Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006E/PRO/08

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata)
C. Protokolli Annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewopea, t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea dwar l-Enerġija Atomika
Protokoll (Nru 8) dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta' ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u l-Europol (1997)

ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 226–226 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tec_2006/pro_8/oj

12006E/PRO/08

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - C. Protokolli Annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewopea, t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea dwar l-Enerġija Atomika - Protokoll (Nru 8) dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta' ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u l-Europol (1997)

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0226 - 0226


Protokoll (Nru 8)

dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta’ ċerti korpi u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej u l-Europol (1997)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI,

WARA LI KKUNSIDRAW l-Artikolu 289 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 77 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

WARA LI KKUNSIDRAW it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

WAQT LI JFAKKRU U JIKKONFERMAW id-Deċiżjoni tat- 8 ta’April 1965, u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw is-sede ta’ istituzzjonijiet, korpi u dipartimenti futuri,

FTIEHMU DWAR id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

Artikolu Uniku

(a) Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu fejn it-12-il perijodu tas-sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar, inkluża s-sessjoni tal-budget, għandhom jinżammu. Il-perjodi tas-sessjonijiet plenarji addizzjonali għandhom jinżammu fi Brussel. Il-kumitati tal-Parlament Ewropew għandhom jiltaqgħu fi Brussel. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew u d-dipartimenti tiegħu għandhom jibqgħu fil-Lussemburgu.

(b) Il-Kunsill għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussel. Matul ix-xhur ta’ April, Ġunju u Ottubru, il-Kunsill għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-Lussemburgu.

(ċ) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-sede tagħha fi Brussel. Id-dipartimenti elenkati fl-Artikoli 7, 8 u 9 tad-Deċiżjoni tat- 8 ta’April 1965 għandhom ikunu stabbiliti fil-Lussemburgu.

(d) Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prima Istanza għandu jkollhom is-sede tagħhom fil-Lussemburgu.

(e) Il-Qorti ta' l-Awdituri għandu jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu.

(f) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussel.

(g) Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussel.

(h) Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jkollu s-sede tiegħu fil-Lussemburgu.

(i) L-Istitut Monetarju Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkollhom is-sede tagħhom fi Frankfurt.

(j) L-Uffiċju tal-Pulizija Ewropea (Europol) għandu jkollu s-sede tiegħu fl-Aja.

--------------------------------------------------

Top