur, taċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla rispett tiegħi. Għall-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija Ittra Nru 2 Sinjur, Għandi l-unur ninfurmak li waslitli l-ittra tiegħek tal-lum bit-test li ġej: "Bl-iskop li jkun implimentat it-tnaqqis ta' 55 % fid-dazji doganali applikabbli li jipprovdi għalih l-Artikolu 19 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, u wara l-iskambju ta' kjarifiki dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' taħlitiet ta' frott ippreservat li huma kklassifikati taħt il-Kodiċi tan-NM ex20089250, ex20089271 u ex20029279 u li joriġinaw fl-Alġerija, għandi l-unur ninfurmak illi l-Gvern Alġerin jintrabat li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura illi l-kwantitajiet forniti lill-Komunità mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena ma jaqbżux il-100 tunnellata metrika. Għal dan il-għan il-Gvern Alġerin jiddikjara illi l-esportazzjoni kollha lejn il-Komunità tal-prodotti msemmija ssir esklussivament minn esportaturi li l-operazzjonijiet tagħhom huma kkontrollati mis-Société de gestion et de développement des industries alimentaires (SOGEDIA) (Soċjetà għall-Amministrazzjoni u l-Iżvilupp ta' l-Industriji tal-Prodotti ta' l-Ikel) Il-garanziji dwar il-kwantitajiet ikunu sodisfatti skond il-proċeduri miftehma bejn SOGEDIA u d-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura tal-Kummissjoni tal-Komunitatijiet Ewropej. B'deroga mill-Artikolu 19 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni, dal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jibqa' fis-seħħ sakemm ikun iddenunzjat minn waħda mill-Partijiet, liema denunzja trid issir qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena. Inkun grat jekk inti tikkonferma li l-Komunità taqbel ma' dan li ingħad hawn qabel." Jiena nista' nikkonferma li l-Komunità taqbel ma' dan li ingħad hawn qabel u b'riżultat ta' dan niddikjara illi t-tnaqqis ta' 55 % fid-dazji doganali applikabbli japplika mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena għall-kwantitajiet ta' taħlitiet ta' frott ippriservat li joriġinaw fl-Alġerija li tirreferi għalihom l-ittra tiegħek. Nitolbok, Sinjur, taċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla rispett tiegħi. F'isem il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej --------------------------------------------------