EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A062

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 6 - Fornituri
Sezzjoni 2 - Il-Minerali, il-Materji Primi u l-Materjali Speċjali Fissili li jkunu ġejjin minn ġewwa l-Komunità
Artikolu 62

ĠU C 203, 7.6.2016, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_62/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/27


Artikolu 62

1.   L-Aġenzija għandha teżerċita id-dritt tagħha ta' l-għażla dwar materjali speċjali fissili li jkunu prodotti fit-territorji ta' Stati Membri sabiex:

(a)

tilħaq it-talbiet ta' l-utenti fil-Komunità skond id-disposizzjonijiet esiġiti fl-Artikolu 60;

(b)

tibni l-ħażniet tagħha ta' materjali bħal dawk; jew

(ċ)

tesporta materjali bħal dawk kif soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni li għandha tikkonforma mad-disposizzjonijiet tat-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 59(b).

2.   B'dana kollu, waqt li jibqgħu suġġetti għad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 7, dawn il-materjali u r-residwi fertili tagħhom għandhom jitħallew fil-pussess tal-produttur, sabiex dan ta' l-aħħar ikun jista':

(a)

jaħżinhom bl-awtorizzazzjoni ta' l-Aġenzija; jew

(b)

jużahom fil-limiti tal-ħtiġijiet tiegħu; jew

(ċ)

jagħmilhom disponibbli, fil-limiti tal-ħtiġijiet tiegħu, lill-intrapriżi fil-Komunità li jkollhom rabtiet diretti miegħu għall-iskop li jitwettaq programm li għandu jkun ikkomunikat lill-Kummissjsoni; basta li rabtiet bħal dawn ma jkunux, bl-intenzjoni jew bil-fatti, jirrestrinġu l-produzzjoni, l-iżvilupp tekniku jew l-investiment, jew joħolqu inugwiljanzi mhux xierqa bejn l-utenti fil-Komunità.

3.   Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 89(1)(a), għandhom ikunu applikabbli għall-materjali speċjali fissili pprodotti fit-territorji ta' Stati Membri li fir-rigward tagħhom l-Aġenzija ma tkunx eżerċitat id-dritt tagħha ta' l-għażla.


Top