This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016A070
Consolidated version of the Treaty establishing the European Atomic Energy Community#TITLE II - PROVISIONS FOR THE ENCOURAGEMENT OF PROGRESS IN THE FIELD OF NUCLEAR ENERGY#CHAPTER 6 - Supplies#Section 5 - Provisions relating to supply policy#Article 70
Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 6 - Fornituri
Sezzjoni 5 - Disposizzjonijiet dwar il-Politika tal-Forniment
Artikolu 70
Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 6 - Fornituri
Sezzjoni 5 - Disposizzjonijiet dwar il-Politika tal-Forniment
Artikolu 70
ĠU C 203, 7.6.2016, pp. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_70/oj
|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 203/29 |
Artikolu 70
Il-Kummissjoni tista', fil-limiti stabbiliti fl-estimi tal-Komunità, tipparteċipa finanzjarjament, bil-kondizzjonijiet iffissati minnha, f'xi attivitajiet ta' prospezzjoni fit-territorji ta' l-Istati Membri.
Il-Kummissjoni tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri bl-iskop li tiżviluppa l-prospezzjoni għal u l-isfruttament ta' depositi minerali.
Stati Membri għandhom jissottomettu kull sena lill-Kummissjoni rapport dwar l-iżvilupp ta' prospezzjoni u produzzjoni, dwar riservi probabbli u dwar investiment fil-minieri attwali jew proposti fit-territorji tagħhom. Rapporti bħal dawn għandhom ikunu sottomessi lill-Kunsill flimkien ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni, li għandha partikolarment tikkonċerna l-azzjoni meħudha minn Stati Membri fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula lilhom skond il-paragrafu preċedenti.
Meta, fuq referenza lilu mill-Kummissjoni, il-Kunsill permezz ta' vot b'maġġoranza kkwalifikata isib li, minkejja li l-possibilitajiet ta' estrazzjoni jkunu jidhru bħala ekonomikament ġustifikabbli fuq bażi fit-tul, il-miżuri meħudha għall-prospezzjoni u ż-żieda fl-isfruttament ta' depositi minerali jibqgħu ikunu sostalzjalment inadekwati, l-Istat Membru kkonċernat għandu, sa kemm ma jkunx ikkorreġa dan l-istat ta' fatt, jkun meqjus li irrinunzja, kemm għalih innifsu u wkoll għaċ-ċittadini tiegħu, għad-dritt ta' l-aċċess ugwali għar-riżorsi oħra bħal dawn fil-Komunità.