EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006M019

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata)
Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni
Artikolu 19

ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 18–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2006/art_19/oj

12006M019

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni - Artikolu 19

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0018 - 0018
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0017 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0159 - Consolidated version
Official Journal C 191 , 29/07/1992 P. 0060


Artikolu 19

1. L-Istati Membri għandhom jikoordinaw l-azzjoni tagħhom f’organizzazzjonijiet internazzjonali u waqt konferenzi internazzjonali. Għandhom isostnu l-pożizzjonijiet komuni f’dawn il-fora.

F’organizzazzjonijiet internazzjonali u f'konferenzi internazzjonali fejn mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw, dawk li jipparteċipaw għandhom isostnu l-pożizzjonijiet komuni.

2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 u l-Artikolu 14 paragrafu 3, l-Istati Membri rappreżentati f’organizzazzjonijiet internazzjonali jew f'konferenzi internazzjonali li fihom mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw, għandhom iżommu lil dawn ta’ l-aħħar infurmati dwar kull materja ta’ interess komuni.

L-Istati Membri li huma wkoll membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jaħdmu flimkien u jżommu lill-Istati Membri membri l-oħra għal kollox infurmati dwar kollox. L-Istati Membri li huma membri permanenti fuq il-Kunsill tas-Sigurtà għandhom, fl-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħhom, jiżguraw id-difiża tal-pożizzjonijiet u ta' l-interessi ta' l-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tagħhom taħt id-disposizzjonijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

--------------------------------------------------

Top