Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016L/AFI/DCL/57

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
C.DIKJARAZZJONIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
57Dikjarazzjoni tar-Repubblika Taljana dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

ĠU C 202, 7.6.2016, p. 357–357 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis_2016/fna_1/dcl_57/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/357


57   Dikjarazzjoni tar-Repubblika Taljana dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

L-Italja tinnota li, skond l-Artikoli 10 u 14 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew huwa magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini ta' l-Unjoni, li r-rappreżentazzjoni tagħhom hija garantita b'mod digressivament proporzjonali.

L-Italja tinnota wkoll li, bis-saħħa ta' l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u ta' l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kwalunkwe persuna li għandha n-nazzjonalità ta' Stat Membru hija ċittadin ta' l-Unjoni.

Konsegwentement, l-Italja tqis li, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni dwar il-leġislatura 2009-2014, kull deċiżjoni adottata mill-Kunsill Ewropew, fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu, li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, għandha tirrispetta l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 14, it-tieni paragrafu, l-ewwel subparagrafu.


Top