Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006E044

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata)
It-Tielet parti - Politika tal-Komunita'
TITOLU III - Moviment liberu tal-persuni servizzi u kapital .
Kapitolu 2 - Id-Dritt ta' Stabbiliment
Artikolu 44

ĠU C 321E, 29.12.2006, pp. 59–60 (ES, CS, ET, GA, HU, MT, NL, PT, SK, SL, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tec_2006/art_44/oj

12006E044

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU III - Moviment liberu tal-persuni servizzi u kapital . - Kapitolu 2 - Id-Dritt ta' Stabbiliment - Artikolu 44

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0059 - 0060
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0053 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0195 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0022 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 44

1. Sabiex tinkiseb il-liberta' ta’ l-istabbiliment għal xi attività speċifika, Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura li hemm imsemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jaġixxi permezz ta’ direttivi.

2. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeserċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom mid-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq, b’mod partikolari:

a) billi jagħtu prijorità in ġenerali, lil dawk l-attivitajiet li għalihom il-libertà ta’ l-istabbiliment tikkostitwixxi kontribut partikolarment utili għall-iżvilupp tal-produzzjoni u l-kummerċ,

b) billi jiżguraw kollaborazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi nazzjonali kompetenti sabiex tiġi aċċertata s-sitwazzjoni speċjali fil-Komunità tad-diversi attivitajiet konċernati,

c) billi jabolixxu dawk il-proċeduri u prattiċi amministrattivi, kontemplati f'liġijiet nazzjonali jew fi ftehim konklużi qabel bejn Stati Membri, li jekk jibqgħu eżistenti ikunu ta’ xkiel għal-libertà ta' l-istabbiliment

d) billi jiżguraw li ħaddiema salarjati ta’ Stat Membru wieħed impjegati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, ikunu jistgħu jibqgħu f’dak it-territorju għall-fini li jidħlu għal attivitajiet hemmekk bħala persuna li taħdem għal rasa, jekk jissodisfaw dawk il-kondizzjonijiet li kien ikollhom jissodisfaw kieku ġew f’dak l-Istat fiż-żmien li fih huma kien beħsiebhom jibdew dawn l-attivitajiet

e) billi jagħmluha possibli għal ċittadin ta’ Stat Membru li jakkwista u jisfrutta proprjetà immobbli sitwata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, sakemm ma jkunx hemm ksur tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 33 (2),

f) billi japplikaw l-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet tal-libertà ta’ stabbiliment, f’kull fergħa ta' l-attività kkunsidrata, kemm għall-kondizzjonijiet ta' l-istabbiliment ta’ aġenziji, fergħat jew sussidjarji fit-territorju ta’ Stat Membru, kif ukoll għall-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul ta’ impjegati ta’ l-istabbiliment prinċipali fl-organi amministrattivi u superviżorji ta’ tali aġenziji, fergħat u sussidjarji,

g) billi jikkoordinaw, sa fejn hu neċessarju u bil-ħsieb li jiżguraw l-ekwivalenza tagħhom fil-Komunita' kollha, il-garanziji meħtieġa fi Stati Membri minn kumpanniji fis-sens ta' l-Artikolu 48 paragrafu 2, biex jipproteġu l-interessi kemm tal-membri kif ukoll ta' terzi.

h) billi jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta' stabbiliment ta’ negozju ma jiġux evitati permezz ta’ xi forma ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri.

--------------------------------------------------

Top