This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E199
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART FOUR - ASSOCIATION OF THE OVERSEAS COUNTRIES AND TERRITORIES#Article 199 (ex Article 183 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IR-RABA' PARTI - L-ASSOĊJAZZJONI TA' PAJJIŻI U TERRITORJI EXTRA-EWROPEJ
Artikolu 199 (ex Artikolu 183 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IR-RABA' PARTI - L-ASSOĊJAZZJONI TA' PAJJIŻI U TERRITORJI EXTRA-EWROPEJ
Artikolu 199 (ex Artikolu 183 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 137–137
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/137 |
Artikolu 199
(ex Artikolu 183 TKE)
L-għanijiet ta’ l-assoċjazzjoni huma s-segwenti:
1) |
Fil-kummerċ tagħhom mal-pajjiżi u t-territorji, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess kondizzjonijiet li jagħtu lil xulxin permezz tat-Trattati. |
2) |
Kull pajjiż jew territorju għandu japplika għall-kummerċ tiegħu ma’ l-Istati Membri u mal-pajjiżi jew territorji oħra l-istess kondizzjonijiet li japplika ma’ l-istat Ewropew li miegħu għandu relazzjonijiet speċjali. |
3) |
L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-investimenti meħtieġa għall-iżvilupp progressiv ta’ dawn il-pajjiżi u t-territorji. |
4) |
Fir-rigward ta’ investimenti iffinanzjati mill-Unjoni, il-parteċipazzjoni f’sejħiet għall-offerti u provvisti tkun miftuħa, b’mod indaqs, għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha, ċittadini ta’ l-Istati Membri jew tal-pajjiżi u t-territorji. |
5) |
Fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi u t-territorji, id-dritt ta' l-istabbiliment taċ- ċittadini u kumpanniji għandu jiġi regolat skond id-dispożizzjonijiet, u bl-applikazzjoni tal-proċedura stipulata fil-Kapitolu li jittratta d-dritt ta' l-istabbiliment, u fuq bażi mhux diskriminatorja, mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċjali meħuda taħt l-Artikolu 203. |